Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/244627
SPORTSillum Il-Ħadd 19 ta' Jannar 2014 | illum 33 Bidu eċċellenti għat-tim femminili ta' Hibernians FC FIL-BIDU ta' dan l-istaġun il-klabb ta' Hibernians wasal fi ftehim ma' Keith Gouder sabiex ikun il-kowċ il-ġdid tat-tim femminili ta' Hibernians waqt li Dylan Gouder ikun parti mill-istaff tekniku. Ta' min wieħed isemmi li lejn nofs l-istaġun li għadda Keith Gouder diġà kien impenjat fit-tim femminili bħala assistent kowċ. Apparti fil-bidla teknika, il-klabb ħadem ħafna sabiex tissaħħaħ aktar l-iskwadra. Wara diversi trattattivi l-klabb irnexxielu jakkwista s-servizzi tal-plejers Anne Marie Muscat u Dorianne Theuma mingħand Mosta, Laura Caruana u Martina Borg b'self mingħand Ħamrun Spartans u Pembroke Athleta rispettivament. Minnaħa l-oħra il-klabb ta b'self lil Rodianne Borg u lil Lorna Cassar lil Pembroke Athleta, Chantalle Grech lil Gozo FC, Shana Debono, Eliana Gialanze u Nicky Farrugia lill-Fgura United. Ta' min wieħed isemmi wkoll ir-ritorn ta' Mandy Debono li għamlet perjodu wieqfa minħabba injury. Qed tispikka b'mod partikolari matul dan l-istaġun, il-captain ta' Hibernians, Dionne Theuma li fil-fatt diġà rebħet żewġ unuri konsekuttivi tal-BOV Plejer tax-Xahar tan-Nisa – dak ta' Novembru kif ukoll dak ta' Diċembru. Dan il-ġurnal għamel kuntatt mal-viċi-captain ta' Hibernians FC kif ukoll waħda mill-aqwa plejers tal-istess tim kif ukoll fil-futbol femminili lokali in ġenerali, Ylenia Carabott fejn talabha ttina rendikont dettaljat tal-istaġun ta' Hibs sa issa kif ukoll x'inhuma l-prospettivi tal-istess tim għall-kumplament tal-istaġun. Hija affermat li "il-prospettivi għal dan l-istaġun jidru li huma pożittivi fejn diġà rnexxielna niksbu l-ewwel unur tal-istaġun bir-rebħ ta' Super Cup. Fil-kampjonat ittim ukoll jidher li miexi b'ritmu tajjeb fejn wara li għadda terz mill-kampjonat it-tim jinsab fil-quċċata tal-klassifika b'punti massimi għalkemm it-triq sa t-tmiem hija waħda twila. Ilmira prinċipali huwa li nirbħu kampjonat fejn dan se jkun l-għaxar wieħed fl-istorja ta' tim fejn ukoll inkunu l-ewwel tim femminili f 'Malta li nirbħu It-tim tan-nisa ta' Hibernians FC fost il-kontendenti ewlenin li jirbaħ il-kampjonat fi tmiem l-istaġun l-istilla. Dan ikun il-bidu tal-ħolma ta' tim fejn nkunu nistgħu nipparteċipaw firrawnd ta' kwalifikazzjoni taċChampions League femminili. L-idea tat-tim hu li nirbħu kull logħba li fadlilna, għalina kull logħba hi importanti u kull logħba tiswa tliet punti. B'hekk ma nnaqsu l-ebda mertu tat-timijiet l-oħra li qed jissieltu f 'dal kampjonat. Importanti li f 'kull logħba ninżlu b'dedikazzjoni u konċentrazjoni assoluta, irrelevanti min hu t-tim li ħa nilagħbu kontrih. Kuntenta ħafna bl-akkwisti l-ġodda li għamilna din is-sena, fejn bl-esperjenza ta' Dorianne u t-talent żagħżugħ ta' Martina u Annmarie għenuna ħafna biex insaħħu l-attakk, u dan jidher għax apparti li qed jirnexxielna niskurjaw ħafna. Il-gowls din is-sena qed jiġu Parma FC jispikkaw fis-sena taċ-Ċentinarju L-Istorja u l-unuri domestiċi u Ewropej It-tim tal-Parma llum mhuwiex wieħed li għadu jiġġieled għall-unuri, madankollu matul iżżmien ġibed is-simpatija u l-ammirazzjoni ta' ħafna nies. Il-Parma huwa tim ta' storja u rebaħ kemm fuq livell lokali u kemm fuq livell internazzjonali. Fil-perjodu ta' bejn l-1992 u l-2002, it-tim rebaħ tmien trofej, fosthom darbtejn ilCoppa Uefa (bil-vittmi jkunu Juventus u Marseille), is-Super Coppa Ewropea, il-Coppa delle Coppe, is-Super Coppa Italiana u tliet darbiet il-Coppa Italia. Il-league Taljan qatt ma ntrebaħ, għalkemm l-aħjar ippożizzjonar tal-klabb kien fittieni post. Kien żmien maġiku fejn il-klabb ipproduċa plejers u kowċis leġġendarji u baqa' jagħmel dan ukoll fis-snin ta' wara; Buffon, Bucci, Taffarell, Benarrivo, Thuram, Cannavaro, Sensini, Dino Baggio, Veron, Boghossian, Stoichkov, Crespo, Zola, Asprilla, Chiesa, Ancelotti, Ranieri, Sacchi, Prandelli – kollha mexxew jew libsu l-flokk tal-Parma u oħroġ il-għaġeb dejjem splodew u bbrillaw ma' dan it-tim. Madankollu Staġun ferm pożittiv għal Parma hekk kif qed jiċċelebraw il-100 sena anniversarju mit-twaqqif tagħhom l-flus biex jinżammu dawn il-plejers kbar għal numru ta' snin qatt ma kienu hemm u l-istorja dejjem irrepetiet ruħha. Anki l-falliment tal-Parmalat ma tantx kien għen. Illum, il-mentalità u d-drawwa ta' dan it-tim hi li jtella', jrawwem u jixtri plejers minn età żgħira u jiżviluppahom fi plejers ta' kwalità. F'għeluq tal-100 sena mittwaqqif tal-klabb It-tim twaqqaf fl-1913 u fi tmiem is-sena li għaddiet għadu kif iċċelebra l-għeluq tal-mitt sena mit-twelid tiegħu. Il-logħba taċ-Ċentinarju ddiżappuntat xi ftit, u naqqxet isimha fl-istorja bid-dro f'darhom kontra Cagliari. Il-President attwali Tommaso Ghirardi xtaq li din is-sena tkun aktar speċjali u billimitazzjonijiet tiegħu, żamm lil aħjar plejers tat-tim u ġab plejer ta' esperjenza kbira bħalm'hu Antonio Cassano. Analiżi tal-ewwel rawnd L-ewwel rawnd għadu kif spiċċa, bit-tim ġab 26 punt u għaddej minn serje pożittiva ta' tmien logħbiet mingħajr telfa. Plejers veloċi bħalm'huma Biabiany u Sansone jidhru li qed jagħmlu d-differenza. Amauri, minkejja li dejjem stinka kemm felaħ f'kull logħba, jidher li nfetaħ f'dawn l-aħħar żewġ logħbiet fejn skurja tliet gowls – peress li sa żewġ logħbiet ilu kien għadu ma daħħalx ballun wieħed ġox-xibka. Cassano, għalkemm ma jafx x'jiġifieri tgħin fil-fażi difensiva, ta dik il-kreattività u l-esperjenza li kien hemm bżonn. Id-difiża, immexxija mis-surmast veteran Alessandro Lucarelli, tidher li hi afdata f'kaptan sod, u minkejja l-età tiegħu, donnu din is-sena reġa' twieled mill-ġdid. F'nofs il-grawnd Marchionni jagħmel ħafna xogħol li ma jidhirx u huwa l-organizzatur u l-bennej tal-azzjonijiet tal-Parma. Parolo huwa plejer li jaħdem ħafna, jinserixxi ruħu kif suppost u jfaqqa' xuttijiet minn kullimkien. Skorja sitt gowls minn 18-il partita - mhux ta' b'xejn li nofs l-Italja tridu fit-tim tagħha! Il-futbol li qed jintlagħab huwa wieħed sabiħ, b'żamma ta' pussess għal ħafna mill-ħin tal-logħba u tqassimiet meqjusa. Is-sitt rebħiet, it-tmien drojiet, u l-ħames telfiet li ġarrbu s'issa huma prova ta' kemm it-tim ta logħba lil kulħadd. Dan l-istaġun irnexxielu jħabbatha wkoll kontra l-aqwa forzi talkampjonat u dejjem ħareġ millgrawnd b'rasu mgħollija. Fil-fatt, il-Parma rebħu f'darhom kontra l-Milan, rebħu barra minn darhom kontra n-Napoli, ġew dro ma' timijiet bħal l-Inter, il-Fiorentina u l-Lazio, u għal ftit ma wettqux sorpriża kontra maqsumin, bi 11-il plejer iniżżel ismu fuq il-lista taliskorers. Mentri permezz ta' Laura u r-ritorn ta' Mandy minn injury saħħaħna wara wkoll, fejn qlajna biss żewġ gowls kontrina. It-taħriġ qed ikun tajjeb, u permezz t'hekk qed ikun ħin biex nippreparaw sew għal dik il-logħba li jkun imissna fil-ġranet ta' wara. Ma jistax jonqos milli nirringrazzja lill-klabb ta' Hibernians li sena wara sena wera fiduċja fina, u permezz ta' dan qed joħroġ il-frott talfiduċja. Nixtieq nħeġġeġ lillpartitarji kollha ta' Hibernians biex jiġu jsegwuna, dawn żgur mhux se jiddiżappuntaw ruħhom. Nhar it-Tlieta li ġej se nilagħbu kontra Birkirara, fejn f 'din il-logħba rebħa ta' Birkirkara tista' terġa' tiftaħ ilkampjonat beraħ jew tagħti sitt punti vantaġġ lil Hibernians jekk ir-riżultat ikun favur ilPawlisti. Żgur li se tkun logħba missielta, kif dejjem tkun, però naħseb li din se tkun waħda mill-aktar logħbiet missielta f 'dawn l-aħħar snin. Qed ngħid hekk għax ir-rivalità bejn dawn iż-żewġ timijiet qiegħda dejjem tikber." t-timijiet ta' Roma u Juventus. Il-grinta u l-ippressar li wrew kontra dawn it-timijiet kienet impressjonanti u qatt ma serqu xejn bil-punti li ħadu kontra timijiet tal-isem bħal dawn. Il-kritika li tista' tingħatalhom hija li jbatu ma' timijiet anqas stabbiliti u magħhom jitilfu punti prezzjużi, li fuq il-karta, jidhru li huma kapaċissimi biex jirbħulhom. B'daqsxejn aktar attenzjoni s-26 punt li ġabu salewwel rawnd seta' tela' faċilment b'disa' punti oħra. Il-futbol ma jintrebaħx biss miż-żamma talpussess iżda bil-gowls u f'ċerti mumenti tal-logħba nemmen li hemm bżonn ikunu aktar konkreti u diretti. L-Ewropa – Pass 'il bogħod Il-Parma bħalissa jinsabu fisseba' post, pass biss 'il bogħod minn post fl-Ewropa. L-Ewropa li dejjem ġabet ir-risq lil dan it-tim anki meta kien pass 'il bogħod li jaqa' Serie B għax wasal sas-semifinali tagħha fl-2003. Mhix se tkun faċli imma nemmen li jekk jibqgħu juru din il-kwalità ta' futbol li qed juru bħalissa (u ma jitilfux punti banali), hemm ċans li jwettqu sorpriża u jkun it-tim rivelazzjoni f'dan l-istaġun.