Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/249730
Il-Ħadd 26 ta' Jannar 2014 | illum 13 uzu jzekzek Ma nidhirx li jien Malti jew? Comodini Cachia tniedi l-kampanja għall-MEP THERESE Comodini Cachia nediet il-kampanja tagħha għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew bit-tema 'Għaddrittijiet tiegħek fl-Ewropa'. Hi qalet li temmen li filpolitika għandek tkun ta' servizz għan-nies. Jeħtieġ li tismagħhom u tfassal il-politika sabiex tindirizza l-weġgħat tal-poplu. "B'hekk huwa importanti li twettaq dawk l-istrutturi meħtieġa sabiex il-persuna tkun tista' tilħaq l-aspirazzjonijiet tagħha." Comodini Cachia sostniet li kienu bosta individwi mill-Partit Nazzjonalista li ħeġġewha sabiex toħroġ għal din l-elezzjoni. "Jien se nkun nista' nġib flimkien l-esperjenza tiegħi bħala avukat u anke l-ħidma tiegħi mal-istituzzjonijiet Ewropej għas-servizz talpubbliku. Barra minn hekk, se nkun nista' nuża l-istil ta' politika tiegħi bl-aħjar mod u ċioe dik ta' djalogu ibbażat fuq argumenti li huma kapaċi jikkonvinċu." L-avukat Comodini Cachia tkellmet dwar uħud milloqsma partikolari li se tiffoka l-ħidma tagħha fil-Parlament Ewropew. Hi sostniet li l-aktar żewġ working groups li jattirawha huma l-working group tal-Legal and Home Affairs, li jinkludi fih kumitati dwar kultura u edukazzjoni, affarijiet legali, drittijiet ċivili, ġustizzja u kwistjonijiet kostituzzjonali, kif ukoll il-working group tal-foreign affairs li jinkludi fih ukoll l-iżvilupp, international trade, sigurtà u difiża." "It-tema 'Għad-Drittijiet tieghek fl-Ewropa' hija l-qofol tal-ħidma tiegħi fil-Parlament Ewropew, jekk ningħata l-fiduċja li nirrappreżenta lil Maltin f 'dan il-Parlament billi npoġġi lil Maltin fiċ-ċentru tal-ħidma Ewropea tiegħi." Barra minn hekk, Comodini Cachia assigurat li l-valuri, l-interessi, l-aspirazzjonijiet u l-bżonnijiet tal-Maltin u Għawdxin se jittieħdu in kunsiderazzjoni fil-Parlament Ewropew. Dan huwa wkoll stil ta' kif isservi fil-politika, qalet il-kandidata Nazzjonalista, stil li tagħraf x'inhuma l-interessi, il-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet tal-Maltin. "Jien nixtieq ningħata l-opportunità li flimkien ma' oħrajn naħdem biex Malta tibqa' rikonoxxuta bħala pajjiż mimli b'nies kapaċi, bieżla, u li għandhom kontribut validu fil-politika Ewropea," kompliet tgħid Comodini Cachia. Huwa għalhekk li Comodini Cachia qiegħda tagħmel dan il-pass sabiex isservi bħala l-vuċi "Għad-drittijiet Tiegħek fl-Ewropa!" Il-Kap tal-PN Simon Busuttil qal li l-Partit Nazzjonalista għandu x-xorti li meta jkollu diffikultà jista' jdur fuq Therese Comodini Cachia għal parir siewi. "Ftit xhur ilu dwar Therese għidt li hi persuna kompetenti, b'politika bis-sens. Illum insostni li ma biddiltx l-opinjoni tiegħi. Therese hi persuna kompetenti ħafna li tagħmel ġieħ lill-Partit Nazzjonalista u lill-pajjiżna." Maltco tippromwovi logħob b'responsabbiltà Wieħed mit-talenti li investa ħajtu f'Malta Xi ġmiel… kulħadd iħobb… fuq sodda waħda Kazzola jiġbor iż-żibel IL-GAZZETTA ILLUM intervistat lill-Kap Eżekuttiv tal-Maltco Lotteries, John Katakis dwar il-ħidma ta' din il-kumpanija għallogħob responsabbli. La darba l-logħob tal-azzard isir biss għall-gost u dan ma jsirx vizzju, dan ikun qed isir b'responsabbiltà. Il-logħob tal-azzard, jintlagħab b'mod responsabbli meta ma jiħux post affarijiet iktar importanti fil-ħajja, bħal familja, ixxogħol u l-ħbieb. Il-Kap Eżekuttiv tal-Maltco, Katakis, qal li meta parteċipant jaqbeż il-limitu u ma jibqax jikkontrolla l-mod ta' kif jilgħab, il-logħob tal-azzard isir vizzju u problema kbira. "Dan jista' jwassal għal ossessjoni." Hu spjega x'inhu l-Compulsive Gambling u qal li l-logħob tal-azzard huwa avveniment soċjali, fejn xi minn daqqiet jintuża wkoll għall-ġbir ta' flus jew bħala mod ta' divertiment f 'avvenimenti soċjali. Il-fatt li dak li jkun iħoss li jista' jirbaħ xi flus, anke jekk dan ikun f 'ammonti żgħar, jagħti lil min jilgħab il-pjaċir u l-eċitament li jinvolvi ruħu u jilgħab. "Il-problema relatata mal-logħob tal-azzard, ġeneralment tibda meta n-nies jinvolvu f 'attivitajiet b'ta li mod li jaffettwaw lil ħajjithom u lin-nies ta' madwarhom b'mod drastiku. Malli jiġri hekk, il-logħob talazzard ma jibqax ikkunsidrat bħala attività soċjali, imma jinbidel f 'vizzju serju u ikrah." Il-Kap Eżekuttiv sostna li l-Kumpanija Maltco tagħmel ħilitha kollha sabiex tippreveni li wieħed jispiċċa fil-vizzju tal-logħob tal-azzard. "Dan nagħmluh billi nippromwovu l-logħob b'responsabbiltà kemm fost l-aġenti u anke min jilgħab. Ninfurmaw lil min jilgħab bilħsara li jħalli warajh il-logħob tal-azzard." Il-Kumpanija Maltco tqassam numru ta' leaflets b'mod regolari f 'kull banka tal-lottu u postijiet oħra sabiex dawn jingħataw lillkljienti. Mistoqsi dwar il-ħidma ma' għaqdiet u aġenziji oħra, il-Kap Eżekuttiv tal-Maltco, Katakis sostna li bħala kumpanija kemxejn limitati f 'dak li jistgħu jagħmlu fejn tidħol koperazzjoni ma' għaqdiet oħra li jgħinu persuni li jaqgħu fil-vizzju tal-logħob. Madanakollu, l-Maltco ħasset li l-kampanja Responsible Gaming tista' verament tgħin lil dawk l-individwi. Il-poodle mar l-Islovakkja ma' Gavin il-Gulia... imma ntilef! Mistenni jirritorna l-ġimgħa d-dieħla.

