Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/249730
Il-Ħadd 26 ta' Jannar 2014 | illum 15 uscat daħak bin-nies" Ann Fenech Ritratt: Ray Attard Età: 51 sena Tgħix: Tas-Sliema Professjoni: Avukat bi speċjalizzazzjoni fil-liġi marittima Ktieb li qed taqra: Margaret Thatcher's Memoirs L-ewwel xogħol li ħdimt: Segretarja "Qed niltaqa' ma' bosta nies ġodda li qatt ma ressqu l-istamperija" nieħu gost xejn." Hi saħqet li wieħed għandu jingħata kariga skont il-kapaċità tiegħu u mhux skont il-kulur politiku. Barra minn hekk, ikkundannat xi aġir simili fi żmien il-partit Nazzjonalista fil-gvern. "Jekk taħt gvern Nazzjonalista kien hemm ħatriet li kienu bbażati biss fuq twemmin politiku, dan huwa ħażin. Ilħażin ma nistgħux ngħidulu tajjeb. Imma fil-maġġoranza kbira tas-sitwazzjonijiet li kont niltaqa' magħhom huma kienu nies kapaċi ħafna. Madankollu, ma rridux immorru fl-estrem li għax persuna tkun kapaċi u ta' twemmin Nazzjonalista din ma tistax tingħata kariga." Fenech dwar il-każ tal-Mistra Il-President tal-Eżekuttiv tal-PN spjegat kif l-iżviluppaturi kienu ilhom li daħlu fid-diskussjoni u f 'investimenti oħrajn. "L-ewwel outline permit ħareġ fl-2008 u jien lanqas biss kont nafhom dak iż-żmien. Ġew għandi fl-2010 u sirt l-avukat tagħhom." Hi fissret kif l-iżviluppaturi mxew skont il-liġi u talbu dak li hu dritt tagħhom. "Dan il-proġett jinvolvi flus kbar u minħabba li ngħataw l-outline permit u mbagħad l-full development permit, allura dak li jkun għandu dritt għal aspettattiva leġittima. Din mhux qed ngħidha jien iżda qaluha snin ilu, dwar proposti u proġetti oħra, nies bħall-avukat Philip Manduca. Manduca llum huwa avukat ta' Din l-Art Ħelwa u li żmien ilu wkoll kien fuq il-bord tal-MEPA." Fenech sostniet li ma kinitx tkun xi ħaġa ġusta li għax issa involuta fil-politika titlaq lill-klijenti għal riħhom. Il-ksur tal-Kodiċi tal-Etika minn Franco Mercieca Meta staqsejniha dwar dwar irraġel tagħha li għadda kummenti dwar is-Segretarjat Parlamentari Franco Mercieca hija qalet: "Kull min jaf lil Thomas Fenech, żewġi, jaf li ħdejn il-pazjenti ma joqgħod ħadd u xejn. Għaldaqstant il-motiv wara l-kummenti ta' Thomas Fenech dwar Franco Mercieca ma kellu x'jaqsam xejn mal-politika." Fenech qalet li l-Prim Ministru Joseph Muscat kien gideb biex jiġġustifika l-fatt li s-Segretarju Parlamentari Mercieca kompla jopera bi ksur tal-Kodiċi tal-Etika. "Muscat kien qal li huwa Franco Mercieca biss li kapaċi jagħmel ċertu operazzjonijiet tal-kornea f 'pajjiżna. Għalhekk iġġustifikah sabiex jibqa' jaħdem fil-privat. Peress li din kienet gidba faħxija u peress li Thomas Fenech huwa l-kap tad-Dipartiment talOftalmoloġija, huwa ma riedx jallarma lill-pazjenti. B'dan il-mod Fenech ipprova jserraħ moħħ ilpazjenti." Hi enfasizzat kif it-tip ta' operazzjoni li kien iwettaq Franco Mercieca, kienet issir minn individwi oħrajn.

