Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/249730
SPORTSillum 30 illum Il-Ħadd 26 ta' Jannar 2014 Staġun deludenti għal Manchester United – jinħass bżonn urġenti li t-tim jissaħħaħ WARA suq tat-trasferimenti diżastruż fis-sajf li għadda, li matulu l-kowċ ta' Manchester United, l-Iskoċċiż, David Moyes, naqas milli jakkwista diversi plejers ta' ċertu klassi u kalibru, fejn irnexxielu jakkwista biss lill-plejer Marouane Fellaini, rapporti fil-mezzi tax-xandir qegħdin jissuġġerixxu li s-somma ta' 200 miljun sterlina li se jkun qed jingħata Moyes biex isaħħaħ l-iskwadra minn Manchester se tkun biss waħda temporanja. Huwa mifhum li tul is-sena u nofs li ġejjin, dejjem jekk Moyes jibqa' fit-tmun ta' Manchester United, huwa jinsab interessat li jakkwista difensur ċentrali ġdid, difensur left back, żewġ plejers ta' nofs il-grawnd ċentrali kif ukoll attakkant. Bi plejers bħal Gareth Bale li għalkemm deher li seta' jingħaqad ma' Manchester United, ilkoll nafu kif spiċċa biex ingħaqad ma' Real Madrid għas-somma rekord ta' 100 miljun Ewro tant li ġie mlaqqam il-Mr 100 Million għalkemm sa issa ma tantx impressjona mal-Galacticos kif inhu iktar magħruf it-tim mill-kapitali Spanjola, fejn għandu jitfa' ħarstu l-kowċ tal-United? Difensur Ċentrali Kollox jindika li Rio Ferdinand u Nemanja Vidic mhumiex se jġeddu l-kuntratt tagħhom marRed Devils waqt li Phil Jones u Chris Smalling għadhom ma kkonvinċewx, u għalhekk Moyes għandu bżonn urġenti ta' difenusr ċentrali sod biex imexxi d-dinastija fit-Teatru tal-Ħolm kif inhuwa iktar magħruf Old Trafford. Fost il-kontendenti għal din il-pożizzjoni, insibu lill-plejer ta' Porto, Eliaquim Mangala, Stefano Denswil li jilgħab ma' Ajax fl-Olanda, Mats Hummels ta' Borussia Dortmund kif ukoll id-difesnur ċentrali Taljan ta' Inter, Andrea Ranocchia. Id-difensur ċentrali Red Devils għalkemm l-età tal-plejer Olandiż tista' tkun ta' deterrent għall-klabb minn Old Trafford, waqt li fl-aħħar jiem Sneijder afferma li mhux se jiċċaqalaq minn ma' Galatassary. Rigward Raquel Morrison, offerta għalih mir-Red Devils tidher waħda mhux daqshekk possibbli f'dan iż-żmien partikolari. David Moyes jitfa' ħarstu fuq diversi plejers ta' kalibru biex isaħħaħ it-tim tiegħu ferm b'saħħtu Mangala ilu għal diversi xhur jattira l-interess ta' Manchester United iżda r-Red Devils għadhom m'għamlux pass determinanti biex jakkwistaw lil dan il-plejer. Mats Hummels huwa l-iktar difensur ċentrali bi profil għoli li qed jattira l-interess tal-United iżda l-interess ta' Barcelona u anki l-fatt li Borussia Dortmund ma tantx jidhru li jixtiequ jħalluh jitlaq lill-klabb tagħhom, jagħmlu dan it-trasferiment mhux daqstant possibbli. Difensur Left-back Il-fatt li d-difensur Franċiż, Patrice Evra, ma jinsabx fl-aqwa forma possibbli u bil-plejer Alexander Buttner mhux lest li jkun inkluż minn Moyes f'din ilpożizzjoni b'mod regolari u anki meta wieħed iqis il-fatt li Fabio mhux fost il-plejers favoriti ta' Moyes, il-kowċ Skoċċiż qed ifittex li jżid difensur left back ġdid fid-difiża mhux daqshekk b'saħħitha li għandu bħalissa. Fost il-kontendenti ewlenin għal din il-pożizzjoni nsibu lill-plejer ta' Everton, Leightin Baines, lil Luke Shaw ta' Southampton, Alex Sandro ta' Porto filPortugall kif ukoll il-left back ta' Real Madrid, Fabio Coentrao. Però r-realtà hi li Moyes diġà kellu żewġ offerti mhux aċċettati minnn Everton għal Baines. Madankollu l-kowċ Skoċċiż jidher determinat li jakkwista lill-full back tat-Toffess u kollox jindika li huwa se jkun qed jagħmel it-tielet offerta għallistess plejer matul dan ix-xahar. Shaw jibqa' wieħed mill-iktar left backs li qed jispikka bħalissa fil-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra iżda l-fatt li fis-sajf li għadda ffirma kuntratt ġdid ta' ħames snin ma' Southampton jindika li ċ-ċans li jingħaqad mal-United huwa wieħed rimot. Niġu għall-plejer Sandro fejn il-fatt li Porto sfaw eliminati miċ-Champions League fl-ewwel rawnd jista' jkabbar iċ-ċans li dan il-plejer jingħaqad mar-Red Devils però jidher li Moyes jista' jqis l-esperjenza ta' plejer partikolari bħala fattur determinanti fl-għażla tiegħu. Midfield Ċentrali Din qed tinħass li hija l-probelma ewlenija għal Manchester United matul dan l-istaġun. Dan hekk kif ilkoll nafu, Ryan Giggs u Michael Carrick m'għadhomx fl-aqwa tagħhom, Marouane Fellaini ma jinsabx fl-aqwa forma tiegħu, Tom Cleverley rarament jingħata l-fiduċja f'nofs ilgrawnd waqt li l-forma fiżika ta' Darren Fletcher mhix ta' min wieħed joqgħod fuqha. Fost il-kontendenti ewlenin għal din il-pożizzjoni mar-Red Devils insibu lil Ravel Morrison ta' West Ham United, Ander Herrera ta' Athletic Bilbao, Koke ta' Atletico Madrid, Wesley Sneijder ta' Galatassary u Ilkay Gundogan ta' Borussia Dortmund. Moyes ilu juri interess f'Herrera u wara li falla milli jakkwistah minħabba li s-suq ta' trasferimenti kien għalaq b'ġurnata, kollox qed jindika li Moyes se jerġa' jagħmel offerta għall-plejer internazzjonali ta' taħt it-23 sena ta' Spanja. Barra minn hekk, fit-tentattiv li r-Red Devils isiru iktar kreattivi speċjalment f'nofs il-grawnd, Sneijder qed jissemma' bħala wieħed minn dawk li jistgħu jingħaqdu mar- Attakkant Niġu issa għad-dipartiment tal-attakk fejn jekk tneħħi lil Van Persie u Rooney, il-United għandhom ukoll bżonn isaħħu dan id-dipartiment ferm importanti. Dan huwa rifless ċar fil-fatt li l-United rebħu sitta mit-tmien logħbiet li fihom lagħbu dawn iż-żewġ attakkanti prolifiċi u miċidjali. Iżda r-Red Devils jinsabu f'tentattiv li jsibu attakkant tajjeb li jieħu posthom meta dawn ikunu indisponibbli hekk kif ilkoll nafu kemm dawn iż-żewġ attakkanti huma suxxettibbli għall-injuries. Fost il-kontendenti għal din il-pożizzjojni, insibu lil Marco Reus ta' Borussia Dortmund, Mario Mandzukic ta' Bayern Munich u Diego Costa ta' Atletico Madrid. Però dawn huma plejers ta' profil ferm għoli fil-futbol mondjali u mbegħdin huma l-ġranet meta l-United kienu jakkwistaw plejers talogħla livell u ta' ċertu fama u klassi mondjali minn madwar l-Ewropa. Il-plejer tal-Atletico Madrid, Costa, huwa l-aqwa skorer fil-Liga Spanjola bħalissa u huwa fost l-iktar plejers li jinsab fl-aqwa forma bħalissa fid-dinja waqt li l-plejer Marco Reus jista' jkun garanzija f'dak li għandu x'jaqsam ma' kreattività u gowls daqs Marco Reus. Mandzukic jidher li jista' jitlaq lil Bayern Munich wara li l-ġganti Ġermaniżi akkwistaw is-servizzi ta' Robert Lewandioski u għalhekk dan il-plejer jista' jkun wieħed mill-objettivi prinċipali tal-kowċ ta' Manchseter United, David Moyes. Joseph Vella jirbaħ il-premju tant mistħoqq għal Plejer tax-Xahar IL-PLEJER ta' nofs il-grawnd ta' SK Victoria Wanderers, Joseph Vella, kien ivvutat bħala l-BOV Plejer taxXahar għal Diċembru 2013 wara l-prestazzjonijiet tajba tiegħu l-iktar fil-konfront dirett mill-Kampjonat Melita tal-Ewwel Diviżjoni kontra r-renjanti Nadur Youngsters F.C. Fl-aħħar minuti ta' dan il-konfront, Vella kien issiġilla r-rebħa ta' 3-1 biex sabiex ilWanderers taw ukoll l-ewwel telfa liċ-champions renjanti. Joseph Vella kien strumentali sabiex it-tim tiegħu kiseb dan is-suċċess li permezz tiegħu, SK Victoria Wanderers ħadu l-kmand tal-klassifika fix-xahar ta' Diċembru u permezz ta' dan, il-kampjonat Għawdxi reġa' nfetaħ beraħ. Jack Theuma, Maniġer talBank of Valletta f 'Għawdex, ippreżenta t-trofew talBOV Plejer tax-Xahar għal Diċembru lil Joseph Vella. Vella għażel lil Fondazzjoni Arka biex tibbenefika middonazzjoni marbuta ma' dan l-unur. Joseph Vella - il-BOV GFA Plejer tax-Xahar għal Diċembru 2013

