Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/249730
SPORTSillum Il-Ħadd 26 ta' Jannar 2014 | illum 33 La Salle ikomplu bid-dominju tagħhom fil-handball lokali WARA diversi suċċessi filpassat riċenti fil-handball lokali, it-tim tal-La Salle qed ikompli jiddomina x-xena tal-handball lokali. L-ewwel nofs tal-kampjonat nazzjonali ntemm fil-11 ta' Jannar u sa issa La Salle BHS jinsabu fil-quċċata tal-klassifika tal-kampjonat b'punti massimi waqt li matul dan l-istaġun diġà rnexxielhom jirbħu s-Super Cup kif ukoll l-MHA Cup għat-tielet sena konsekuttiva. Ftit tal-ġimgħat ilu huma għelbu lill-arċi-rivali eterni Aloysians b'distakk żgħir f 'logħba emozzjonanti u li offriet spettaklu għal dawk preżenti, b'bosta jqisu din il-logħba bħala l-logħba talistaġun. Dan il-ġurnal ħa l-kummenti tal-plejer ferm importanti ta' dan it-tim, Christian McClean, rigward l-andament ta' La Salle BHS fil-kampjonat sa issa kif ukoll kif qed iħarsu lejn il-kumplament tal-istaġun fejn m'hemmx dubju li l-mira tagħhom se tkun dik li jiksbu kull unur li għandu x'joffri l-handball lokali. Tajjeb ngħidu li McClean sa issa qed ikollu staġun mill-aqwa malLa Salle fejn jinsab fit-tieni post tal-aqwa skorers filkampjonat. Il-plejer ta' 28 sena saħaq li "Il-mira tagħna bħala tim huwa li nkomplu naħdmu biex nirbħu l-logħbiet li fadlilna fit-tieni rawnd. Dan żgur mhux se jkun faċli għax it-timijiet kollha qed jaħdmu ħafna biex jakkwistaw l-aħjar pożizzjoni fil-klassifika fl- La Salle BHS fil-quċċata tal-klassifika tal-kampjonat nazzjonali tal-handball b'punti massimi aħħar tal-istaġun u jiġġieldu għal din it-tazza prestiġjuża. Kif għadni kif għidt, ittimijiet kollha huma ta' sfida għalina iżda r-rivali tagħna Aloysians jidhru favoriti biex jikkontestaw il-kampjonat magħna wara r-rebħa viċina li kellna fuqhom fl-aħħar logħba. Fl-aħħar se jkun dak it-tim l-iktar konsistenti li se jiġi ddikjarat champions. Nisperaw li nkunu aħna għattielet sena konsekuttiva", temm jgħid Christian McClean. Il-Federazzjoni Maltija tal-Ġudo torganizza Kampjonati Nazzjonali għas-sena 2014 IL-FEDERAZZJONI Maltija tal-Judo għadha kif organizzat il-Kampjonati Nazzjonali tagħha fil-Boċċi Drome, fil-Kumpless Sportiv talKottonera. L-avveniment beda b'logħob għal 60 tifel u tifla li kienu fuq it-tapit, taħt il-gwida ta' Sensei Joe Castillo, Sensei Gaetano Scerri, Sensei John Curmi u diversi kowċis mil-klabbs tal-ġudo, li organizzaw logħob ibbażat fuq is-sisien tal-ġudo. It-tfal ta' 10 u 11-il sena kellhom Randori (kompetizzjoni ta' ħbiberija) ta' minuta. Kull tifel u tifla li pparteċipaw kienu msejħa fuq l-ogħla podju u ppreżentati midalja kommemorattiva tad-deheb mill-President tal-Federazzjoni Maltija talĠudo, is-Sur Envic Galea. L-ewwel kompetizzjonijiet kienu dawk tal-Espoir (Ġudoka 12 sa 14-il sena). L-enerġija u d-determinazzjoni ta' dawn il-ġudoka żgħażagħ hija inkoraġġanti ħafna. Ġudoka bħal Kurt Camilleri, Jonathan Gatt, Katrina Esposito u Lara Castillo li s-sena d-dieħla ser ikunu kadetti, definittivament se jkunu elementi sinifikanti fittim nazzjonali. Is-sessjoni talĦadd għall-Espoir miżmuma minn Serge Dentimille u kkoordinata minn Vito Aufieri Mario Cardona u s-Sur Lloyd Caruana. Uffiċjali oħra li kienu vitali fit-tmexxija talavveniment kienu l-uffiċjali talmejda s-Sinjura Louisa Galea, is-Sinjura Alexis Milne, u s-Sur Oliver Ciappara, kif ukoll Dr Ivan Esposito li ta s-servizzi tiegħu bħala tabib. Ir-rebbieħa tal-kategoriji kienu: Marcon Bezzina fl-azzjoni żgur qiegħda tkun ta' suċċess. Il-kompetizzjoni pproċediet bil-kategoriji tal-Kadetti, Junior u Senior. Xi wħud mill-Kadetti b'aktar esperjenza bħal Rebecca Zammit, Gabriel Debono, Alexander Esposito, Cormack Spiteri u Francesco Aufieri wrew superjorità tagħhom u l-ħila fuq it-tapit. Alice Battistino għamlet id-debutt tagħha bħala kadetta f 'dan l-avveniment, u kkonfermat mill-ġdid li definittivament ser inkompli nisimgħu b'isimha. Fil-kategoriji tas-Seniors, rajna r-ritorn ta' Kriss Law li din id-darba kkontesta s-66 kilogramma u fejn ġie l-ewwel. Marcon Bezzina kkontest il-kategorija tagħha, iżda peress li kienet waħedha f 'din il-kategorija, lagħbet u rebħet ukoll fit-78 kilogramma. Is-Sur Joseph Caruana, missier il-ġudo Malti, żar il-kompetizzjoni. Iż-'Żużu', kif huwa magħruf fost il-ġudoka, apparti milli qatta' naqra ħin mal-ħbieb u student tiegħu, segwa wkoll il-familjari tiegħu waqt li pparteċipaw fl-isport li tant iħobb. It-tifel tiegħu Lloyd kien wieħed mit-tliet referees u n-neputija tiegħu Ruby-Jo Bondin kienet qed tilgħab. Dawn il-kompetizzjonijiet li jistabbillixxu n-National Team Pool saru fuq tapit wieħed. Hekk il-President, is-Sur Envic Galea, u d-Direttur Sportiv, is-Sur Alex Bezzina, kellhom l-opportunità li jsegwu l-kompetizzjonijiet tal-ġurnata, u josservaw iċ-champions futuri. Is-Sur Alex Bezzina, li riċentament attenda aġġornament tarrefereeing mil-Federazzjoni Internazzjonali tal-Judo, assista wkoll lir-referees is-Sur Abdul Rahman Lativ, is-Sur ESPOIR Tigne Judo Club: Kurt Camilleri (-42kg), Thomas Zerafa (-60kg), Nathan Falzon (-66kg), Emily Farrugia (-40kg), Katrina Esposito (-52kgs) Tora Judo Club: Thomas Borg (-46kg), Jonathan Gatt (-55kg), Luca Martini (+81kg) Kamikwai Judo Club: Cameron Gray (-34kg) KADETTI Malta Judo Academy: Gabriel Debono (-60kg), Francesco Aufieri (-90kg) Tigne Judo Club: Cormack Spiteri (-66kg), Rebecca Zammit (-57kg), Alexander Esposito (-55kg) Hibernians Budokwai Judo Club: Alice Battistino (-48kg), Nicola Battistino (-63kg) Kamikwai Judo Club: Elton Zammit (-50kg) JUNIORS Tigne Judo Club: Alexander Esposito (-55kg) Hibernians Budokwai Judo Club: Ruby-Jo Bondin (-70kg) SENIORS Malta Judo Academy: Kriss Law (-66kg), Francesco Aufieri (-81kg), Marcon Bezzina (-78kg) Hibernians Budokwai Judo Club: Alice Battistino (-48kg) Peress li fil-ġudo hemm diversi kategoriji ta' piż u età, xi atleti ma kinux ikkontestati fil-kategorija tagħhom, madankollu għallfini ta' parteċipazzjoni, huma kkontestaw kategoriji oħra: Tora Judo Club: Ethan Pawley (Espoir -50kg), Luca Martini (Espoir +81kg) Tigne Judo Club: Nikki Lee Zammit (Espoir -36kg), Katrina Esposito (Espoir -48kg), Alexander Esposito (Cadet -55kg), Catherine Farrugia (Cadet -44kg), Nicola Cassar (Cadet -70kg) Kinsu Judo Club: Gabriel Camilleri (Espoir -81kg), Emma Cassar (Espoir -63kg), Leslie-ann Portelli (Junior -78kg) Malta Judo Academy: Francesco Aufieri (Cadet -81kg), Antonio Greco (Senior -73kg), Marcon Bezzina (Senior -63kg) Kamikwai Judo Club: Luca Montebello (Senior +100kg)

