Illum previous editions

illum 27 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/249730

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

Ir-rotta talġurnalist Gladjat 10 illum | Il-Ħadd 26 ta' Jannar 2014 minn John Busuttil Jerome Caruana Cilia Il-ħidma hija waħda kontinwa Waħda mill-iktar żoni magħrufa maż-żgħażagħ u anke ma' dawk l-istudenti barranin li jiġu jistudjaw l-Ingliż f'pajjiżna hija Paceville. Ħafna huma dawk li filgħaxija jew fil-weekend iżuru din iż-żona. Paceville huwa mekka għaż-żgħażagħ. Inbidel ħafna fl-aħħar snin u llum tista' ssib uħud mill-aqwa nightclubs f'pajjiżna. Ċertament, li din iż-żona hija ħajja ferm fil-jiem tas-sajf għat-turisti żgħażagħ li jżuruna għal skop ta' btala jew iqattgħu xi żmien jistudjaw. Fi tmiem il-ġimgħa filgħaxija din ilbajja tkun ippakkjata bin-nies. L-istess jista' jingħad fis-sajf. Iżda fil-kesħa ta' Jannar, din il-bajja ssibha vojta. Bajja artifiċjali li iżda tattira numru sew ta' turisti. Il-postijiet ta' divertiment li jinsabu fiż-żona ta' Paceville, mhux biss jiġġeneraw ħafna kummerċ filgħaxija u fil-ħinijiet bikrin ta' filgħodu, iżda wkoll matul il-jum. Stajt nara numru ta' ħaddiema jippreparaw għall-ħidma intensiva filgħaxija. Min jaħsel l-art u jnaddaf l-imwejjed, min isewwi xi banketta, min jara li l-provista tax-xorb hi kif mixtieq u numru ta' ħaddiema kienu qed iwettqu xogħlijiet ta' tisbiħ f'din iż-żona. Il-ħmieġ u t-tidlik huwa evidenti. F'ċerti żoni r-riħa ta' awrina hija insopportabbli. Dan hu li tista' ssib f'Paceville wara lejl ta' divertiment. Sid ta' ħanut f'dawn il-viċinanzi qalli li kemm-il darba jsib vandaliżmu mal-ħanut tiegħu. "Xbajt dejjem bl-istess ħajja, nispera li l-affarijiet xi darba jinbidlu għall-aħjar," qalli b'qalb maqtugħa. Biex tifhem min int LIL Anton Sammut iltqajt miegħu fuq Facebook. L-ewwel li ltqajt kien ma' moħħu, mal-kitba u l-arti tiegħu. Li kelli niltaqa' miegħu fit-triq żgur li kont nibqa' għaddej għax qas kelli idea tiegħu, speċjalment li ritratti tiegħu ftit jew xejn issib fuq Facebook. Però kienu jolqtuni l-ħsibijiet tiegħu u l-kitba tiegħu li jmorru lil hinn minn kif taħseb il-massa. Indunajt li hawn quddiemi kelli gladjatur tal-ħajja ferm differenti minn dak li kont iltqajt magħhom. Quddiemi rajt gwerrier kontra l-ħsibijiet tal-massa, gwerrier kontra dawk li jgħassru moħħ iddgħajjef, gwerrier kontra n-normalità, gwerrier kontra dak kollu li ġie mgħallem minn ċkunitu. Anton Sammut però hu persuna li jaħseb ħafna iżda li jikteb il-mixja tiegħu ta' kuljum fuq Facebook b'mod satiriku. U għalhekk iddeċidejt li nikuntattjah u nżidu mal-lista talgladjaturi li dejjem qed tikber. Anton hu bniedem ta' diversi talenti fejn barra li hu ħassieb, hu kittieb fejn kiteb diversi kotba li jistgħu jitqiesu kontroversjali iżda li fihom riċerki kbar. Anton hu persuna li l-gost tiegħu li jgħum kontra l-kurrent. Iżda Anton hu persuna li minn eta' żgħira ddeċieda li l-mod kif jgħix ħajtu u jaħseb hi għażla tiegħu u mhux iħalli lil min jagħżilielu. Din hi l-istorja ta' Anton Sammut li għażel li l-intervista jagħmilha permezz ta' imejl għax jemmen li jħossu aktar komdu jikteb milli jitkellem. L-istorja tibda hekk: "Jisimni Anton Sammut, twelidt u ngħix iż-Żurrieq, single b'għażla tiegħi u għandi 43 sena. Tfuliti kienet waħda sabiħa fejn f 'dak iż-żmien ħafna mit-tfal ta' tampari konna ngħaddu l-ħin liberu nilagħbu fittoroq jew f 'xi għalqa nibnu xi kamp. Kienet tfulija tabilħaqq sempliċi imma waħda kkulurita ferm. Wara li spiċċajt l-iskola tal-gvern, u wara li temmejt l-istudji tekniċi tiegħi f 'diversi skejjel, u ġibt l-O's u xi A Level's, dħalt it-Tarzna naħdem f 'diversi setturi għax ridt akkost ta' kollox nesperjenza x-xogħol tal-id. Dan għamiltu wkoll biex bilmod il-mod stajt niffinanzja korsijiet akkademiċi li ridt nieħu b'korrispondenza ma' universitajiet barranin; fosthom dawk tal-psikoloġija, tal-filosofija, u tal-arti, fejn eventwalment komplejt nestendi l-istudji tiegħi fit-teoloġija, fir-reliġjonijiet Huwa veru li f'Paceville jkun hemm min jagħmel bosta ħmerijiet meta jkun taħt l-effetti tal-alkoħol, iżda possibbli hemm min jasal jisraq skip? 'Friday School Night' – Mhux kull min imur Paceville jagħmel dan sabiex jirrilassa ma' sħabu fil-postijiet ta' divertiment li nsibu f'din iż–żona. Hemm min imur biex jitgħallem u jeduka ruħu. Ninsab ċert li wieħed għandu ħafna x'jitgħallem minn dan il-post! Anton Sammut, gwerrier kontra n-normalità

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 January 2014