Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/252943
kowċ kwalifikat tal-futbol u f 'din il-missjoni qed jara li hu jista' jgħallem lil dawn it-tfal jilagħbu dan l-isport. S'hawn kollox sew, iżda il-mistoqsija li mingħajr ma trid toħroġlok hi…Għaliex Kambodja? Denise fil-pront weġbitni, "it-tlieta li aħna għandna rabta speċjali mal- Ażja. Kulmeta sifirna l-Ażja rajna popli li m'għandhom xejn, iżda huma nies paċifiċi u kuntenti b'dak il-ftit li għandhom. Matul is-safriet tagħna ġieli għexna ġranet sħaħ mat-tribujiet u stajna nesperjenzaw is-sempliċita ta' dawn in-nies. "Id-deċiżjoni li mmorru nagħmlu l-volontarjat konna ħadniha. Iż-żona konna ddeċidejniha wkoll, l-Ażja. Iżda f 'liema parti tal-Ażja konna għadna ma nafux. Bdejna riċerka biex naraw liema huma l-postijiet li għandhom l-aktar neċessitajiet. Il-Kambodja bdiet tispikka fuq quddiem f 'kull riċerka li għamilna. Hu pajjiż magħruf għall- każi ta' pedofelija, sfruttament fuq xogħol, tfal abbandunati mill- ġenituri minħabba l-faqar u hemm nuqqas kbir ta' edukazzjoni." Sadattant Denise dehret li għamlet riċerka fonda fuq il- Kambodja fejn tarrfitli wkoll li tneħħi n-negattiv kollu, fil-Kambodja wieħed isib ukoll l-akbar tempju fid-dinja, l-Angkor Wat kif ukoll ġungli mill-isbaħ li ma jispiċċaw qatt. U għal darb'oħra reġgħet tenniet, "U poplu dejjem ferħan u disponibbli biex jgħin avolja m'għandu xejn." Avventura jew aħjar missjoni bħal din tiswa l-flus għal tliet żgħażagħ li għadhom jibdew id-dinja, barra li jridu anke jibbukjaw il-leave tagħhom mill-kumpanniji fejn jaħdmu. "Aħna se mmorru ħmistax- il ġurnata f 'orfanatrofju. Il-biljetti tal-ajru jiswewlna €790 kull wieħed li jinkludu l-vjaġġ lura. Bħala program ta' volontarjat ta' ġimgħatejn inħallsu €320 kull wieħed bħala donazzjoni lill-istess orfanatrofju li bihom jagħtuna wkoll l-akkomodazzjoni u l-ikel." Iżda x'qed jistennew li se jsibu l-Kambodja għax it- tlieta li huma qatt ma marru qabel? "Ħmieġ u faqar. Tfal abbandunati mill-ġenituri tagħhom, tfal li jgħixu f 'miżerja u bi problemi soċjali." Sadattant it-tlieta li huma qatt ma kellhom tfal s'issa, allura x'inhi l-esperjenza tagħhom mat-tfal? "Rene hu kowċ tal-futbol tat- tfal taħt id-disà snin; filwaqt li jien u Silvan konna nieħdu ħsieb kuġin li kien għadu tarbija sakemm ommu kienet irkuprat minn problemi ta' saħħa," wieġbet Denise. Meta nisma b'xi żgħażagħ għal volontarjat, ħafna drabi tgħaddili minn moħħi li din tkun avventura oħra għalihom. Iżda Denise qaltli li mhux il-każ. Għax wieħed irid ikun jaf li din il-missjoni ngħatat anke l-isem 'Reaching Cambodia' u ġiet reġistrata bħala NGO uffiċċjali. "Hi vokazzjoni. Għax l-iskop mhux li mmorru ħmistax-il ġurnata bħala volontarjat, jkollna dik l-esperjenza ta' darba u tieqaf hemm. L-għan tagħna hu li wara din l-esperjenza inservu ta' pont bejn Malta u l-Kambodja għal dawk li jixtiequ jagħmlu din l-esperjenza. Hi vokazzjoni u mhux avventura li kuljum tmexxi NGO u li tara dejjem x'jista jsir aħjar biex dawn it-tfal li qed jgħixu fil-miżerja tgħinhom kif tista biex ikollhom għixien aħjar." Staqsejt lil Denise x'tieħu minn missjoni bħal din. "Sodisfazzjon enormi personali. Li tkun taf li permezz ta' ġbir ta' fondi li għamilna t-tfal se jkunu jistgħu jibqgħu jmorru l-iskola għax b'dawn il-flus li tajnihom irnexxielna nibnulhom kamra biex tipproteġi r-roti mix-xita tal-monsoon. Irnexxielna wkol nixtru televixin lit-tfal ta' KaisKids li kienu ilhom ma jaraw televixin għax kien imkisser sentejn sħaħ. Ninsabu kuntenti li dawn it-tfal jafu li hemm għaqda li jisimha 'Reaching Cambodia' minn Malta li qed taħdem biex huma jkollhom ħajja aħjar… u din waħidha hi diġà grazzja kbira." Kultant inħoss li missjoni hi eżerċizzju ta' 'marketing' għar- reliġjonijiet fejn il-missjunarji jgħinuk basta inti tikkonverti (jew aħjar tixtri) r-reliġjon tiegħi. Din hi opinjoni personali tiegħi u għalhekk staqsejt lil Denise jekk ir- reliġjon tidħolx fil-missjoni tagħhom. "Xogħlna mhux se jkun ibbażat fuq ir-reliġjon. Il- Kambodja hu pajjiż Buddist. L-iskop tal-missjoni tagħna hu li ż-żmien li ndumu magħhom nagħtuhom attenzjoni kemm nifilħu – xi ħaġa li t-tfal huma tant neqsin minnha. Se ngħinuhom fil-medikazzjoni meħtieġa, ngħallmuhom krafts biex ikunu kapaċi jbiegħuhom u jaqilgħu xi ħaġa minnhom. U se nilagħbu magħhom il- logħob tal-Football fejn Renè lest li jgħaddilhom it-taħriġ professjonali li jista' anke jgħinhom fil-futur." Iżda bħala NGO qed jieħdu xi ħaġa mill-gvern? "Hemm skemi minn naħa tal-gvern u mill- Unjoni Ewropea. Iżda peress li l-Kambodja hu barra mill-Unjoni hemm xi limitazzjonijiet kemm jistgħu jgħinuk. Però l-ebda somma li ningħataw mhi biżżejjed. Il- bżonnijiet ta' dawn it-tfal qatt ma jispiċċaw. Ma tistax tgħid illum għandhom bżonn u għada le. U dan appuntu kien l-iskop li 'Reaching Cambodia' hi mwaqqfa bħala NGO biex ngħinu fuq tul ta' żmien mhux sempliċiment għax sejrin volontarjat. Aħna se mmorru dan il-volontarjat biex nifhmu aħjar u nesperjenzaw eżatt il- bżonnijiet tagħhom." Denise, Silvan u Rene' se jitilqu għal din il-missjoni f 'April li ġej. Sadattant kif tistgħu taraw dawn it-tfal għandhom bżonn ħafna għajnuna u għalhekk ikun tajjeb jekk wieħed jgħinhom billi jagħti donazzjoni fl- account mniżżel fl-aħħar tal-artiklu. Iżda barra dan wieħed jista jipparteċipa fi programm biex jinxtara ikel biżżejjed għal dan l-orfanatrofju li bħalissa qed jikkumbatti biex jitma lit-tfal li hemm fih. Biex tagħmel dan wieħed jista' joffri €12.50 fix-xahar. Min irid aktar informazzjoni tistgħu tagħmlu kuntatt permezz ta' e-mail info@reaching-cambodia.com jew iżżuru l-website www. reaching-cambodia.com. Il-Ħadd 02 ta' Frar 2014 | illum 11 Gladjaturi tal-Ħajja Tliet żgħażagħ Żabbarin jgħinu lit-tfal abbandunati fil-Kambodja Renè, Denise u Silvan: il-protagonisti ta' Reaching Cambodia Reaching Cambodia APS Account Number: 20001409007 IBAN Number: MT08APSB77080007553320001409007 SWIFT: APSBMTMT