Illum previous editions

illum 2 february 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/252943

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 02 ta' Frar 2014 | illum 15 f 'xogħlu. "Indħil f 'xogħli kif xi ħadd allega fit-trasferimenti u kif qalu dwar ċerta investigazzjonijiet, la qatt kelli u lanqas nippretendi li jkolli." Iżda minkejja li jiltaqa' ma membri tal-Gvern b'mod regolari sabiex jiddiskuti magħhom il- ħidma fil-Korp, ma jistax jgħid hekk vis-à-vis l-Oppożizzjoni. Mal-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Intern, Jason Azzopardi, il- Kummissarju tal-Pulizija ġieli ltaqa' miegħu l-Qorti qabel ma nħatar Kummissjaru. Kienu jitkellmu bħala żewġ prattikanti tal-liġi. "Kemm ilni li lħaqt Kummissarju tal-Pulizija forsi tkellimna darbtejn, tlieta. Imma tkellimna dwar affarijiet li mhumiex relatati max-xogħol." Iżda Zammit qal li qatt ma ltaqa' u tkellem mal-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, dwar il-ħidma fil-Korp. "Ħaġa tal-iskantament, ma' Simon Busuttil qatt ma kelli diskussjonijiet fuq ix-xogħol jew l-andament tal-Korp." Dwar il-ġudikatura, Zammit qal li ġie mitlub sabiex jagħti l-veduti tiegħu quddiem il-Kummissjoni għar-Riforma Ħolistika fil- Qasam tal-Ġustizzja. "L-iktar ħaġa importanti hu li jkun hemm diskussjoni aperta. Dawn mhumiex affarijiet li jsiru wara l-bibien magħluqa. Jekk hemm xi ħadd li jistħi jgħid l-opinjoni tiegħu, problema tiegħu." Hu sostna li hemm bżonn li tiżdied il-maġistratura, riforma dwar kif issir il-ġustizzja kriminali, tkellem ukoll dwar il-problema tad- dewmien u l-proċess burokratiku li jkollna nħabbtu wiċċna miegħu. Minħabba li ħadem f 'dan il-kamp fuq iż-żewġ naħat, jista' japprezza iżjed il-pożizzjoni ta' kulħadd. "Jiena ħdimt mhux biss bħala prosekutur u bħala difiża, iżda ħdimt ukoll fit-tielet kamp, dak tal- vittma. Allura nista' nifhem aħjar il-problemi tagħhom." Il-Kummissarju tenna li jaħdem ħafna mill-qrib mas-Servizz Sigriet. Minbarra l-fatt li s-Servizz Sigriet għandu poteri li hu bħala Kummissarju m'għandux, dawn jistgħu jkunu ta' għajnuna kbira lill-pulizija. "Naħdem tajjeb ħafna mal-Kap tas-Servizz Sigriet, Michael Cassar. Nifthemu u nimxu. In-nies tagħna ngħidulhom kelma u jmexxu għaliex hemm kooperazzjoni kbira. Ir-riżultati qed narawhom, għax il-każijiet il-kbar dejjem għamilnihom flimkien." Meta nqabblu dak li jiġri f 'Malta ma pajjiżi oħrajn, pajjiżna huwa sigur ħafna. Hu spjega kif il-livell ta' kriminalità f 'Malta huwa baxx. Iżda fadal ħafna xi jsir. "Nixtieq li nerġa' mmur lura għal żmien in- nanniet tagħna, meta konna nħallu ċ-ċavetta fil-bieb ta' barra. Kemxejn utopika, iżda jekk il-pulizija u s-soċjetà jaħdmu flimkien, mhix xi ħaġa impossibbli." Dwar il-problema tad-droga f 'pajjiżna, hu qal li m'għandniex sistema bil-barunijiet bl-għalqa tagħhom kif hemm barra minn Malta. Zammit qal li f 'dan il-qasam hemm kooperazzjoni kbira mill- pubbliku. "Kuljum nirċievi madwar tlieta, erba' ittri dwar persuni li allegatament ikunu qed jittraffikaw jew huma involuti fil-qasam tad- droga." Fuq kollox, jeħtieġ li nedukaw lill-pubbliku dwar l-effetti negattivi tad-droga u l-ħsara li tagħmlilhom. Iżda mhux biss, hu qal li "rridu nedukaw liż–żgħażagħ li jekk għandhom problema, jeħtieġ li jaffaċċjawha u mhux jaħarbu minnha." Fl-aħħar staqsejtu dwar il- korruzzjoni fil-Korp tal-Pulizija. Il-Kummissarju sostna li rridu nagħmlu differenza bejn il-pulizija li żbalja u min jibqa' jippersisti fl- iżball. "Kristu li għażel it-tnax-il Appostlu wkoll sab tlieta li ċaħduh u wieħed wasal fejn kellu jasal." "Il-fatt hu li l-ħażin huwa dejjem mas-saqajn", qal Zammit. "Meta wieħed jibqa' jippersisti fl-iżball tiegħu, hemmhekk nimxu mod ieħor." "Il-politika m'għandhiex tkun parti mill- Ritratt: Ray Attard Età – 54 sena Fejn tgħix – Marsaskala Ikel favorit - Frott tal-baħar Ktieb li qed taqra – Shadow of the Almighty Favur jew kontra l-ewtanasja volontarja? – Kontra, għaliex favur il-ħajja Peter Paul Zammit

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 february 2014