Illum previous editions

illum 2 february 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/252943

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

18 illum | Il-Ħadd 02 ta' Frar 2014 B ħalissa ż-żewġ partiti għaddejjin bil-Konferenzi Ġenerali tagħhom. Għal din id-darba, il- Partit Nazzjonalista beda jitkellem fuq tiġdid. Kelma li niskopruha dejjem wara xi telfa elettrali. Bħalli qallu biex tiġġedded trid taqlagħha fuq rasek. Qisu meta tkun fil-glorja ma hemmx tiġdid x'tagħmel. Biex inkun ġust dan ġara wkoll fil-Partit Laburista kull darba li tilef elezzjoni. Francis Dimech kienet il- persuna inkarigata biex ifassal l-emendi statutorji biex iseħħ dan it-tiġdid. Minn dak li stajt nifhem kien eżerċizzju ta' "cut and paste" mill-Istatut tal-Partit Laburista. Qiegħed nikteb hekk mhux biex ninki iżda għaliex xi ħadd fil- Partit Nazzjonalista għadu ma fehemx, li dak li jgħodd għall-Partit Laburista ma hux awtomatikament transferibbli għall-Partit Nazzjonalista. Niftakarni nikkumenta dwar il-kreazzjoni ta' kariga ġdida fil-Partit Nazzjonalista. Dik ta' Viċi Kap għall-Affarijiet tal- Partit, li illum hija okkupata TONI ABELA MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI LAWSTRIJA qed tgħid li qatt ma biegħet iċ- ċittadinanza. Mhux bħal Malta, qed tgħid l-Awstrija. Issa beda ħiereg dejjem aktar ċar kemm hemm pajjiżi fl- UE li, taħt forma jew oħra biegħu jew qed ibiegħu iċ-ċittadinanza. Imma fil-Parlament Ewropew, fuq instigazzjoni tal-MEPs Maltin stess, Malta kienet identifikata b'isimha. Dawn il-patrijotti għad iridu jagħmlu l-kontijiet mal- istorja. Viviane Reding taf li l-Awstrija toffri ċ-ċittadinanza u passaport għal minimu ta' 2.4 miljun Ewro. Taf li skont l-iskema Awstrijaka, min jingħata passaport irid ikollu sfond finanzjarju eċċellenti, ma jkollux sfond kriminali, sfond "solidu" fin-negozju u referenzi tajbin. Dan Reding tafu kollu u taf li l-unika differenza bejn l-Awstrija u Malta hi kemm jiswa' l-passaport. Anki l-Istati Uniti tbiegħ il-passaporti billi taċċetta residenzi li jistgħu jħallsu nofs miljun dollaru. Anzi, għandha skema ta' lotterija dwar lil min toffri residenza u mbagħad, wara ammont ta' snin, il-passaport Amerikan. Malta trid tkompli l-battalja li hi mhux agħar mill- Awstrija, minn Ċipru, mill- Ungerija u membri stati ohra. Hu tal-mistħija li għall-kapital partiġġjan, MEPs Maltin qed jattakkaw lil Malta stess b'isteriżmu u b'manija. PUBBLIĊITÀ GRATIS: IN-NAIVITÀ TAR-RIVER OF LIFE Ħafna nies bħali nnutaw kemm naqas il-kontenut politiku mill-programm Xarabank. Jista' jkun hemm diversi raġunijiet għal dan, fosthom kawtela ġdida għall-konvenjenza. Minflok, Xarabank jaħtaf l-opportunità għal dak li hu sensazzjonali. Din wara kollox dejjem kienet il-formula għas-suċċess populist tiegħu. F'mument meta Malta għaddejja mis-saga dwar iċ-ċittadinanza, il-programm qabad play (daqstant ieħor sensazzjonalista) dwar il-gays u l-lesbjani u ħoloq speċi ta "dibattitu" bejn ir-reġista tagħha u membru tal-grupp River of Life, li għamlu l-akbar pjaċir li setgħu jagħmlu lill-producers meta wissew lin-nies biex ma jmorrux jarawha. Dawn il-gruppi Kristo- Bibbliċi għadhom naiv biżżejjed li ma jindunawx li qed jagħtu pubbliċità enormi kull meta joħorgu jikkundannaw xogħol teatrali. Ikunu qed jaċċertaw li l-pubbliku jmur bi ħġaru biex jara l-"oxxen" fuq il-palk. F'dal-każ, il- pubbliċità b'ritratti ta' rġiel u nisa nofshom għarwenin fuq sodda, diġa' kienet biżżejjed biex timpressjona lill-udjenzi li issa, bis-saħħa ta' Malti-Kanadiż li deher jippontontifika fuq NET-TV Malta jeħtieġ timmatura. Billi t-teatru joħroġ posters b'atturi għarwenin, mhu se jsir ebda evolviment matur. Fl-Awstralja, per eżempju, ilu li kien introdott ħamsin sena. L-interlokutur minn River of Life kellu punt ewlieni. Mhux bibbliku, imma psiko-soċjali: x'qed tagħmel tarbija f 'nofs salt irġiel u nisa jippużaw semi-nudi fuq sodda, kollha jmissu lil xulxin biex jidhru anti-konvenzjonali? IL-VATIKAN U L-BZONN TA' AZZJONI Il-play kienet reklamata fil-media soċjali u dan iwassalni għall-messaġġ li għadda f 'dawn il-ġranet il-Papa Franġisku dwar il-kelma u r-riflessjoni li hemm bżonn biex naraw x'qed jiġri bil-media diġitali, kif qed taffettwa lin- nies u kif qed tibdlilhom ħajjithom. Franġisku appella għal "injezzjoni ta' kalma u tenerezza, mhux permezz tal-wajers, imma tan-nies." Mill-ġdid, f 'Jum il-Komunikazzjoni, reġa' kkundanna "l-qasma skandaluża li hemm bejn l-għonja u l-fqar." Iżda dan hu messaġġ li mhux qed jasal lid-dinja politika. Hu ċar li messaġġ ta' kull tant żmien, 1000 kelma mgħoddija bir-rettorika tas-soltu, mhu jagħmel xejn biex ibiddel dan l-istat ta' fatt. Li hemm bżonn hu l-kuraġġ li l-Vatikan jaffronta direttament u jimmobilizza kontra l-istituzzjonijiet politiċi. Inkella l-kliem se jibqa' biss kliem. IL-MEDICINI "OUT OF STOCK" Kif qatt jista' jkun li Malta tibqa' taċċetta li mediċini vitali (anki kontra l-kanċer) imorru out of stock? Kif qatt dan il-pajjiż ta' ħniena jista' jaċċetta li min jissupplixxi dawn il-mediċini kontra t-tbatija u l-miżerja tal- kanċer idum ma jġibhom u jieħu l-miżuri kollha ta' procurements biex il-mediċini ma jonqsux? Il-frażi out of stock għandha tkun ikkanċellata darba għal dejjem mid-dizzjunarju mediku ta' Malta. Wara kollox hekk kien wiegħed il- Partit Laburista. IL-KO-EDUKAZZJONI U L-MUT Issa x'se terġa' toħloq l-Unjin tal-Għalliema dwar il-ko- edukazzjoni? X'inhuma l-mottivi veri għaliex reġgħet bdiet tagħmel il-bsaten fir-roti u trid aktar konsultazzjoni? Liema konsultazzjoni? Ma sarux paroli biżżejjed u Malta hi, prattikament, l-uniku pajjiż ċivilizzat li ma joffrix edukazzjoni fi klassijiet imħallta? Jew il-"konsultazzjonijiet" għandhom x'jaqsmu ma jekk l-għalliema jeħtieġx li jkunu mċaqilqin jew le? Emendi li ma jemendawx I ntqal ħafna u x'aktarx għadu ma ntqalx kollox dwar il-pjan tal-gvern Malti illi jibda joffri ċ-ċittadinanza maltija lil min hu lest illi joħroġ is-somma ta' € 650,000. Pjan illi diġa kellu żewġ ri-inkarnazzjonijiet illi ndirizzaw il-kritika illi saret lill-pjan oriġinali. Fit-tieni verżjoni tal-iskema, żdiedet il- ħtieġa illi l-applikant prinċipali jixtri propjetà mmobiljari li tiswa ta' l-anqas € 350,000 jew inkella jikri propjetà b'mhux anqas minn € 16,000 fis-sena, isir investiment ta' € 150,000 f 'bonds tal-gvern malti u tinħareġ polza ta' assigurazzjoni tas-saħħa għad-dinja kollha fl-ammont ta' € 50,000. Issa, wara l-vot qawwi ta' ċensura tal-Parlament Ewropew u l-kritika bil-miftuħ tal-Viċi- President tal-Kummissjoni kif ukoll it-theddida ta' azzjoni legali kontra Malta fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, il-gvern Malti kkonċeda illi l-applikant irid ikun irrisjeda f 'Malta għal ta' l-anqas sena qabel ma jiġi naturalizzat. Kompromess illi probabilment juru illi kemm il-gvern Malti kif ukoll il- Kummissjoni Ewropea ma riedux itawlu l-kwistjoni u ma riedux jistennew l-esitu nċert ta' kawża fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, qorti illi kienet fundamentali fil-bini tal-istrutturi ewropej bid- deċiżjonijiet illi ħadet. Il-fatt illi l-Kummissjoni Ewropea approvat l-iskema kif issa emendata ma jfissierx illi issa dina l-iskema hija approvata definitivament. Il-Kummissjoni Ewropea m'hijiex l-arbitru finali f 'materji ewropej u hemm modi oħra kif din l-iskema tista' tiġi ttestjata kemm fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja kif ukoll f 'dik tad-Drittijiet tal-Bniedem. U l-avviż legali illi l-President ser ikollu ubbidjentement jerġa joħroġ wara dan il-ftehim mal- Kummissjoni illi fih hu bl-ebda mod ma kien involut jista' jaqa' taħt l-iskrutinju tal-qrati lokali illi madankollu m'humiex magħrufin illi jagħtu wisq inkwiet lill-gvern tal-ġurnata. Madankollu, b'dan it-tibdil, il- gvern Malti ċertament indirizza bosta mill-oġġezzjonijiet illi kienu qed isiru għall-iskema kif oriġinarjament proposta. Jiena wieħed minn dawk illi xorta m'iniex kuntent bil-verżjoni aħħarija ta' din l-iskema. Fl-opinjoni tiegħi, iċ-ċittadinanza m'għandhiex tkun trattata qisha xi biċċa propjetà illi tinbiegħ u tinxtara u għandha biss tingħata lil min għandu konnessjoni ġenwina ma' dan il-pajjiż. Għadni nħoss illi l-ħtiġijiet sabiex wieħed isir JOE ELLIS YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt L-AWSTRIJA: PASSAPORTI JISWEW 2.5 MILJUN EWRO Selfie tagħna stess

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 february 2014