Illum previous editions

illum 2 february 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/252943

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 02 ta' Frar 2014 | illum 3 FILPERIKLU TALMEWT PEDJATRIĊI DWAR LADOZZJONI KLIEB ILBAĦAR FIĊĊIRKEWWA Anzjana ta' 77 sena residenti l-Belt Valletta tinsab fil-periklu tel-mewt wara nar li ħakem blokk bini fi Triq l-Ifran fil-Belt Valletta. L-inċident seħħ ilbieraħ ftit qabel is-6am. Jirriżulta li n-nar beda minn ħanut tal-krafts li jinsab fil-livell tat-triq u n-nar infirex għall- appartamenti fis-sulari ta' fuq. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin. L-Assoċjazzjoni Pedjatrika Maltija talbet lill- Membri Parlamentari Maltin sabiex iżommu f'moħħhom "l-istabbilità u l-influwenza unika li koppja miżżewġa jistgħu jagħtu lit-tfal." Dan qaluh f'dikjarazzjoni li ħarġu dwar l-adozzjoni minn koppji tal-istess sess. L-assoċjazzjoni użat ton ta' xettiċiżmu dwar l-addozzjoni minn koppji omosesswali. It-tobba kienu inekwivokabbli fid- dikjarazzjoni tagħhom meta qalu li l-koppji miżżewġa jikkrejaw "l-aqwa ambjent" għat- tfal. Madanakollu, ma qalux b'mod kategoriku li l-adozzjoni minn koppji omosesswali ħa tħalli impatt negattiv fuq it-tfal. Ilbieraħ filgħodu ntefgħu lura fil-baħar tliet gatarell tar-rukkal, li huma speċi ta' kelb il- baħar li mhumiex ta' periklu għall-bniedem. Dawn il-ħut jieklu granċijiet, klamari u ħut tal- qiegħ u ġew imrobbija fl-Akkwarju Nazzjonali tal-Qawra. Dawn kienu nstabu f 'kelb il-baħar mejjet li ttella' mis-sajjieda Maltin. ILMAĦBUBIN GĦAL GĦAWDEX Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo, ilbieraħ ħabbar li n-nollijiet tal-Gozo Channel ħa jorħsu bi kważi n-nofs waqt il-festi ta' San Valentinu, bejn l-14 u 16 ta' Frar. In-noll tal-passiġġiera minn €4.65 ħa jorħos għal €1.50, u dawk tal-vetturi minn €15.70 se jonqos għal €8.50. Dawn il-prezzijiet se japplikaw għal-vjaġġi kollha bejn il-Ġimgħa 14 ta' Frar mis-7.15pm sal-vjaġġ tas-1.30am tat- Tnejn. Il-vapuri se jkunu qegħdin jaħdmu skond id- domanda u f'każ li jkun hemm bżonn jibdew joperaw anke permezz ta' shuttle service. Riforma fl-infurzar lokali tista' tfisser it-tmiem tal-privat ISSEGRETARJU Parlamentari għall-Kunsilli Lokali Josè Herrera lbieraħ nieda white paper bl-għan li ssir riforma tas-sistema tal- gwardjani lokali, 14-il sena wara li bdew joperaw. Herrera ħabbar li l-proposta tal-Gvern hi li tiġi emendata l-liġi ħalli l-Kumitat Maniġerjali dwar is-Sistema tal-Infurzar Lokali (LESMC) ikollu s-setgħa li jwaqqaf Unit ta' sistema tal-Infurzar Lokali li tinforza l-liġijiet għall-lokalitajiet kollha. Dan ifisser li l-gvern beħsiebu jwaqqaf il-privatizzazzjoni f 'dan il-qasam. Fil-preżent, il-privat jassorbi madwar 75% tal-flus. Iżda bir-riforma proposta hu mistenni li t-taqsima li se titwaqqaf ikollha l-kontroll assolut tas-sistema. B'hekk qed ikun propost li din it-taqsima ikollha taħt ir- responsabilità tagħha l-Gwardjani Lokali u staff amministrattiv. Herrera serraħ ras il-Gwardjani Lokali li b'dawn il-proposti ħadd mhu ser jitlef l-impjieg tiegħu imma dawn iridu jibdew ikunu aktar imħarrġa, qabel ma jkunu impjegati ma' din it-taqsima. "Il-Gwardjani Lokali twaqqfu biex ikunu ta' servizz liċ-ċittadin imma flok servew liċ-ċittadin, iċ- ċittadin spiċċa jservi lis-sistema. Mill-bidliet li saru fil-passat l-ebda waħda ma indirizzat l-qofol tas- sistema, dan għaliex f 'kull pass ta' dawn il-bidliet dejjem kien hemm problema waħda: li s-sistema kienet tqila u tiswa ħafna flus," qal Herrera. Is-sistema kienet daħlet f 'ċirku vizzjuż u tiddependi biss miċ- ċitazzjonijiet tat-traffiku. Jekk ma kienux jingħataw biżżejjed ċitazzjonijiet is-sistema kienet tikkrolla finanzjarjament. Ir-riforma għandha wkoll l-għan li tnaqqas l-ispejjeż u żżid l-effiċjenza fil-ġbir ta' ċitazzjonijiet li għadhom mhux imħallsa. Matul l-aħħar tlettax-il sena, dawn ammontaw għal aktar minn 18-il miljun ewro. 19-il sena mit-traġedja abbord tanker fit-Tarzna Herrera serraħ ras il-Gwardjani Lokali li ħadd mhu ser jitlef l-impjieg tiegħu It-traġedja li bikkmet poplu u xxukkjat pajjiż

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 february 2014