Illum previous editions

illum 9 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/257368

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 09 ta' Frar 2014 | illum 15 l-mexxej tagħha, tgħidli li baqgħet taħdem fil-PL irrelevanti jekk kienx sejjer lejn rebħa jew telfa. "Wara li tkun ħdimt elezzjoni sħiħa ma' partit, ikollok indikazzjoni ta' fejn ikun se jxaqleb ir-riżultat. Kienu ħafna l-okkażjonijiet li rajtu jitlef imma bqajt hemm. F'dawn is- sitwazzjonijiet xejn sbieħ qatt ma qbadt u tlaqt, għax la kelli impenn inkun irrid nonorah sal-aħħar. U dan jgħodd ukoll għal affarijiet oħra, fosthom din l-elezzjoni għal MEP. Nidħol għall-isfidi sal-aħħar," issostni Dalli. Iżda x'kien il-kaġun ta' dan iċ- ċiklu ta' telfiet li beda mat-tmiem ta' gvern Laburista wara 22 xahar? Filwaqt li taqbel li kien fost l-ikreh żmien għall-Partit Laburista, tirrispondi li bilfors li l-partit ma kienx qed jagħraf il-ħtiġijiet tan-nies, u li konsegwentament ma setax joħroġ b'politika li tgħinhom jimxu 'l quddiem. Dak li kien il-mexxej Laburista waqt dan iż-żmien diffiċli, issa qed jikkontesta magħha għall- Parlament Ewropew. X'relazzjoni għandha ma' Alfred Sant? "Relazzjoni tajba imma dejjem differenti. Qabel hu kien il-kap tal-partit u jien il-kap tal-kamra tal-aħbarijiet. Issa t-tnejn kollegi fl-istess tim, iżda f 'għajnejja narah bħala eks-Prim Ministru u nħares lejh b'rispett b'dan il-mod." Fl-2001, fl-isfond tad-dibattitu nazzjonali fuq il-futur ta' Malta mal-Unjoni Ewropea, Miriam Dalli ddeċidiet li tistudja l-Istudji Ewropej fuq bażi ta' masters, u tgħidli li dan kien il-bidu ta' ħolma tagħha. "Minn hemm kienet ġiet l-idea li naħdem għal xi żmien mal- istituzzjonijiet Ewropej. Mhux qed ngħid li kont ġa naspira li nikkontesta biex inkun MEP, iżda minn dejjem kelli din il-ħolma li nservi fi Brussell," tirrispondi Dalli li għadha kif gradwat ukoll bħala avukat. Allura x'kien il-ħsieb tagħha fi żmien ir-referendum? Riedet sħubija mal-Ewropa jew Partnership? "Bħala studenta ma ridtx li nisma' biss x'kellhom jgħidu l-partiti imma ridt naħseb akkademikament ukoll. Għaraft il-vantaġġi ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea, u ma ridtx li Malta ma tidħolx. Iżda kont tal-opinjoni li f 'dak iż-żmien partikolari, Malta ma konniex preparati biżżejjed għal sħubija sħiħa." Il-kampanja elettorali tal- preżentattriċi hi bbażata fuq l-għajta ta' 'Prijorità Malta'. Tgħid li dan ifisser li meta tkun fil- fora Ewropej MEP għandu jġib l-interess ta' pajjiżu l-ewwel u qabel kollox. Tgħid li dan ma kienx l-atteġġjament tal-MEPs Nazzjonalisti fid-dibattitu taċ- ċittadinanza, iżda ma tasalx li tiddeskrivihom bħala 'tradituri' kif għamlu xi partitarji Laburisti fuq siti soċjali bħal Facebook. "Ma qbiltx magħhom anke jekk fl-opinjoni tagħhom għandhom raġuni ġenwina biex jagħmlu dan… kulħadd għandu dritt jikkritika iżda hemm mod u mod. Iddispjaċieni li d-dibattitu kien individwalizza lil Malta għax dan mhux ġust. Simon Busuttil stess fil-kwistjoni tal-kostituzzjoni tal- Ungerija, kien qal li l-Parlament Ewropew mhux qiegħed hemm biex jiddiskuti pajjiż partikolari." Hi ssuktat tgħid li ma tifhimx l-argument tal-Partit Nazzjonalista li l-gvern, bl-iskema tal-bejgħ taċ- ċittadinanza b'investiment, affettwa negattivament ir-reputazzjoni ta' Malta. "Dan għax fuq kollox kienu huma li għamlu kruċjata sħiħa u użaw il-mezzi tax-xandir barranin. Nemmen li l-maġġoranza tal- Maltin ma ħadux gost b'dan l-atteġġjament li fiha Malta spiċċat taħt 'is-swat' tal-Membri Parlamentari Ewropej. Ftit xhur ilu, Miriam saret omm għall-ewwel darba b'Jack wara ż-żwieġ tagħha ma' John. Wara li f 'intervista li saret jiem ilu nftehmet ħażin li se tħalli kollox u tmur tgħix Brussell, Miriam tgħidli li jekk tkun eletta, hi u żewġha ddeċiedu li meta hi tkun Brussell huma jmorru magħha, u meta tinżel Malta, hu u t-tifel jinżlu magħha. "Żgur mhux se nħallihom warajja, mingħajr it-tifel u r-raġel ma noqgħodx. Nisa bħali se jifhmuni meta tgħid li mara tista' tidħol għal impenn mingħajr ma tabbanduna l-familja. Kapaċi nsib bilanċ bejn xogħol u familja, bil-ġurnaliżmu drajt naħdem taħt stress ukoll." Fuq l-aħħar biċċa ma stajtx ma naqbilx. Hi tissokta tgħid li l-istrutturi preżenti ma jgħinux biex in-nisa jagħtu sehemhom fil-politika lokali. "Biżżejjed tħares lejn xħin jiltaqa' l-Parlament," tissokta tgħid Dalli. Il-kandidata Laburista targumenta li hemm bżonn ta' bidla fil-mentalità fejn il-familja ma tfissirx biss l-omm iżda anke l-missier. "Jien ma rridx nara sitwazzjoni fejn in-nisa għandhom post sempliċiment għax huma nisa. Imma ċerta li hemm ħafna aktar nisa kapaċi u b'talenti li għandhom bżonn aktar viżibilità fil-politika, mingħajr m'għandek tiddiskrimina bejn raġel u mara." Meta mistoqsija jekk l-apparenza tistax titqies bħala fattur favuriha, hi rrispondiet fin-negattiv. Fil-preżent, Miriam Dalli sservi ta' konsulent fil-Ministeru għall-Enerġija, kariga li qajmet kontroversja mill-Oppożizzjoni. Dalli tiddefendi ruħha tgħid li għandha l-kwalifiki u l-esperjenza meħtieġa, kif kellha fil-passat. "Fil-passat jien qatt ma kelli ċans naspira taħt gvern Nazzjonalista. Għal xi kariga qatt ma kont niġi kkunsidrata minkejja li kelli biżżejjed kwalifiki. Naħseb bl- esperjenza li ksibt matul iż-żmien kelli nieħu spazju fuq il-PBS, iżda minkejja dan ġejt irrifjutata." Hi żżid tgħid li proprju għal dan il-għan tiddejjaq li gvern ikun tal-Laburisti jew tan-Nazzjonalisti biss, imma ma setgħetx tifhem il-kritika li saret għax f 'diversi bordijiet hemm anke nies li servew taħt amministrazzjonijiet preċedenti. Il-perċezzjoni ta' xi wħud hi li l-kandidati għall-elezzjoni tal- Parlament Ewropew qegħdin hemm biex jieħdu salarju attraenti, b'Miriam Dalli ovvjament ma taqbilx. "Jiddispjaċini meta nisma' hekk u mhux se nidħol fil-mertu ta' x'wassal għal din il-perċezzjoni. Nemmen li MEP għandu rwol vitali li jikkonsulta u jwassal il- messaġġ tiegħu ta' kif il-Maltin jistgħu jkunu affettwati mill- Parlament Ewropew. Ibbażat jew le fi Brussell, Membru Ewro- Parlamentari għandu jibqa' infurmat b'dak li għaddej f 'pajjiżu. Li ssegwi mill-gazzetti mhux biżżejjed, trid tkun taf x'qed iħossu n-nies biex titkellem f 'isimhom," tispjega mingħajr tlaqliq. Dalli tgħid li hu minnu li l-MEPs Maltin huma f 'minoranza assoluta, iżda qalet li temmen ħafna fil- politika "tal-kurituri", ta' pressjoni fuq membri ta' pajjiżi oħra f 'temi li jikkonċernaw lil Malta. B'mod partikolari, speċifikat is-setturi tal-enerġija, l-immigrazzjoni irregolari, żgħażagħ u opportunitajiet ta' impjieg bħala prijorità għall-ħidma tagħha jekk tkun eletta fi Brussell. B'diversi snin ta' esperjenza fil-ġurnaliżmu, Miriam Dalli hi fost l-aktar uċuħ popolari fit- televiżjoni lokali. Iżda mhux fit-tul. Dan għaliex fi ftit jiem, b'direttiva tal-Partit Laburista, se tieqaf tippreżenta l-programm tagħha TX fuq l-istazzjon Laburista. Id- direttiva, li tidħol madwar tliet xhur qabel l-elezzjoni ta' Mejju, tgħid li kandidati m'għandhomx jippreżentaw programmi biex ma jkollhomx vantaġġ fuq kandidati oħra. "Vera jtik aktar promozzjoni, però l-programm ma jagħtikx il-kuntatt personali man-nies, li hu meħtieġ biex ikun viċin l-elettorat," ittemm tgħid il-kandidata Laburista. Il-ħolma li sservi fil-Parlament Ewropew "Qatt ma kelli ċans naspira taħt gvern Nazzjonalista. Minkejja l-kwalifiki li kelli, mill-PBS ġejt irrifjutata" "Kienu ħafna l-okkażjonijiet fejn rajt il- partit jitlef, imma bqajt hemm"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 February 2014