Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/260956
18 illum | Il-Ħadd 16 ta' Frar 2014 A ħna l-Maltin ħelwin. Anke isimna dejjem kien assoċjat mal-ħelu. Iċ-ċikkulata "Maltesers" mingħajr ma trid tfakkrek f 'niesna. L-Inglizi stess ġieli b'affezzjoni jirreferu għalina b'dan il-mod. Ġieli minħabba l-karrattru inkejjuż tagħna anke jgħidulna "Maltesers." Issa isimna qiegħed ikun assoċjat ma' prodott tal-ħelu ieħor: mal-"iSmarties." Min jaf kemm kilniehom meta konna żgħar. Anke fuq il- figolli jmorru. Qisu minn xi għaxar snin 'l hawn bdejna nużaw il-kelma "smart" ma' kollox. Kelma li ġieli ġiet assoċjata ma' xi prodott li jagħmel sens bħal ngħidu aħna "smartcard" tal-istudenti. Għenet mhux ftit lill-istudenti u ma nistgħux ma nammettux li ma kinitx idea ħażina. Kellna ukoll "smartphone", "smartlight" dejjem b'referenza li l-prodott għandu xi kwalità li bħal donnu jaħseb għalik hu. Iżda tajjeb li nsemmi li l-ewwel darba li ltqajt ma' din il-kelma barra l-kuntest tas-soltu kien snin ilu meta kont għand tifel. Dawk li huma tal- età tiegħi jew ftit iżgħar kollha jiftakru s-sensiela TONI ABELA MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI LEWWEL jiġu t-tfal. Mingħajr argument, l-ewwel interess għandu jkun tat- tfal. Għalhekk m'għandhiex tkun sfruttata l-vulnerabbiltà tagħhom, lanqas għall-profitt kummerċjali tat-teatru psewdo-rivoluzzjonarju, kif sar mill-produttur li kull sena jasal Malta biex iħabbrilna kemm m'aħniex "professjonali" u kemm għadna "injoranti." Ebda arranġament parentali mhu l-aktar ideali għat- tfal, emozzjonalment u psikoloġikament, minn dak fejn il-ġenituri huma missier u omm bijoloġiċi. Mill-banda l-oħra, hu ċar li m'hemmx biżżejjed evidenza empirika jew riċerka xjentifika favur jew kontra li t-tfal jitrabbew minn ġenituri tal-istess sess. Rapport li ħareġ f 'Malta s-sena li għaddiet iqis li għandu jkun hemm studju serju u xjentifiku dwar dan l-arranġament speċifiku qabel ikun hemm leġislazzjoni definita fir-rigward tal-adozzjoni tat-tfal minn koppji gay. Ir-rapport sar minn The Today Public Policy Institute b'Martin Scicluna bħala l-awtur ewlieni, suppost li jirrappreżenta "kontribuzzjoni" biex il-Gvern jiddeċiedi fl-aħjar interess tal-persuni LGBT, li f 'Malta jikkostitwixxu 5% tal- popolazzjoni. Ir-rapport hu nieqes minn informazzjoni vitali, pereżempju, x'evidenza xjentifika hemm li żgħażagħ tfajliet gay ikkommettew suwiċidju minħabba li sofrew bulliżmu soċjali. Lanqas ma tingħata statistika ta' kemm koppji gay ifallu fir-relazzjoni ta' bejniethom, fattur importanti meta jsir diskors dwar "id-dritt" tagħhom li jadottaw it-tfal. Ir-rapport jelimina mill-ewwel l-għażla tar-rikonoxximent uffiċjali tal-koabitazzjoni għax din ma ssolvi xejn u jħalli biss spazju għal żewġ għażliet: unjoni ċivili jew żwieġ bejn persuni tal-istess sess. Scicluna joħloq xenarju fejn persuni gay f 'Malta qed ikunu vittmi tal-omofobija, theddid, intimidazzjoni, abbuż verbali u anki assalti fiżiċi. Iżda l-istess, dan il-kuntest m'għandux evidenza reali ppruvata fir- rapport tiegħu. Iżda m'hemmx dubju li l-introduzzjoni tal- unjoni ċivili se tinnewtralizza ħafna mill-istigma soċjali. Imbagħad ikun għall-istess koppji gay biex jiġġustifikaw l-iskema li tagħtihom drittijiet (u responsabbiltajiet) legali. PN: REVIŻJONI TAL- ISTATUT Fuq Net TV kien diskuss l-iskop tal-bidla tal-istatut. Il-Kelliem Nazzjonalista għall-Kultura, Francis Zammit Dimech li hu wkoll iċ-ċermen tal-Kummissjoni tar-Reviżjoni tal-Istatut, kien intervistat minn Louise Tedesco fil-programm .net. It-tibdil qed isir fuq l-istatut tal-2005. Zammit Dimech aċċerta lit-telespettaturi li kien hemm "dinamika qawwija" bejn il-membri tal-Kummissjoni. L-idea hi li l-istatut, fid-dawl tat- telfa diżastruża tal-PN fl-aħħar elezzjoni, ikun mibni fuq dak li jridu n-nies: il-partit jeħtieġ jerġa' jsib għeruqu u jersaq mill-ġdid lejn in-nies. "Il-ħsieb hu li jkun hemm riżultat tiela' mill-għeruq 'l fuq." Fil-programm kien hemm diversi interventi telefoniċi. U ma kienx hemm kantunieri. In-nies għadhom irrabbjati għall-arroganza u n-nepotiżmu Nazzjonalista. Iċ-ċermen tal- Kummissjoni Nazzjonalista kellu joqgħod jisma' kif l-eks Ministri Nazzjonalisti "mhumiex jilħqu n-nies", "li mhux jaraw għaliex tant Nazzjonalisti qattgħu t-tessera"; u li "fil-partit għad hemm kollox superfiċjali u fallaċi." L-insistenza kienet li biex forsi jerġa' jibda jitwemmen "il-PN irid jismagħhom dawn il-każi." Wieħed mill-interpellanti saħaq li minflok paroli u propaganda, l-eks Ministri u x-shadow ministers għandhom jibdew imorru fiżikament għand in-nies: "Intom għandkom il-listi kollha u tafu min hu min. Mela ibdew mil-lejla: ċemplulhom biex tmorru għandhom." REPORTER Il-mexxej Nazzjonalista kien intervistat għal Reporter minn Saviour Balzan, bl-istil inimitabbli u aggressiv tiegħu, li ma jrid xejn mingħand ħadd. X'se jiġri jekk xi darba Busuttil jkun PM? Ikun hemm sempliċi change of the guard jew se tagħmel bidla radikali fil-kultura tan-nepotiżmu? Busuttil qal li lest għall-bidla radikali u insista li ma jridx jinganna lin-nies. - X'se tagħmel dwar kwistjonijiet bħall- emigrazzjoni irregolari? - Se nkun differenti minn Muscat. Għal Muscat il- politika tal-pushbacks tfisser populiżmu. (Nota: X'inhi d-differenza bejn li tkun "populista" u li tkun "partit tan-nies"?) Balzan: Jista' jinħoloq kunsens dwar il-kwistjoni taċ-ċittadinanza bħala Maltin? Domtu ġimagħtejn biex tkellimtu. Busuttil: Aħna ridna nistudjaw l-iskema u għalhekk ma ħadniex pożizzjoni mill-ewwel. (Nota oħra: Hemm meta l-politiċi jaqblilhom jitkellmu mill-ewwel u meta jaqblilhom jittitubaw.) L-AWTUR U R-REFUĠJATI Alex Miller, rumanzier ewlieni Awstraljan u rebbieħ ta' bosta premijiet letterarji pprotesta dwar it-trattament "krudili, intolleranti u bi spirtu vili" ta' kif pajjiżu qed jittratta lir-refuġjati. Il-protesta tal-awtur waslet hekk kif ix-xahar li għadda, dgħajsa mgħobbija bir-refuġjati tħalliet titkisser fuq Christmas Island u għerqu 27 persuna. Illum l-Awstralja hi mmexxija minn koalizzjoni konservattiva mmexxija minn Tony Abbott. Miller, li twieled fir-Renju Unit u mar joqgħod fl-Awstralja, stqarr li l-pajjiż li adottah, m'għadx għandu aktar il-kwalitajiet ta' merħba u ġenerożità ta' qabel. Il-kundanna ta' Miller waslet fi ktieb ġdid ta' saġġi fejn ir- rumanzier stqarr li l-inumanità tal-Gvern u ċ-ċittadini Awstraljani qed iġegħluh jikkunsidra mill-ġdid xi jfisser li tkun Awstraljan. Meta kont f 'dak il-kontinent, iltqajt ma' bosta Maltin li jħaddnu l-istess apatija u l-istess repulsjoni kontra r-refuġjati. U biex jingħad kollox, lanqas l-għarqa tar-refuġjati fil- Mediterran mhi se tqanqal kommossjoni fost il-Maltin ta' Malta. U l-artisti muti. Smarties S a ġimgħa ilu ftit kienu dawk li semgħu biha. Imma din il-ġimgħa isimha kien fuq fomm bosta u għamlet ħoss sew. Qiegħed nirreferi għall-kap tal-iskola primarja ta' Bormla, Marion Falzon Ghio li nhar it-Tlieta li għadda, f 'laqgħa ta' konsultazzjoni mnedija mill-Ministru tal- Edukazzjoni fetħithilha u qalet dak li probabbilment kien ilu fuq l-istonku tagħha għal żmien. Minn fomm is-sinjura Falzon Ghio ħarġu veritajiet ferm skomdi, veritajiet li l-politiċi rari jirrikonoxxu għax politiku ta' suċċess irid fl-ewwel lok jevita li joffendi l-aħħar u l-anqas fil-kostitwenza tiegħu. Mill-banda l-oħra, min mhux fil-politika imma jaħdem fl-amministrazzjoni pubblika rari għandu s-sens ta' awtonomija u ta' inizjattiva li jgħid dak li għandu jingħad. Ftit huma dawk li għandhom is-sinsla li l-iswed jgħidu li huwa iswed u l-abjad huwa abjad. Spiss nisimgħu diskorsi b'ħafna sfumaturi ta' tonalitajiet differenti ta' griż li jisfukaw il-messaġġ. Ħa niżvija ftit minn dak li qed nikteb fuqu: ftit ilu, l-editur ta' dan il-ġurnal, Saviour Balzan qal li f 'Malta m'hawnx intelletwali, imma politiċi. Ħafna qablu miegħu imma jiena ma naqbilx. Hawn intelletwali f 'pajjiżna imma ħafna minnhom ma jipparteċipaw xejn fid-diskors pubbliku u ma jipparteċipawx fil-ħajja politika. Dawn l-intelletwali mhumiex ser jiktbu fuq il-ġurnali jew jitkellmu fuq it-televiżjoni imma huma mehdijin fl- attivitajiet akkademiċi tagħhom. Madankollu, dawk li jieħdu sehem fil-ħajja pubblika, spiss jevitaw li jinvolvu ruħhom f 'kontroversji pubbliċi. Ma tantx nisimgħu intelletwali jitkellmu dwar suġġetti li jaħarqu bħall-kura medika b'xejn, l-istipendji lill-istudenti universitarji u l-bejgħ taċ- ċittadinanza. Meta nisimgħu xi vuċi, spiss tkun ferm timida. Hekk għidt bejni u bejn ruħi meta smajt din il-ġimgħa lil Oliver Friġġieri jitkellem fuq it-televiżjoni dwar il-btajjel pubbliċi u jħambaq li kull jum nazzjonali għandu l-impronta ta' xi partit politiku. (Tassew? Anke l-Otto Settembre u s-Sette Giugno? Dejjem titgħallem.) Saħaq fuq ix-xewqa tiegħu li l-pajjiż jadotta jum nazzjonali uniku imma meta ġie ppressat mill-preżentattriċi jindika tali jum nazzjonali JOE ELLIS YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt L-ADOZZJONI MILL-GAYS Veritajiet skomdi

