Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/260956
Il-Ħadd 16 ta' Frar 2014 | illum 33 SPORTSillum Ftuħ ta' orizzonti ġodda għall-golf f 'Malta Aloysians t-tentattiv li jiksbu l-unuri kollha l-handball L-għan ewlieni huwa li jibqgħu jiffaċċjaw kull logħba b'mentalità rebbieħa biex b'hekk jaslu għall-finali u jirbħu lura t-titlu tal-kampjonat. It-tim tal-kategorija tal-kbar tan-nisa, Aloysians Żmerċ, jinsab fil-quċċata tal-klassifika mingħajr ebda telfa. Bl- esperjenza u l-grinta tal-plejers stabbiliti, bl-enerġija tal-plejers iż-żgħar, bit-tmexxija fuq il-court tal-captain Brenda Camilleri u bit-taħriġ metikoluż u tattiku tal-kowċ Milos Stanisavljevic, dan it-tim jinsab żewġ logħbiet 'il bogħod mir- rebħ tal-kampjonat tan-nisa. Id- difiża ta' dan it-tim hija waħda b'saħħitha u li tiddetermina ħafna l-logħob ta' San Alwiġi. Il-plejers kollha qegħdin juru enerġija u determinazzjoni biex jiddefendu ż-żona tagħhom u bil-goalkeepers Marylyn Agius u Dorianne Tabone, li huma żewġ kolonni importanti, din id-difiża hija b'saħħitha u diffiċli biex tiġi megħluba. Fl-attakk qed tintlagħab logħba iktar veloċi bir-riżultat li t-tim qiegħed ikun iktar perikoluż u punġenti għall-avversarji. It-tim jinsab determinat sabiex jispiċċa dan l-istaġun fil-quċċata tal- klassifika biex b'hekk jerġgħu jirbħu t-tazza fil-kampjonat tan-nisa. Fil-kategorija tat-tieni diviżjoni nsibu tim ieħor tan-nisa jikkompeti għall- klabb ta' San Alwiġi. F'din il-kategorija ż-żgħar tagħna qed ikollhom l-opportunità li jiksbu l-esperjenza f 'din il-logħba biex jitħejjew bl- aħjar mod possibbli għal meta jiġu magħżula mat-tim tal-kbar. Matul l-istaġun rajna lil dawn il-plejers jistabilixxu iktar ruħhom u jiksbu iktar kunfidenza fil-logħba tal- handball. Taħt it-tmexxija tal- kowċ Stephanie Camilleri dan it-tim qiegħed jaħdem biex kull plejer jitgħallem aħjar il-logħba tal-handball u li jaslu sa l-aħħar tal-istaġun bl-akbar ammont ta' rebħ possibbli. L-aħħar tim, iżda żgur mhux l-inqas, huwa t-tim tas-subien ta' taħt is-17-il sena. Għalkemm fil-bidu tal-istaġun kien hemm bosta plejers li għażlu li jitilqu ma' klabb ieħor, il-plejers li baqgħu wrew kuraġġ u determinazzjoni kbira fil- logħob tagħhom. B'sorpriża għal kulħadd dawn il-plejers emerġenti ħarġu b'saħħithom u rebħu l-maġġoranza tal-logħob li kellhom. Taħt it-tmexxija tal-kowċ Milos Stanisavljevic u l-abbiltà eċċellenti tal-captain Matthew Attard, dawn il-plejers qed jagħtu qalbhom biex juru li huma kburin li qegħdin ma' dan it-tim u jridu jaħdmu biex jiksbu kull rebħa għall-klabb tal-Aloysians. Aloysians Handball Klabb huwa klabb li dejjem stinka u ħadem biex il-handball jikber u jistabilixxi aktar ruħu fix-xena sportiva Maltija. Għaldaqstant l-għan ta' kull tim fi ħdan dan il- klabb kien dejjem dak li joħorġu għal kull logħba b'tir li jilagħbu handball kompetittiv u attraenti. Il-mira għal dan l-istaġun ma tinbidilx u hija dik li jirbħu kull titlu possibbli. Għalhekk sal- aħħar tal-istaġun kull membru f 'dan il-klabb se jkun qed jagħti l-massimu tiegħu biex din il- mira tintlaħaq. u l-pajjiż f 'logħob internazzjonali. Din il-ħidma favur il- logħba tal-golf hija miksuba prinċipalment permezz tal-MGA tkun sors ta' informazzjoni u appoġġ biex tipprovdi l-għarfien neċessarju ta' dak li huwa meħtieġ fl-iżvilupp ta' golfers u l-logħba. L-MGA taġixxi bħala l-pont bejn il-golf fil- livell klabb f 'Malta u l-golf bħala l-isport rikonoxxut fuq forum nazzjonali kif ukoll internazzjonali. Affiljazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Isport, il-Kumitat Olimpiku Malti, l-R&A, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Golf, il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Golf u l-CONGU® (il-korp li jmexxi s-sistema komuni tal-handicap) kif ukoll relazzjonijiet mal-PGAs tal-Ewropa (permezz tal- PGA ta' Malta ) huma kollha possibbli minħabba l-fatt li l-logħba tal-golf f 'Malta hija rrappreżentata b'mod xieraq permezz tal-preżenza tal- MGA f 'Malta. Minħabba dawn l-affiljazzjonijiet, kien possibbli biex il-membri tal-klabb setgħu jikkompetu fil-R&A Junior Open, fin-Nick Faldo Series, fil- kampjonati tal-USA Kids, fil-logħob tal-Mediterran, fil-kampjonati tad-dinja tad-dilettanti forma tat-tims kif ukoll diversi turnaments oħra miftuħa fl-Ewropa inkluż il-logħob tal-ħbiberija bejn Malta u Sqallija. Fl-2015 u fl-2017 se jkun possibbli biex Malta tipparteċipa, għall-ewwel darba, fil- logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa. Naturalment, dawn it-turnaments jattiraw l-aħjar golfers u l-attenzjoni primarja tal-MGA trid tkun biex tiżgura l-possibbilitajiet ta' taħriġ ta' livell għoli biex tassisti l-players fil-logħba tagħhom biex ikunu jistgħu jikkompetu f 'dawn it- turnaments. Il-programmi ta' Martin Westphal li bdew fl-2006 segwiti minn dawk ta' David Llewellyn fl-2008 kellhom impatt fit-titjib tal-kapaċitajiet u l-kunfidenza tal-plejers Maltin. Sfortunatament, is-sitwazzjoni modesta finanzjarja tal-MGA ma tippermettix żjarat frekwenti minn dawn il-kowċis ta' kalibru għoli u l-Kunsill Eżekuttiv tal-MGA kellu jieħu d-deċiżjoni diffiċli biex twaqqaf dawn il-programmi ta' taħriġ. L-MGA issa ħerqana li tibda kowċing simili ma' Henning Schulze Doering – kowċ ibbażat f 'Malta - li matul dawn l-aħħar ftit snin għamel sforzi personali biex itejjeb l-għarfien personali tiegħu fuq il-kowċing fejn għandu x'jaqsam il-golf. L-inizjattiva li jmiss hija li l-logħba tal-golf tittieħed fl-iskejjel. Sal-lum l-R&A ikkonfermat l-appoġġ totali tagħha għal dan il-programm billi allokat numru ta' settijiet speċjali tal-golf. Hija qablet ukoll li tiffinanzja ż-żjara ta' kowċ professjonali biex juri kif jista' jitmexxa dan il-programm lill-għalliema tal-edukazzjoni fiżika u jassisti fit-tnedija tal-inizjattiva waqt li hu jkun hawn Malta. Bl-impatt li l-leġislazzjoni u d-direttivi fuq l-ambjent qed ikollhom fuq l-isport b'mod ġenerali u fuq il-golf b'mod partikolari, l-MGA dan l-aħħar żiedet ir- responsabbiltà li tikkonċerna l-interazzjoni tal-logħba tal-golf mal-ambjent ta' madwarha. Bħala riżultat il- linji gwida ambjentali għall- golf f 'Malta ġew ippubblikati aktar kmieni din is-sena. Dawn il-gwidi jservu biex jiżguraw li l-golf f 'Malta jimxi fuq l-istess standards bħal dawk f 'pajjiżi oħra fl-Ewropa. Il-viżjoni tal-MGA tibqa' li tagħmel il-logħba tal-golf aċċessibbli. Is-sena d-dieħla l-MGA tidħol fit-tielet perjodu ta' erba' snin tagħha u hija l-intenzjoni li matul dan il-perjodu l-MGA tikkonċentra aktar fuq din il-viżjoni u tkun kapaċi tassisti u tinkuraġġixxi n-nies ta' kull età biex jibdew u jibqgħu fil-golf. Kulma jmur il-golf qed jikber l-popolarità f 'pajjiżna It-tim tan-nisa ta' Aloysians Żmerċ It-tim tal-irġiel ta' Aloysians Von Taine

