Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/265006
Il-Ħadd 23 ta' Frar 2014 | illum 27 SPORTSillum Ritratt: Ray Attard Mosta jissorprendu: Bojan Kaljevic l-eroj assolut kontra Hibernians Obinna Obiefule issikkat minn żewġ plejers ta' Mosta Mosta .....................2 Hibernians ..............1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT DOPPJETTA tal-attakkant Montenegrin Bojan Kaljevic tat rebħa ta' 2-1 lil Mosta fuq Hibernians biex b'hekk komplew jimpressjonaw taħt il-kowċ Taljan Gianmarco Piccioni, waqt li Hibs komplew jiddiżappuntaw. Mosta ma tantx damu biex fetħu l-iskor hekk kif fit-13–il minuta, Bojan Kaljevic irċieva through pass ta' Kurt Zammit u minn ġol-kaxxa tefa' fix- xibka. Ftit wara l-ftuħ tat-tieni taqsima eżattament fit-53 minuta Mosta rduppjaw l-iskor meta Bojan Kaljevic reġa' kien l-eroj assolut għall- Mostin meta wara li rċieva mingħand it-Taljan Piccioni, baqa' dieħel fil-kaxxa u għeleb lil Omar Borg għat-tieni darba. Hibs irrispondew fit-58 minuta meta minn freekick ta' Andrew Cohen, Omar Borg kellu ħarġa erratika, qamet konfużjoni fil-kaxxa iżda r-referee Trustin Farrugia Cann saffar foul u waqqaf l-azzjoni. Fis-66 minuta Bjorn Kristensen ittanta xortih mid-distanza bil-ballun jiġi milqugħ minn Omar Borg li iżda ma żammx, daħal tajjeb Obinna Obiefule li reġa' ra lil Omar Borg isalva tajjeb. Fl-74 minuta Edison Luis dos Santos ra x-xutt tiegħu jgħaddi ftit barra mil-lasti difiżi minn Borg. Il-Pawlisti naqsu l-marġni tal-iskor fit-88 minuta meta Obinna Obiefule għola tajjeb wara li rċieva cross ta' Cohen u permezz ta' daqqa ta' ras tajba tefa' l-ballun wara l-goaler Mosti. Mosta Borg, Grech, Farrugia, Carrozza, Grech, Zammit (Cini 78'), Micallef, Zammit, Kaljevic (Pereira 80'), Brincat, Piccioni Hibernians Pisani, Tabone Desira (Levnaic 58'), Radusinovic, Camilleri, Pearson (Chircop 20'), Cohen, Kristensen, Lima, Failla, Obiefule, Dos Santos (Degabriele 87') Referee Trustin Farrugia Cann BOJAN KALJEVIC Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba u skorja doppjetta Twieled fil-25 ta' Jannar 1986 fil- Montenegro Jilgħab bħala attakkant Ingħaqad ma' Mosta fit-18 ta' Awwissu tas-sena li għaddiet