Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/265006
32 illum Il-Ħadd 23 ta' Frar 2014 SPORTSillum Żewġ akkwisti possibilment għal Real Madrid SKONT artiklu li deher fuq il-ġurnal Spanjol, Marca, Real Madrid huma mħassba rigward it-trasferiment possibbli tal-plejer Ilkay Gundogan mingħand Borussia Dortmund għal magħhom u għalhekk iddeċidew li jitfgħu ħarsithom fuq plejer ta' nofs il-grawnd ieħor. Dan hekk kif jidher li l-Galacticos tefgħu ħarsithom fuq l-attakkant ta' PSG, Edinson Cavani, kif ukoll fuq il-plejer ta' nofs il-grawnd ta' Juventus, Arturo Vidal. Skond Marca, Real Madrid huma ferm interessati li jakkwistaw lil Arturo Vidal matul is-sajf li ġej. It-tragward ewlieni ta' Real Madrid biex isaħħu nofs il-grawnd tagħhom kien Ilkay Gundogan, iżda l-plejer Ġermaniż ma lagħabx logħba waħda minn Settembru 'l hawn minħabba problemi f 'dahru. Għalhekk Ancelotti jidher li tefa' ħarstu fuq il-plejer miċidjali Ċilean ta' Juventus li qed ikollu staġun mill- aqwa ma' Juventus u li flimkien ma' Pirlo u Pogba huwa kkunsidrat bħala l-aqwa plejer tat-tim minn Turin. Madankollu, Arturo Vidal għadu kemm iffirma kuntratt ġdid mal-Bianconeri u għal diversi drabi saħaq li jixtieq jibqa' ma' Juventus. Ukoll jekk jitlaq lil Juventus huwa żgur li mhux se jkun qed jagħmel dan għal somma żgħira. Waqt li l-kuntratt ta' Gundogan ma' Borussia Dortmund jintemm fl-2015 u żgur li t-tim Ġermaniż ikun jippreferi li jbiegħ lil dan il- plejer milli jħallih jitlaq fuq free transfer, bħalma ġara fil-każ tat-trasferiment tal- attakkant prolifiku, Robert Lewandowski, is-somma tat- trasferiment ta' Vidal għal ma' Real Madrid għandha tkun dik ta' mhux inqas minn 50 miljun Ewro. Intant, kif diġà tajna ħjiel jidher li Real Madrid huma interessati wkoll fl-attakkant Urugwajan ta' PSG, Edinson Cavani. Dan hekk kif huwa mifhum li Cavani jixtieq iħalli l-belt ta' Pariġi minħabba li mhux qed jilgħab fil-pożizzjoni ideali tiegħu mal-Les Parisiens. Dan hekk kif Cavani ma' PSG qed jilgħab fuq il-lemin u jidher li huwa interessat li jingħaqad ma' Real Madrid. Skont il-ġurnalist Spanjol, Francois Gallardo, PSG huma interssati li jakkwistaw lill-plejer ta' nofs il-grawnd Kroat, Luka Modric bħala parti mit-trasferiment li jwassal biex Cavani jsieħeb lil Real Madrid. Madankollu, xejn m'huwa konkluż rigward dan it-trasferiment, l-iktar minħabba l-fatt li l-attakkant Franċiż, Karim Benzema, qed ikollu staġun brillanti ma' Real Madrid. Interess kbir minn Real Madrid f 'Cavani u Vidal Atleta Malti mal-ewwel 10 fid-dinja ITTRIATLETA Malti li flimkien ma' Michelle Vella Wood ġie vvutat bħala t-triatleta tas-sena matul is- sena li għaddiet ġie kklasifikat mal-ewwel 10 fil-kategorija tal-età tiegħu fl-Ironman Overall, Ironman u Ironman 70.3. Huwa ngħata l-unur ta' 'Bronze Ironman All World Athlete'. Żgur li s-sena li għaddiet li kienet waħda mimlija suċċessi għal Spiteri kienet determinanti biex dan it-triatleta jikseb dan l-unur personali ferm prestiġjuż fil- karriera tiegħu. Ġurnata importanti għal Fabio Spiteri, matul is-sena li għaddiet żgur li kienet dik tas-17 t'Awwissu 2013 hekk kif huwa flimkien ma' disa' triatleti Maltin fost 2,400 triatleta ieħor minn madwar id-dinja ħadu sehem fit-tieni edizzjoni tal-Ironman Sweden Kalmar 2013. Din it-tellieqa kienet ir-raba' tellieqa tal-Ironman li Fabio Spiteri ħa sehem fiha li ratu jispiċċa fil-50 post overall minn xejn inqas minn 2,400 parteċipant waqt li temm fit-tmien post fil-grupp tal-età tiegħu hekk kif kiseb ħin totali ta' disa' sigħat u 35 minuta li huwa l-iktar ħin veloċi qatt irreġistrat f 'avveniment tal- Ironman. It-tellieqa msemmija hija komposta minn għawma ta' 3.96 kilometri li Spiteri temm f 'ħin ta' siegħa u sitt minuti, tiġrija bir-rota li kienet tikkonsisti f '180 kilometru ta' ċikliżmu li Spiteri temm f 'ħin ta' ftit iktar minn ħames sigħat kif ukoll tiġrija li tikkonsisti f 'full marathon ta' 42 kilometru li Spiteri temm f 'ħin ta' tliet sigħat u 16-il minuta, biex b'hekk Fabio Spiteri rreġistra l-aħjar ħin sa issa f 'tellieqa tal- Ironman. Barra minn hekk matul l-aħħar sena wkoll li tista' titqies bħala waħda memorabbli għal dan it-triatleta ewlieni f 'pajjiżna, Spiteri rebaħ il- kampjonati tad-duathlon li kif stqarr ma' dan il-ġurnal huwa titlu li ried ħafna li jirbħu peress li kien tilfu matul is-sena li għaddiet hekk kif kien spiċċa fit-tieni post wara t-triatleta Keith Galea. Id-distanza f 'dawn il-kampjonati tad-duathlon kienet ta' għaxar kilometri ġirja, 40 kilometru bir-rota u ħames kilometri ġirja fil- bypass ta' Ħaż-Żebbuġ. Fabio Spiteri stqarr ma' ILLUM li bla dubju ta' xejn din kienet tellieqa interessanti għax din is-sena ħadu sehem l-atleti tad- duathlon kollha fosthom dawk stabbiliti Dermot Galea, Keith Galea, Brian Magri u Rudolph Agius li ħafna minnhom kienu rebħu l-kampjoanti tad- duathlon xi snin qabel. Fabio Spiteri kiseb ukoll riżultati ferm sodisfaċenti hekk kif spicca fit-tmien post fil-Kampjonati Ewropej tat-Triathlon li saru fit-Turkija f 'Ġunju li għadda li kienu jikkonsistu f 'għawma ta' 1.5 kilometri, 40 kilometru bir- rota u ġirja ta' 10 kilometri fejn hemmhekk kif kien għamel fl-Ironman tal-Iżvezja tellaq fi grupp ta' età ta' bejn il-35 u d-39 sena. L-istess Fabio Spiteri stqarr ma' ILLUM li kemm ilu jieħu sehem f 'kompetizzjonijiet tad-duathlon u tat-triathlon, bħalissa jinsab fl-aħjar forma ta' ħajtu! Fost is-suċċessi li kiseb Spiteri matul is-sena 2013 ma nistgħux ma nsemmux ukoll it-tieni post overall fil-Birkirkara Sprint Series u t-tieni post fil-Kampjonati Nazzjonali tat-Triathlon li ġew mirbuħa mit-triatleta, Keith Galea. Fabio Spiteri xtaq jirringrazzja lil dawn id-ditti ewlenin għall- appoġġ u s-sostenn kontinwu li jtuh fil-karriera tiegħu ta' triatleta: Garmin, Hebe, Maxi Nutrition, Go & Fun, The Wheel Wizard, Bowline, u Move by LXG. Mourinho jrid b'saħħa lil Diego Costa F'DAWN il-jiem għaddejjin taħdidiet mill-iktar intensivi bejn Chelsea u Atletico Madrid rigward l-attakkant prolifiku Brażiljan li iżda għażel li jilgħab ma' Spanja matul it-Tazza tad-Dinja li ġejja, Diego Costa. Jidher li l-Ispecial One Josè Mourinho, irid b'saħħa lil dan il-plejer. F'din it-trattativa jista' jidħol il-goalkeeper Belġjan ta' Atletico Madirid, Courtois, li huwa plejer ta' Chelsea u qiegħed b'self mal-klabb mill-kapitali Spanjola. Dan il-goalkeeper ukoll qed ikollu wirjiet mill-aqwa mal-Madrileni kif rajna nhar l-Erbgħa li għadda fil-UEFA Champions League kontra AC Milan. Atletico huma lesti li jħallsu s-somma ta' 16-il miljun sterlina għal Courtois u fiha jinkludu wkoll lill-attakkant internazzjonali Spanjol ta' taħt il-21 sena, Koke, li huwa wkoll fil-mira ta' Manchester United fi trattativa ta' bdil. Mourinho jixtieq li jsaħħaħ l-attakk ta' Chelsea u qed jinsisti li Diego Ciosta, speċjalment meta wieħed iqis il-forma li huwa għaddej minnha bħalissa jista' jsaħħaħ bis-sħiħ dan id- dipartiment. Il-plejer Brażiljan qed jattira wkoll l-interess tar- rivali ta' Chelsea, Arsenal. Costa huwa vvalutat għas-somma ta' 32 miljun sterlina fil-kuntratt tiegħu iżda l-valur propju tiegħu waqa' riċentament u Atletico taw sinjal ċar li huma lesti li jħalluh jitlaq minn magħhom. Intant, Chelsea, ripetutament ċaħdu li setgħu jbigħu lil Courtois u jixtiquh li jiffirma estensjoni fil-kuntratt li jwasslu biex jiddefendi l-lasti tagħhom sal-2019. Iżda jidher li l-goalkeeper Belġjan ma jixtieqx jirritorna jilgħab fi Stamford Bridge matul l-istaġun li ġej biex ikun il-goalkeeper ta' riserva tal-goalkeeper prolifiku mir-Repubblika Ċeka, Petr Cech, u għalhekk jista' jkun li dan il-goalkeeepr jingħaqad b'mod permanenti ma' Atletico Madrid li dan l-istaġun qed ikollhom staġun mill-aqwa kemm fil-Primera Liga Spanjola, fejn qegħdin fl-ewwel post flimkien mat-timijiet iktar ikkwotati ta' Real Madrid u Barcelona, waqt li qed jiksbu riżultati ferm sodisfaċenti fl- Ewropa fil-UEFA Champions League bl-aħħar wieħed ikun ir-rebħa ta' 1-0 barra minn darhom fis-San Siro kontra AC Milan nhar l-Erbgħa li għadda. Il-goalkeeper Belġjan ta' 21 sena ffirma kuntratt ta' ħames snin ma' Chelsea fl-2011 iżda ilu b'self ma' Atletico Madrid għal tliet staġuni sħaħ u għadu qatt ma lagħab mal-Blues. Huwa attira wkoll l-interess tal-ġganti Spanjoli Real Madrid u Barcelona. Fabio Spiteri jidħol -istorja tal-Ironman Diego Costa l-mira ta' Mourinho