Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/265006
10 illum | Il-Ħadd 23 ta' Frar 2014 Gladjaturi tal-Ħajja minn John Busuttil WAYNE Camilleri hu kitarrista ta' 37 sena, fil-fatt twieled fit-22 ta' Ġunju fl-1976 fl-isptar tal-Imtarfa, iżda trabba Santa Luċija u Raħal Ġdid u qatta' ħames snin minn tfulitu jgħix l-Ingilterra għax missieru kien jaħdem mal- armata Ingliża. Meta kellu 15- il sena mititlu ommu u ħajtu nbidlet mil-lejl għan-nhar. Iddeċieda li jixtri kitarra tal- elettriku, tgħallimha waħdu u spiċċa wieħed mill-aqwa kitarristi f 'Malta fejn mhux biss daqq ma' diversi gruppi rock, iżda anke sar personalità mużikali famuża fil-gżira tagħna. Bla dubju li jibqa' l-aktar magħruf għar-Rockestra, Xirka Rock u fil-preżent jagħmel parti mill-Big Band Brothers. Wayne ma jixbax jitkellem dwar il-mużika, dwar uliedu, il-ħajja u anke dwar iż-żgħażagħ tal-lum. Wayne hu gladjatur tal-mużika fejn għalih il-mużika tħallik tgħix ħajja ta' solitudni u ħafna drabi tbiegħdek minn relazzjonijiet b'saħħithom. Insomma f 'din l-intervista se Dak li jisma' jdoqqu…dak li jara jħobbu Ir-rotta tal- ġurnalist Jerome Caruana Cilia Mill-Verdala għall-Buskett Fil-post fejn illum insibu l-Palazz Verdala kien hemm dwejra mibnija bejn l-1557 u l-1568 mill-Gran Mastru Jean de la Valette- Parisot għal meta kien imur għall-kaċċa. Il-Palazz li nsibu llum inbena mill-Gran Mastru Hughues Loubenx de Verdalle fl- 1586. Intgħażlu l-inħawi tal-'Boschetto' minħabba l-veġetazzjoni folta tal-post, ideali fejn l-annimali selvaġġi li ntelqu hemm mill-Ordni setgħu jimirħu. Il-Palazz Verdala issa huwa r-residenza uffiċjali tas-sajf tal-President ta' Malta. Dan l-aħħar qed jiġu organizzati attivitajiet bħal kunċerti u l-August Moon Ball ta' kull sena, biex jinġabru fondi b'risq il-Malta Community Chest Fund. Jekk ma tafx kif tasal mir-Rabat għall-Buskett abbli li malli tasal hawnhekk tintilef. Min jgħaddi minn dawn l-akkwati jinduna li t-tabelli huma bla użu. Dan għaliex għandhom bżonn jinbidlu minnufih! Hija ħasra li ċerta nies mhumiex responsabbli u jarmu bl-addoċċ. Iktar u iktar f 'din iż-żona naturali. Issa li riesaq l-istaġun tar-rebbiegħa u għaldaqstant temp sabiħ għall- passiġġati, wieħed għandu jżomm f 'moħħu li fil-Buskett mhux permess li jsiru BBQs. Ovvjament dan minħabba raġunijiet ta' sigurtà. Kulma jmur qed jiżdied it-traffiku f 'pajjiżna, it-tniggis tal-arja u l-istorbju saru parti mill-ħajja mgħaġġla ta' kuljum. Iżda l-Buskett huwa post fejn dan kollu ma ssibux. Il-ġmiel ta' veduta, l-arja friska u t-tpespis tal-għasafar jikkaratterizzaw dan il-post. Jekk ma tafx kif tasal mir-Rabat għall-Buskett abbli li malli tasal hawnhekk tintilef. Min jgħaddi minn dawn l-akkwati jinduna li t-tabelli huma bla użu. Dan għaliex għandhom bżonn jinbidlu minnufih! Kulma jmur qed jiżdied it-traffiku f 'pajjiżna, it-tniggis tal-arja u l-istorbju saru parti mill-ħajja mgħaġġla ta' kuljum. Iżda l-Buskett huwa post fejn dan kollu ma ssibux. Il-ġmiel ta' veduta, l-arja friska u t-tpespis tal-għasafar jikkaratterizzaw dan il-post. WAYNE kitarrista ta' 37 sena, fil-fatt twieled fit-22 ta' Ġunju fl-1976 fl-isptar tal-Imtarfa, iżda trabba Santa Luċija u Raħal Ġdid u qatta' ħames snin minn tfulitu jgħix l-Ingilterra għax missieru kien jaħdem mal- armata Ingliża. Meta kellu 15- il sena mititlu ommu u ħajtu nbidlet mil-lejl għan-nhar. Iddeċieda li jixtri kitarra tal- elettriku, tgħallimha waħdu u spiċċa wieħed mill-aqwa Wayne maż-żewġ anġli tiegħu, Kimaya u Mikaya Din il-ġimgħa l-ġurnalist għażel li jmur qalb il-kampanja. Rotta kemxejn twila, mill-Palazz tal-Verdala sal- masġar tal-Buskett. Imnalla kien jaf it-triq għaliex it-tabelli ma jtukx wisq informazzjoni! Iltqajt ma' Wayne il-pjazza ta' Buġibba kmieni filgħodu. Kont f 'nofs il-pjazza u nilmaħ żagħżugħ b'kappa tas-suf ma' rasu, bin-nuċċali tax-xemx li jgħattilu l-għajnejn żoroq tiegħu u bi tpinġija ma' jdejh li tagħti impressjoni ta' biċċa arti sabiħa fuq tila umana. L-ewwel dehra tiegħu tagħtik l-impressjoni li Wayne hu persuna 'free spirited' li jekk jara d-dinja qed taqa' jersqilha ħa taqa'. Iżda wara li tkellimna għal madwar sagħtejn u nofs sħaħ irnexxieli nneħħilu l-maskra u fih nilmaħ bniedem responsabbli bi ħsibijiet pożittivi u mimli mħabba lejn ta' madwaru. Żagħżugħ li ħajtu bniha ma' kitarra li kien xtara meta kellu 15-il sena. Żagħżugħ li ma ħassux komdu jaħdem għan-nies, jħossu aktar komdu jferraħ lil ta' madwaru bl-ispirtu tiegħu li joħroġ mal-ħoss vibranti tal-kitarra. Wayne hu missier ta' żewġ anġli bniet, Kimaya ta' 5 snin u Mikaya ta' 3 snin, minn relazzjoni li kellu ta' seba' snin. Iħobbhom daqs dawl għajnejh, jew aħjar nikteb daqs is-smiegħ għax kien permezz tal- udit li Wayne tgħallem il-kitarra u l-mużika. Kif rani ħadli b'idejja u qalli, "Kemm hi sabiħa Buġibba man. It's a holiday every day." Poġġejna fil-parapett tal-Mirabelle u ordnajna cappuccino kull wieħed u bdejt insir naf lil Wayne aktar fil-fond meta bdejna niddiskutu l-ħajja. Xi ħaġa li laqtitni kienet li mort bl-intenzjoni li quddiemi se nsib bniedem free spirited. Iżda kont ferm żbaljat, għax it-tpinġija u x-xahar twil ma jagħmlux lil Wayne bniedem irresponsabbli mitluf f 'dinja fejn fiha jeżisti biss hu. Fil-fatt Wayne qalli sentenza mill- aktar interessanti dwar dan, "ibża' minn dak bil-ġlekk u l-bagalja u mhux minn wieħed mimli tpinġija Buż."