Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/278194
Il-Ħadd 16 ta' Marzu 2014 | illum 27 SPORTSillum Ritratt: Ray Attard Tarxien Rainbows jieħdu l-kmand assolut tar-Relegation Pool Demba Toure u Daniel Mariano Bueno jogħlew għall-ballun f 'tentattiv lejn il-lasti avversarji Rabat A ...................0 Tarxien ...................2 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT TARXIEN Rainbows ħadu l-kmand assolut tar-Relegation Pool hekk kif issa jinsabu fil-quċċata meta għelbu lil Rabat Ajax li spiċċaw jilagħbu b'10 plejers bl-iskor ta' 2-0. B'hekk m'hemmx dubju li din it-telfa kompliet tqarreb lill- Magpies dejjem iktar lejn ir- relegazzjoni għall-Kampjonat BOV l-Ewwel Diviżjoni fi tmiem l-istaġun. Ir-Rainbows kienu mingħajr is-servizzi ta' Luca Martinelli waqt li Rabat Ajax kellhom numru ta' plejers importanti neqsin fosthom David Azzopardi, Patrick Borg, Dani Pelaez Bellido, Adam Smeir u Wayne Borg. L-ewwel taqsima kienet ferm fqira mill-azzjonijiet fejn saħansitra lanqas stajna ninnutaw azzjoni waħda denja ta' nota. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima eżattament fit-52 minuta Tarxien Rainbows fetħu l-iskor meta minn kross ta' Lucas Goncalves da Silva mix-xellug, il-ballun spiċċa f 'saqajn Jorge Santos Silva li kkontrolla tajjeb qabel għeleb lil Velimirovic. U biex l-affarijiet ikomplu sejrin ħażin għal Rabat Ajax huma qalgħu daqqa ta' ħarta żewġ minuti biss wara hekk kif spiċċaw jilagħbu b'10 plejers wara li tkeċċa għalihom il-plejer Jonathan Bajada wara li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba. Ir-Rainbows irduppjaw l-iskor fil-65 minuta meta minn kross ta' Daniel Mariano Bueno, irċieva tajjeb Demba Toure li mill-viċin għeleb lil goalkeeper Rabti, Pavle Velimirovic. Rabat A. - Velimirovic, Gauci, Tanti, Falzon (Carapic 46'), Caruana, Oproiescu (Cortis 74'), Bajada, Carrillo Pendas, Azzopardi (Cauchi 83'), Micallef, Licari. Tarxien R. - Vella, Mamo, Caruana, Lopez Alcantara (Goncalves de Silva 46'), Toure, Ciantar (Bonnici 46'), Sammut, Menendez Hevia (Pulo 76'), Bueno, Mifsud, Santos Silva. Referee - Sandro Spiteri Cann JORGE SANTOS SILVA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fit-23 t'April 1987 fil-Brażil Qabel ingħaqad ma' Tarxien Rainbows fil-bidu ta' dan l-istaġun, f'Malta lagħab ma' Vittoriosa Stars, Sliema Wanderers u Birkirkara Jilgħab fl-irwol ta' attakkant u huwa prodott tal-klabb Brażiljan, Gremio