Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/278194
30 illum Il-Ħadd 16 ta' Marzu 2014 SPORTSillum Giovanni Galea jnaqqax ismu -istorja tat-Tielet Diviżjoni ILPLEJER ta' Sirens Giovanni Galea li jiġi wkoll it-tifel tal-President tal-istess klabb, Ċensu Galea naqqax ismu fl-istorja tat-tielet diviżjoni hekk kif matul dan l-istaġun irnexxielu jiskorja xejn inqas minn 36 gowl f '20 logħba u b'hekk sar l-iktar plejer li qatt skorja gowls fl-istorja tal-Kampjonat tat- Tielet Diviżjoni. M'hemmx dubju li dan il-plejer għandu futur mill-isbaħ quddiemu fil-futbol Malti fejn kollox jindika li fil-futur għad narawh jilgħab f 'diviżjonijiet ogħla mit-tielet diviżjoni. Dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' dan il-plejer fejn talbu jagħtina r-reazzjonijiet tiegħu rigward dan it- tragward li rnexxielu jilħaq fil-karriera tiegħu speċjalment meta wieħed iqis li għadu relattivament żgħir hekk kif fl-1 t'April jagħlaq 23 sena. "Meta xi ħadd jikteb l-istorja ta' kwalunkwe ħaġa fid-dinja għandu jkun kuntent, u bla dubju ta' xejn tkun emozzjoni speċjali. Jien irnexxieli nikteb ismi fl-istorja tat-tielet diviżjoni tal-isport favorit tiegħi, li huwa l-futbol. Mas-sitt gowl personali fir-rebħa kbira ta' 11-0 li ksibna s-Sirens fuq Kalkara nhar il-Ħadd 9 ta Marzu, ħassejt emozzjoni unika għax kont naf li kont għadni kif ksirt ir-rekord tal- iktar goals skurjati fit-Tielet Diviżjoni. B'dawn is-sitt gowls nies li jafu sew l-istorja tal- klabb infurmawni wkoll li kont ksirt ir-rekord ta' Gejtu Zahra li kien skorja ħames gowls f 'logħba waħda għas-Sirens. Li nipprova nikser ir-rekord tal-ikbar numru ta' gowls f 'din it-tielet diviżjoni kien wieħed mit-tragwardi tiegħi personali fil-bidu tal-istaġun u b'hekk inħossni kburi li rnexxieli nilħaq l-ewwel għan tiegħi f 'dan l-istaġun b'sitt logħbiet oħra li għad fadal x'jintlagħbu. Żgur u mhux forsi, dan ir-rekord irnexxieli niksbu wara snin ta' ħidma u taħriġ kontinwu mad-diversi kowċis tul il-karriera tiegħi kif ukoll grazzi għal numru ta' plejers li kelli l-pjaċir nilgħab magħhom tul l-aħħar snin. Ovvjament, dan ir-rekord ma stajtx niksru mingħajr il-ħidma kontinwa tal-kumitat tas-Sirens FC, li din is-sena saħħew l-iskwadra tagħhom b'numru ta' plejers, il-partitarji ta' dan il-klabb, diversi individwi li sibt l-għajnuna tagħhom tul is-snin, kif ukoll il-familja u l-ħbieb tiegħi personali li dejjem kienu hemm jagħtuni l-appoġġ meħtieġ. Iżda, bla dubju ta' xejn l-ikbar kontribut tal-għajnuna li bih irnexxieli nikseb dan ir- rekord huwa ta' sħabi l-plejers kollha kif ukoll tal-ħidma tal- kowċ Marco Bonesi, l-assistent kowċ Kevin Vella u l-kowċ tal- goalkeepers, Romeo Schembri. Minn hawnhekk nixtieq ngħid grazzi mill-qalb lil dan it-tim speċjali li għandi l-unur li nifforma parti minnu u dawk kollha involuti fis-suċċess li qegħdin niksbu dan l-istaġun. Għad baqa' sitt logħbiet biex intemmu dan l-istaġun, li kulħadd qiegħed iħares lejhom bħala sitt finali, fejn s'issa għadna bla telfa f '20 partita u se naħdmu kemm jista' jkun biex nibqgħu hekk sal-aħħar tal-istaġun. Għandna għan prinċipali li se nibqgħu naħdmu għalih sal-aħħar minuta li hu dak li nispiċċaw champions tat-Tielet Diviżjoni biex b'hekk tkun sena memorabbli għalina l-plejers, il-partitarji tagħna kif ukoll għal Sirens FC u għal dawk kollha li ħadmu biex dan is- suċċess ikun possibbli. Il-futur dejjem trid tħares lejh b'ottimiżmu u hekk qiegħed nagħmel jien. Fl- età ta' 22 sena huwa tajjeb li jkollok aspirazzjoni li tilgħab fl-ogħla livelli fil-futbol Malti u li meta tkun qed tilgħab f 'dan il-kampjonat kulħadd jaf li jistgħu jinfetħu bibien ġodda fil-karriera ta' dak li jkun. Bla dubju ta' xejn dan jista' biss jintlaħaq jekk tibqa' taħdem għal dawk li huma l-aspirazzjonijiet tiegħek", temm jgħid Giovanni Galea. Fuq ix-xellug, Giovanni Galea, l-iktar plejer li qatt skorja gowls l-Kampjonat tat-Tielet Diviżjoni Chicarito jista' jsieħeb lil sieħbu Vidic ma' Inter WARA li ftit tal-jiem ilu Inter akkwistaw lill- captain Serb ta' 32 sena ta' Manchester United Nemanja Vidic liema difensur internazzjonali se jkun qed jingħaqad man- Nearzzuri matul is-sajf li ġej, qed jissemma' li jista' jsieħeb lil dan il-plejer mat- tim minn Milan stilla ieħor tat-tim minn Old Trafford. Kien hemm spekulazzjonijiet li dan il- plejer seta' jkun il-Franċiż Evra jew il-Ġappuniż Kagawa iżda kollox jindika li jeżistu possibiltajiet kbar li dan il-plejer li jingħaqad ma' Inter fil-fatt ikun Javier Hernandez iktar magħruf bħala Chicarito, fejn tajjeb ngħidu li wiret dan il-laqam mingħand missieru li wkoll kien jissejjaħ b'dan it-titlu! Manchester United kienu akkwistaw lil Hernandez mingħand Chivas għas- somma ta' 6 miljun Sterlina fl-2010 iżda wara tliet staġuni tal-ogħla livell mar-Red Devils, b'35 gowl fil-Kampjonat Premier, spiċċa biex prattikament intesa kemm mill-partitarji tal-United kif ukoll mis- segwaċi tal-futbol mondjali speċjalmet dak Ingliż. U dan l-iktar minħabba injury serja li sofra fil-koxxa f 'nofs Awwissu li għadda. Jidher ukoll li David Moyes ma tantx għandu fiduċja u interess f 'dan il-plejer hekk kif matul dan l-istaġun utilizzah biss erba' darbiet bħala plejer titolari. Però jekk nieħdu l-kompetizzjonijiet kollha li kienu involuti Manchester United matul dan l-istaġun fosthom il-Carling Cup, l-FA Cup u l-UEFA Champions League huwa beda 10 darbiet mill-bidu tal-logħba u skorja 7 gowls, li mhux ammont ħażin. Il-kuntratt tiegħu mar-Red Devils jiskadi fl-2016 però jidher li ma' Manchester United fejn mhux qed jingħata spazju ma jridx jibqa' iktar. U għalhekk Inter approfittaw bis-sħiħ minn dan fejn qed jippuntaw fuq dan l-attakkant li dejjem sab il-gowl faċilment u l-fatt li lanqas għadu biss għalaq is-26 sena hekk kif twieled fl-1 ta' Ġunju tal- 1988 jaqblu perfettament mal-ideat ta' Erick Thohir li bħal President ta' qablu Massimo Moratti jidher li għandu simpatija partikolari għall-plejers ta' Manchester United. Niftakru li Moratti xtaq ferm li jakkwista s-servizz tal-attakkant kontroversjali Franċiż Eric Cantona. Però ma kienx irnexxielu jagħmel dan u minflok ingaġġa lill- eks plejer internazzjoanli Ingliż Paul Ince, iktar magħruf bħala l-gladjatur ta' Old Trafford, li mbagħad sar wieħed mill-aqwa plejers ta' nofs il-grawnd ta' Inter. B'hekk is-segwaċi ta' Inter b'mod partikolari għandhom iħejju bis-sħiħ għall-wasla probabbli ta' Chicarito mat- tim favorit tagħhom! Chicarito jista' jkun wieħed mill-akkwisti ta' Inter matul is-sajf li ġej