Illum previous editions

illum 23 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/281884

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

18 illum | Il-Ħadd 23 ta' Marzu 2014 M eta l-Kap tal- Oppożizzjoni ta konferenza stampa b'reazzjoni għall- ewwel sena minn meta l-Partit Laburista daħal fil-Gvern, kien hemm fatt li laqatni. Ftit li xejn ġie innotat. Warajh bilqiegħda qishom tfal tan-nuna, kien hemm is-sitt uffiċjali għolja tal-Partit Nazzjonalista. Meta tgħodd lil Simon Busuttil magħhom, b'kollox kien hemm xejn anqas minn seba' avukati! Għalhekk wieħed jippretendi li b'daqstant uffiċjali mill-professjoni legali, talinqas fejn tidħol il-liġi jkunu preċiżi. Iżda lanqas dan ma hu qiegħed jiġri. Jekk nieħdu l-kwistjoni ta' investiment b'ċittadinanza kien hemm diversi drabi fejn il-Partit Nazzjonalista ma kienx legalment preċiż. It-theddida li jekk ikun hemm Simon Busuttil Prim Ministru dawk kollha li jieħdu ċ-ċittadinanza ttieħdilhom lura ġiet kontradetta minn esperti legali. Kemm id-dekan tal-liġi l-Professur Kevin Aquilina u kif ukoll l-Avukat Ġenerali qalu li din kienet ereżija legali. Għal darba oħra l-għerf legali tqanqal fil-kwistjoni tal-ħatra tal-President. Għall-ewwel darba ntbagħat messaġġ pożittiv meta kien hemm qbil dwar il-ħatra ta' Marie-Louise Coleiro f 'din il-kariga. Iżda qabel tgħidx kemm kien hemm protesti li l-Prim Ministru ma kkonsultax mal-Kap tal-Oppożizzjoni. Saħansitra qalu li kien dmir kostituzzjonali tal- Prim Ministru li jagħmel dan. Jew b'injoranza tal-liġi jew għaliex jippretendu li ħadd ma jaf x'tgħid il- Kostituzzjoni, irriżulta li dan ma kienx minnu. Mingħajr ma noqgħod nidħol fid-dettal ta' x'tgħid il-Kostituzzjoni, għalkemm TONI ABELA MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI INNIES tal-Krimea sostnew xi jridu: 95.5% jridu jingħaqdu mar-Russja u l-Amerika u l-Unjoni Ewropea qed jgħidulhom li m'għandhomx dritt. Dan skont it-twemmin li l-Punent għandu l-jedd divin li jaħkem id-destin ta' kull parti tal-globu bil- konsegwenzi kollha għal min ma jiċċaqlaqx skont l-ispaga. L-arroganza u l-patrunanza manijaka tal-Istati Uniti tal-Amerika ma tafx limiti. U magħha nistgħu ngħoddu l-Unjoni Ewropea, illum marjonett tal-White House. L-Amerika ta' Barack Obama, segwaċi fidil tal-politika barranija ta' dawk li ġew qablu (bid-differenza li qabel kien elett lagħabha tal-moderat), dawret il-boxxla biex tindaħal fl-Ukrajna, fil-Krimea. Hu neċessarju li l-Istati Uniti ssib kappell jiġiha. Fl-istess waqt trid tkun fidil biex temmen xi dritt għandha titkellem dwar "l-intervent" Russu fil-Krimea fil-kriżi maħluqa bis-soltu trewwih tal-Unjoni Ewropea u n-NATO. Fl-Ukrajna, il- President Yanukovich kien elett b'vot ħieles fl-2010 sakemm il-Parlament filo-Amerikan qaċċtu mill-pożizzjoni li kellu fost demostrazzjonijiet pro l-Ewropa tal-Punent u kontra r-Russja. L-Amerika li ddeffset fil-Krimea hi l-istess Amerika li invadiet nofs id-dinja, kull meta deherilha; li ħolqot ħerba fl-Asja u fl-Amerika tas-Sud; li waqqgħet reġimi kif qablilha, li assassinat mexxejja bil-miftuħ u bil-moħbi; li ssieħbet ma' dittaturi faxxisti u korrotti għall-interessi speċifici tagħha. U x'taf l-Amerika dwar l-istorja tal-Krimea? X'taf dwar li r-Russja u l-Krimea ilhom assoċjati sa mis-seklu tmintax? X'taf li ilhom assocjati għal aktar minn 350 sena? Jekk xejn, okkupaturi oħra tal- Krimea kienu Ewro-Levantini: il-Biżantini, il-Griegi, it-Torok u anki l-Venezjani u l-Ġenoveżi. Imma l-Amerika, kif tidħol f 'dan il-kuntest storiku- politiku? Anki kulturalment, ir-Russja għandha d-dritt tiddefendi l-profil tagħha u tar-Russi li jgħixu fil-Krimea, fejn minn popolazzjoni ta' 2.033 miljun, 1.18 miljun (jew 58.32%) huma ta' etniċità Russa. Ir-Russu hu l-lingwa uffiċjali f 'affarijiet formali, ta' negozju, ta' kultura u ta' natura domestika. Anki l-kultura pop u l-post-punk hi bir-Russu. U l-lingwa Russa hi użata domestikament minn 46% tal-popolazzjoni. Ir-Russja għandha l-obbligu morali li tipproteġi dan il- patrimonju u din l-identità. Għandha d-dmir tiddefendi t-territorju li fi ħdanu ħadmu awturi u artisti kbar Russi: Pushkin, Chekov, Bulgakov, Gorki, Kuprin, Akhmatova, Solzhenitzin, Chaliapin, Rachmaninov u tant oħrajn. F'Yalta tal-Krimea, id- drammaturgu ta' fama mondjali, Anton Chekov kiteb id-drammi famużi It-Tliet Aħwa Bniet u Il-Ġardina taċ- Ċirasa u flimkien ma' sieħbu Maxim Gorki fetaħ sptar għall-morda bit-tuberkulożi u librerija-mużew b'materjal teatrali u strumenti mediċi. Dażgur li r-Russja għandha kull jedd tintervjeni biex twaqqaf l-arroganza Amerikana. Talinqas għad hawn mexxejja li ma jridux il-hamburgers minflok il- mużika ta' Rachmaninov jew id-drammi ta' Chekov. PUTIN U L-LABORATORJU TAL- ĠRIEDEN Iżda ma tridx tibbeatifika wisq lil Putin. Dwar il-kriżi fil-Krimea, Putin sostna li l-preżenza ta' truppi Russi kellha (jew għandha) x'taqsam ma' "missjoni umanitarja" biex ikunu protetti l-50% tal- popolazzjoni bi tradizzjonijiet Russi inkluża l-lingwa. Il-Moscow News, min- naħa l-oħra, irrappurtat lill-President Russu jiddeskrivi lill-Punent bħala "laboratorju li jesperimenta biċ-ċittadini bħallikieku kienu ġrieden". Putin tkellem anki dwar gruppi ta' neo-Nazisti u anti-semiti li bdew jippużaw ta' "liberaturi" tal-Ukrajna. Sadanittant, fil-Parlament Ingliż, il-Prim Ministru Konservattiv David Cameron, li ħa pożizzjoni anti-Russa, kien mistoqsi jiġihx suspett li fil-fatt, bil-pożizzjoni tiegħu, kienx qed isostni xirka ta' oligarki li ħbew flushom fil-Krimea. Ħalli ngħiduha kif inhi. Vladimir Putin ma tantx għandu kredibbiltà meta jitkellem dwar kif il-Punent jesperimenta fuq iċ-ċittadini f '"laboratorju tal-ġrieden". Ir-Russja Kzarista u Sovjetika hi storja waħda ta' oppressjoni. Is-seklu għoxrin kien is-seklu tal-massakri kollha li wettaq Stalin. Ir-Russja Sovjetika kienet il-pajjiż tal-persekuzzjoni, tal-eżekuzzjonijiet, tal-eżilju, tal-gulags, tas-suwiċidju ta' artisti bħal Majakovski, l-eżilju ta' kittieba bħal Solzhenitsin, Sinjavski, Brodski u tant oħrajn. Dan kien iż-żmien tal-ħajja reliġjuza prattikata bil-moħbi, tal-knejjes mibdulin fi mħażen tal-merkanzija. Għalhekk, ir-referenza tal- "laboratorji tal-ġrieden" hi metafora b'referenza ironika, infeliċi, b'fattizzi politiċi ta' retorika falza. ALBERT CAMUS U S-SOGRU DWAR IL-KTIEB SERJU Hi xi ħaġa providenzjali li l-awturi u n-nies tal-kultura f 'Malta kellhom għarfien tajjeb ħafna tal-lingwi barranin, l-aktar l-Ingliż u t-Taljan u warajhom, il-Franċiż, l-Ispanjol, il-Ġermaniż u l-Għarbi. L-awturi lokali trawmu fil- klassiċi tradizzjonali u moderni, ibda mit-testi Griegi antiki u spiċċa f 'xogħlijiet tas-seklu għoxrin bħal Il-Pesta jew Is- Sajf ta' Camus tradotti minn Toni Aquilina, li jispeċjalizza fit-traduzzjoni letterarja mill- Franċiż. Anki l-kors relattivament ġdid tat-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni fl-Università fetaħ twieqi ġodda u diġà bdew ħerġin teżijiet ta' testi maqlubin mill-Malti għall-Ingliż, xi ħaġa li Malta letterarja tassew għandha bżonn. Naf li hemm intenzjonati proġetti oħra, fosthom antoloġija ta' poeti differenti tradotta għall-Ingliż b'fondi mill-Unjoni Ewropea u / jew il-Fond tal-Arti. Imma jidher li "ix-xogħol burokratiku jaqta' qalb dak li jkun" u l-proġetti ta' spiss imutu fuq ommhom. Dan l-aħħar ġiet għall- attenzjoni tiegħi s-sit elettroniku tal-Faraxa Publishing (faraxabooks. com) li qed tippubblika kotba oriġinali, tradotti, kif ukoll oħrajn ta' riċerka, storja u anki textbooks/workbooks. Il-livell tal-produzzjoni hu għoli ħafna. Fost l-awturi ppubblikati sa issa, minbarra Camus, hemm Alain Fournier, Guy Maupassant, Yasmina Reza u Brian Wiess. Se joħorġu dalwaqt titli oħra importanti bħal Monsieur Ibrahim u Les Fleurs du Mal (trad. Eric-Emmanuel Schmitt), Les Justes, La Chute u Lettera a un bambino mai noto tal- ġurnalista famuża Oriana Fallaci. Ktieb soċjoloġiku ta' natura "politika" relevanti jagħti rendikont ta' Bormla bħala sit ta' kontroversja. Faraxa daħlu għal impenn li ħaqqu r-rispett tan-nies letterarji-kulturali għax daħlu għal ħafna sogru, f 'mument meta l-ktieb serju Malti jinsab fi kriżi. Kollox jgħaddi IL-KRIŻI FIL-KRIMEA, L-AMERIKA U CHEKOV L-andament tal-ekonomija Maltija f 'Reporter GĦADA jirritorna Saviour Balzan bil-programm Reporter fuq TVM. Il- programm ser jiddiskuti l-andament ekonomiku bħalissa f 'pajjiżna. Il- mistiedna speċjali se jkunu l-kandidati tal-Parlament Ewropew Stefano Mallia u Marlene Mizzi, il-President tal-Kamra Maltija tan- Negozji Żgħar u Medji (GRTU) Paul Abela u l-president tal-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija David G. Curmi. L-Editur Maniġerjali ta' MediaToday Saviour Balzan, ser jeżamina s-sitwazzjoni ekonomika ta' pajjiżna. Kif sejrin fil-qasam ekonomiku? X'deċiżjonijiet għandu jieħu l-Gvern f 'dan ir-rigward? Il-bejgħ qiegħed jonqos jew jiżdied? X'passi se jieħu l-gvern dwar iż-żieda fil- qgħad u t-tnaqqis taż-żieda fl-esportazzjoni? Reporter bi preżentazzjoni minn Saviour Balzan u produzzjoni mill-istess Saviour Balzan u l-ġurnalist Jerome Caruana Cilia, ser jixxandar għada fis-18.55 fuq TVM u b'ripetizzjoni għada stess fl-22.15 fuq TVM2. Reporter jixxandar għada fis-6.55pm fuq TVM

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 March 2014