Illum previous editions

illum 23 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/281884

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 23 ta' Marzu 2014 | illum 3 Il-bejjiegħa jikkontradixxu dak kollu li qalet il-Maltco JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt MA hemm xejn negattiv għall-fatt li m'hemmx limitu stabbilit fuq dawn it-tip ta' lotteriji, dan qalu l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija tal-Logħob u l-Lotteriji, Joseph Cuschieri f 'kummenti mal-gazzetta ILLUM. "Dan ngħidu sakemm persuna tagħraf tilgħab b'mod responsabbli." Mistoqsi x'jaħseb dwar il-fatt li m'hemmx limitu fuq il-premju rebbieħ tas- Super 5, Cuschieri afferma li r-regolamenti uffiċjali tal- logħba tas-Super 5 jirreferu għall-valur minimu tal-ewwel premju iżda ma hemm l-ebda referenza għal valur massimu. "Madankollu, is-sit elettroniku tal-kumpanija Maltco tenfasizza l-fatt li l-valur tal-premju tas-Super 5 mhux limitat b'xi ammont. Il-fatt li ma hemm l-ebda limitu ta' rebħ hija ta' vantaġġ għall- parteċipanti għax ir-rebħ jista' jilħaq ammonti ferm attraenti. Huwa minnu wkoll li premijiet b'valuri elevati jattiraw parteċipazzjoni akbar fil-logħba." Bħala Kap Eżekuttiv tal- Awtorità Maltija tal-Logħob u l-Lotteriji, jemmen li ma hemm xejn negattiv għall-fatt li m'hemmx limitu stabbilit fuq dawn it-tip ta' lotteriji, sakemm persuna tagħraf tilgħab b'mod responsabbli. "L-Awtorità hija konxja li hemm persuni li għandhom problema ta' logħob eċċessiv. Iżda dan ma jistax ikun attribwit ma' xi logħba partikolari. F'dan ir-rigward l-Awtorità tikkontribwixxi billi teduka lill-pubbliku dwar logħob responsabbli." Cuschieri qal li din il- ġimgħa stess l-Awtorità għaddiet lill-kumpanija Maltco 7,500 leaflet dwar logħob responsabbli biex jitqassmu fil-banek tal-lottu madwar il-pajjiż. Apparti minn hekk, il-Kap Eżekuttiv sostna li għadha kif twaqqfet ir-Responsible Gaming Foundation li r-rwol tagħha ħa jkun intiż biex teduka lill- pubbliku in ġenerali rigward il-perikli ta' logħob eċċessiv kif ukoll tniedi inizjattivi biex jgħinu individwi bi problemi relatati mal-logħob. Hu spjega kif f 'dawn l-aħħar xhur l-awtorità telqet fuq ħidma biex taġġorna r-regolamenti u l-proċessi tagħha. "Il-viżjoni tagħna hija dik li l-awtorità nwassluha f 'livelli aktar għolja biex inkunu l-aqwa ġurisdizzjoni fid-dinja. Żgur li dan ma nistgħux nagħmluh billi aħna naħdmu kontra min irid jinvesti f 'Malta, anzi l-viżjoni tagħna hija waħda pro- business." Cuschieri temm jgħid mal- gazzetta ILLUM li fl-istess ħin ser ikunu responsabbli f 'dak kollu li jsir. "Ser naraw li l-logħob huwa ġust u responsabbli, kif ukoll dawk li jilagħbu dejjem jibqgħu jiġu protetti bl-aħjar metodi. Meta din il-gazzetta staqsiet lill-kumpanija Maltco kemm tħallas taxxa kull ġimgħa għal kull tlugħ tas-Super 5, il-kumpanija ċaħdet li tagħti din l-informazzjoni. "Din hija informazzjoni kunfidenzjali. Jekk trid staqsi din id-domanda lill-Gvern," qalet kelliema tal-kumpanija Maltco. Il-Maltco qalet ukoll li l-infiq ta' kull ġukatur kull ġimgħa fuq is-Super 5 jonfoq medja ta' bejn €4 u €5. Madanakollu, meta staqsejna lil Maltco kemm titla' l-medja tal- infiq ta' kull ġukatur meta s-somma taqbeż it-€800,000 (pereżempju kemm kienet il- medja tal-infiq din il-ġimgħa meta s-somma telgħet għal €1,120,328.40), il-kelliema għall-kumpanija qalet li ma hemmx differenza u l-medja tal-infiq tibqa' bejn €4 u €5. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' spiżjar li ilu aktar minn 16-il sena f 'din il-professjoni u li għandu spiżerija fix-Xlokk ta' pajjiżna. Hu spjega kif meta l-premju tas-Super 5 ikun għoli, bħalma kien din il-ġimgħa, il-bejgħ jonqos. "Naf persuni li s-soltu jieħdu ammont ta' ħrieqi u f 'dan il-perjodu jixtru inqas. Naf oħrajn li jipposponu milli jixtru l-mediċini li tant għandhom bżonn. Dan kollu sabiex ikollhom iktar flus għal-logħob." Din il-gazzetta tkellmet ukoll ma' sid ta' ħanut tal-merċa fit-Tramuntana ta' pajjiżna li fissret kif meta l-premju jkun għoli l-bejgħ ikun affettwat. "Jien naraha ċara ħafna din. Meta l-premju tas-Super 5 ikun għoli ħafna kif kien din il-ġimgħa, il-bejgħ jonqos. Saħansitra, issib nies li jevitaw li jixtru ikel essenzjali ta' kuljum. Dawn in-nies lesti li jiċċaħdu minn ikel neċessarju sabiex ikollhom iktar flus ħalli jilagħbu u jittantaw xortihom forsi jirbħu s-somma kbira ta' flus." Dawn iż-żewġ persuni kkonfermaw l-impatt li premju kbir għandu fuq il- bejgħ min-negozju tagħhom. Ta' min jgħid li din ir-realtà hija waħda komuni f 'diversi żoni f 'pajjiżna u mhux biss f 'xi naħa partikolari tal-pajjiż. Dan kollu jikkontradixxi dak li affermat il-kelliema tal-Maltco. Skont dawn il- persuni, il-bejgħ jonqos sew meta s-somma tkun laħqet livelli għoljin. "Ma hemm xejn negattiv għall-fatt li m'hemmx limitu stabbilit" Joseph Cuschieri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 March 2014