Illum previous editions

ILLUM 30 MARCH 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/286278

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 39

Il-Ħadd 30 ta' Marzu 2014 | illum 17 N insabu lejliet it-twettiq ta' wegħda elettorali ewlenija, dik li jorħsu t-tari tad-dawl b'medja ta' 25% u t-tari tal-ilma b'5%. Fix-xhur ta' qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2013, il-kontijiet tad-dawl u l-ilma kienu fost l-akbar uġigħ ta' ras għall-familji u għan-negozji. Il-kontijiet b'ammonti qawwija kienu qed inaqqru mid-disposable income tal-familji u kienu qed ikunu ta' piż qawwi fuq in-negozji. Kull meta din il-kwistjoni kienet titqanqal il-gvern preċedenti kien jgħid lill- poplu li ma seta' jagħmel xejn għaliex it-tariffi tad-dawl u l-ilma kienu marbuta mal- prezz internazzjonali taż-żejt. Rappreżentanti ta' korpi kostitiwiti riċentament ukoll kienu rrappurtati jgħidu li kull meta ġibdu l-attenzjoni tal- awtoritajiet dwar il-kontijiet għolja tad-dawl u l-ilma kienu jgħidulhom li ma seta' jsir xejn. Partit Laburista mill- Opożizzjoni għaraf li din kienet kwistjoni ewlenija li kienet qed tinkwieta lin-nies u għaraf ukoll li kuntrarjament għal dak li kien qed jingħad kien hemm mod kif din il-problema setgħet tissolva. Kulħadd jiftakar il-pjanijiet li ġew ippreżentati mill-Partit Laburista b'mod partikolari Konrad Mizzi, illum Ministru għall-Enerġija, fejn spjega lill- poplu dwar x'tip ta' roħs konna qed nitkellmu u anke kif dan ir-roħs jista' jaffettwa lill-familji. Ir-reazzjoni jiftakarha kulħadd ukoll. Il-Partit Nazzjonalista mal-ewwel ħareġ jgħid li din hija l-'Gimmick tal-Millenju' u 'Alice in Wonderland' għaliex sostna li dak li kien qed jiġi propost ma setax isir. Minflok il-Partit Nazzjonalista ħareġ bi proposta li jraħħas id-dawl u l-ilma fil-ħin ta' bejn l-għaxra ta' bil-lejl u s-sitta ta' filgħodu. Biex wara rriżulta li anke kumpanija tal- awdituri mqabbda mill-Partit Nazzjonalista stess ikkonkludiet li dak li kien qed jipproponi l-partit nazzjonalista ma kienx jagħmel sens għaliex fil-ħin ta' bejn l-għaxra u nofs il-lejl dan ir-roħs ma kienx sostenibbli. Dan il-Gvern differenti. Għax konvint mill-pjanijiet tiegħu beda mal-ewwel jaħdem fuq it- twettiq ta' din il-miżura. Ħidma li issa ilna għaddejjin biha għal dawn ix-xhur biex nagħtu r-roħs imwiegħed lill-familji Maltin u Għawdxin minn din is-sena u lin-negozji mis-sena d-dieħla. Kif imwiegħed ukoll ir-roħs li se jgawdu minnu l-familji se jvarja skond il-konsum tar-residenzi differenti. Min jikkonsma lanqas jiffranka l-aktar. Din hija d-direzzjoni 'l quddiem li qed naħdmu fuqha għaliex filwaqt li qegħdin inraħħsu l-kontijiet qed nimbuttaw 'il quddiem il- kultura li rridu nagħmlu l-aħjar użu mir-riżorsi tal-enerġija. Aktar ma jgħaddi żmien aktar is-settur tal-enerġija qed jingħata prijorità mhux biss f 'pajjiżna imma anke fl-Unjoni Ewropea. Fil-konklużjonijiet tal- Kunsill Ewropew li sar f 'Marzu ta' din is-sena hemm referenza mill-aktar ċara għas-settur tal-Enerġija. Fost is-suġġetti li ssemmew hemm il-kwistjoni ta' prezzijiet għolja tal-enerġija li jolqtu b'mod partikolari lil dawk l-industriji li jiddependu ħafna fuq l-użu tad-dawl. Il-politika ta' dan il-gvern fil-qasam tal-enerġija hija konformi mal-politika Ewropea li tħares li tassigura prezzijiet tal-enerġija sostenibbli, kompetittività industrijali, sigurtà fuq il-fornitura tal- enerġija filwaqt li jintlaħqu wkoll il-miri ambjentali. Fl-istess waqt l-għan aħħari tal-Unjoni Ewropea huwa li tiżviluppa interconnections biex tindirizza l-fatt li ċertu stati membri jistgħu jispiċċaw iżolati u maqtugħa minn networks Ewropej. Interessanti f 'dan ir-rigward, proposta tal-Prim Ministru Malti Joseph Muscat li interconnections ta' dan it-tip għandhom iħarsu wkoll lejn il-Mediterran biex ma nibqgħux niddependu biss fuq interconnections man-naħa ta' fuq tal-Ewropa imma nħarsu wkoll lejn il-possibbiltà ta' interconnections ma' pajjiżi mill-Afrika ta' Fuq. Il-Kunsill Ewropew appella wkoll għal sforz kollettiv biex l-ispejjeż tal-enerġija jkunu mnaqqsa b'mod partikolari għall-familji u l-industrija li tant jiddependu fuq dan is-settur. Dan jista' jsir billi l-istati membri jieħdu l-azzjoni neċessarja li għandha twassal biex innaqqsu l-ispejjeż skont iċ-ċirkustanzi speċifici tagħhom. Fl-istess ħin sar appell ukoll lill- iStati Membri biex jeżaminaw il- prattiċi nazzjonali tagħhom ħalli jaraw li jnaqqsu l-konsegwenzi negattivi li jistgħu jħallu l-prezzijiet tal-enerġija. Dan kollu juri bl-aktar mod ċar li t-triq li qbadna hija t-triq 'il quddiem. Bil-ħidma li qed nagħmlu qed nassiguraw prezzijiet orħos tal-enerġija u sorsi aktar indaf minn fejn niġġeneraw l-elettriku. Dan kollu għandu jwassal biex nilħqu l-miri ambjentali tagħna imma fuq kollox inwettqu dak li wegħdna lill-poplu Malti u Għawdxi qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali. Miriam Dalli hija kandidata għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew f 'isem il-Partit Laburista Il-Punt Gvern li jisma' – u jinjora F tit tal-ġimgħat ilu l-Gvern Laburista nieda kampanja ta' slogans oħra – din id-darba biex forsi jaħbi xi it il-Malta Tagħna Lkoll li sfaxxat x-xejn – fejn iddikjara li huwa Gvern li jisma' u anke Gvern li jaħdem. Però bl-istess mod kif l-idea ta' Malta Tagħna Lkoll għosfrot f 'qasir żmien hekk kif ġie elett Joseph Muscat, l-istess ġara lil dawn iż-żewġ slogans ġodda. Il-Malti jgħidilna li l-ġurnata minn kmieni turik, u hekk ukoll fil-kwistjoni tal-aġir ta' dan il-Gvern. Fost l-akbar kontroversji f 'din l-ewwel sena ta' Muscat Prim Ministru, bla dubju ta' xejn ma nistgħux ma nsemmux il-kontroversja li ħammritilna wiċċna bħalha Maltin – il-bejgħ taċ- ċittadinanza tagħna. L-Oppożizzjoni tkellmet għexieren ta' drabi fil- parlament biex twissi lill- Gvern li din l-iskema kienet ser tkun waħda ħażina u vvizzjata, jiena u l-kollega tiegħi Roberta fil-Parlament Ewropew esprimejna t-tħassib tagħna wkoll, saret protesta miż-żgħażagħ quddiem il-parlament Malti, saret kritika internazzjonali fejn kull gazzetta fl-Ewropa u lil hinn rredikolat u kkundannat lil Malta u ttieħed vot fil- Parlament Ewropew fejn 560 membru Ewro-Parlamentari vvutaw kontra l-iskema li ried idaħħal Muscat, u kienu biss 22 li appoġġjawh. Però l-Gvern sema'? Ir- risposta kienet waħda ċara daqs il-kristall – Muscat qal smajniekom, imma mhux ser nagħtu kaskom. Donnu l-islogan tal-Gvern Laburista nesa jikkjarifika li Gvern li jisma' fiha xi riservi. Riservi li jagħtu d-dritt lil Muscat jisma' biss dak li jaqbillu, u jgħid x'jgħid ħaddieħor – anke jekk ikun fl-aħjar interess tal-pajjiż – dan jiġi injorat u mormi. Lil min ikkritikah, Muscat għajru traditur. Li forsi ma jistax jirrealizza l-Prim Ministru huwa li l-politiku veru Malti għandu d-dritt, id-dmir u d-dover li f 'kull deċiżjoni li jieħu jżomm l-ewwel u qabel kollox l-interessi ta' pajjiżu. Xogħol il-politiku ġenwin huwa li jiddefendi akkost ta' kollox lill-pajjiżu, u mhux lill-Prim Ministru li għadu jaħseb li jista' jagħmel li jrid. Dan huwa li jieħu preċedent fuq kollox. Kull affiljanza jew irbit politiku ieħor ikolli jċedi postu għal dan il-prinċipju essenzjali, u huwa dan il- prinċipju li dejjem mexxieni fil-ħidma tiegħi, kemm fil- pubbliku u anke wara l-kwinti. Dan l-aħħar kellna wkoll prova oħra li l-islogan Gvern li Jisma' m'huwa xejn ħlief gidba. Muscat, biex iżomm ma' wegħda fierħa li għamel qabel ġie elett, li jekk il-power station il-ġdida ma tkunx lest fiż- żmien li stipula huwa jirriżenja, għadda romblu minn fuq kulħadd u għamel ta' rasu. Imkien fid-dinja ma ssib proġett nazzjonali ta' daqstant importanza jiġi mgħaġġel b'tali mod li lanqas l-aktar studji sempliċi dwar l-impatt tagħhom ma saru. Il-Gvern li jisma' ta' Muscat ġie affrontat b'91% tar-residenti ta' Marsaxlokk u Birżebbuġa li qalulu li ma jridux li t-tanker tal-LNG jintrabat fil-Port ta' quddiemhom, u diversi sajjieda, residenti, ambjentalisti, NGOs u esperti fil-qasam marittimu wissew lill-Gvern dwar ir-riskji bla bżonn li dan il-proġett ser iġib miegħu. Imma x'għamel il-Gvern? Injorahom ukoll. Hawnhekk toħroġ id- differenza bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista. Fis-snin li għaddew, proġetti ta' importanza bħal dan kien dejjem ikollu fuq quddiem nett tal-prijoritajiet ta' Gvernijiet Nazzjonalisti. L-ewwel u qabel kollox trid dejjem tiġi assigurata s-saħħa u s-sigurtà tal-poplu Malti u Għawdxi. Min-naħa l-oħra, il-Gvern ta' Muscat għandu fuq moħħu biss il-gwadan politiku, akkost ta' kollox. Dan il-pajjiż issa wasal fi stat fejn xi jrid il-poplu ma jfisser xejn. Is-sistema demokratika ta' pajjiżna tfassal sistema fejn iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin kull ħames snin jagħżlu r-rappreżentanti tagħhom . Però kemm qed iħossuhom rappreżentati llum dawn in- nies? Kemm aħna lesti nħallu ħames snin jgħaddu fejn Gvern li wiegħed tant illum qiegħed jinjora lil kollox u kulħadd, u jagħmel ta' rasu? L-ewwel risposta għal dan nistgħu nagħtuha flimkien nhar l-24 ta' Mejju 2014. L-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ser iservu biex mhux biss il-Partit Nazzjonalista jtella' tliet siġġijiet fil- Parlament Ewropew biex ikun il-vuċi b'saħħitha li jridu l-Maltin u Għawdxin fl-Ewropa, imma wkoll biex jintbagħat messaġġ lill-Gvern ta' Muscat li l-poplu mhux ser jaċċetta din il-politika ta' ħsara lill-pajjiżna. David Casa huwa kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew f 'isem il-Partit Nazzjonalista Inwettqu dak li wegħedna MIRIAM DALLI DAVID CASA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 MARCH 2014