Illum previous editions

ILLUM 30 MARCH 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/286278

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 39

Il-Ħadd 30 ta' Marzu 2014 | illum 23 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SGN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Sit: www.illum.com.mt • Email: illum@mediatoday.com.mt K ien hemm ripetizzjoni d-diskors tal- President George Abela waqt ikla statali mogħti mill-Prim Ministru Joseph Muscat. Abela lmenta dwar il-poteri ineżistenti tal-President u għal bżonn li l-President ikun rappreżentattiv tal-poplu. Ilment li ilu jinstema' mill-presidenti Maltin. Fid-diskors tiegħu tkellem u rringrazzja l-Prim Ministru ta' qabel Lawrence Gonzi. Id-diskors tal-President wasal ftit ġranet wara li ħarġet l-aħbar li hu ma kienx ser jiffirma l-liġi dwar l-unjoni ċivili. Mhux ħaġa kbira meta tara kif Abela ttratta ħwejjeġ kontroversjali u kemm għandu għal qalbu t-twemmin reliġuż tiegħu. Wieħed jiftakar id-diskors tiegħu lill-Papa meta ġie Malta. Diskors li kien jirrifletti l-ħsieb ta' politiku konservattiv li ma jħarisx 'il quddiem u ma jħaddanx politika liberali u miftuħa. Jibqa' l-fatt li Abela kien persuna popolari mal-Maltin, imma ma kienx President li ser jibqa' mfakkar. Kien magħżul minn Lawrence Gonzi biex mingħalih jaqta' saqajn il-Partit Laburista meta Muscat kien tiela' fil-popolarità. Ma ninsewx li Abela wera żlealtà enormi meta kien deputat mexxej tal-Partit Laburista fi żmien Alfred Sant. U mhux hekk biss kien hu li kien responsabbli biex iżomm ma' Mintoff meta Mintoff b'mod egoistiku ħadha kontra Alfred Sant. Fi żmien meta telaq minn deputat mexxej u avukat tal-GWU Abela spiċċa jagħmel ħafna xogħol tal-Gvern Nazzjonalista fosthom avukat tal-MEPA. Abela kien ippretenda li għandu jkun hu l-mexxej tal-Partit Laburista minflok Joseph Muscat. Id-delegati Laburisti kellhom il- buon sens li jagħżlu persuna aktar adattata u tal-anqas liberali. Abela sar President għax kien jaqbel lil Gonzi, u vera kif kien qal Sant kienet deċiżjoni dijabolika. Deċiżjoni li kienet imminata biex tfixkel. Fil-presidenza Abela ma għamel xejn straordinarju. Kien kapaċi jagħti spinta lill- Community Chest Fund b'mod ċar, u jieħu t-tmexxija ta' L-Istrina mill- kumpanija Where's Everybody. Kien strumentali li l-ġonna maġenb San Anton jiġu mibdula f'żona rikreazzjonali għat-tfal u l-familji. Żona mill-isbaħ u b'ideat oriġinali. Apparti minn hekk kien ukoll responsabbli li jara li xogħlijiet ta' restawr fil-Palazz isiru. Kien assoċjat bħala l-persuna li jiġri biex jiġbor flus għall-karità, jew dawk fil-bżonn. Għal dawn l-affarijiet kien aktar effettiv minn kwalunkwe President. Iżda lil hinn minn dan kollu ma kien hemm xejn li tgħid li l-presidenza ta' Abela spikkat. Jekk xejn kompliet tikkonfermalna kemm din il-kariga hija simbolika u ftit li xejn tagħti valur fuq livell istituzzjonali jew kostituzzjonali. Il-President George Abela

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 MARCH 2014