Illum previous editions

ILLUM 30 MARCH 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/286278

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 39

14 illum | Il-Ħadd 30 ta' Marzu 2014 K risty Debono hija l-unika ekonomista tal-Oppożizzjoni. F'Marzu tas-sena l-oħra hi ġiet eletta mid-disa' distrett elettorali. Debono qalet li qatt ma kellha l-ħajra li tinvolvi ruħha fil-politika għalkemm il-politika dejjem kienet tinteressaha, speċjalment l-aspett ekonomiku u finanzjarju. "Meta ltqajt mar-raġel tiegħi kont naħdem fuq l-Aħbarijiet Finanzjarji ta' Net TV u dak iż-żmien hu kien l-Assistent Direttur Informazzjoni tal-PN. Ftit qabel iżżewwiġna qalli li kien se jikkontesta għall-kariga ta' Assistent Segretarju Ġenerali u allura aktar ma beda jgħaddi ż-żmien aktar bdejt ninteressa ruħi, dħalt fl-Eżekuttiv tal-Moviment Żgħażagħ PN u wara ġejt eletta mill-MŻPN fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit. Sa 5 xhur qabel l-Elezzjoni Ġenerali tal- 2013 dak kien l-involviment tiegħi." Iżda mbagħad spjegat kif f 'Ottubru tal-2012 bagħat għaliha l-Prim Ministru, dak iż-żmien Lawrence Gonzi u proponielha sabiex tikkontesta l-elezzjoni u wara li tkellmet mar-raġel u l-familja, ddeċidiet li tikkontesta. Debono temmen li l-PN tilef il- fiduċja tal-poplu minħabba diversi raġunijiet u allura biex jerġa' jikseb il-fiduċja jrid jaħdem fuq kull raġuni biex jara li jaħdem fuq kull sfida li għandu ħalli jerġa' jibda jikseb il- fiduċja tan-nies. "Bla dubju ta' xejn li t-triq hija waħda diffiċli u l-PN għandu ħafna ħidma man-nies xi jwettaq. Il-PN jeħtieġ li bil-messaġġi li jwassal jerġa' jibda jikseb lura l-kredibbiltà tant meħtieġa." Hi qalet li l-PN jeħtieġ li jkun Oppożizzjoni viġilanti, kostruttiva u propożittiva. Jeħtieġ li nosservaw li jkun għaddej, inkunu kostruttivi fil-kritika tagħna, kif fil-fatt qed nagħmlu, sostniet l-ekonomista. Debono saħqet li t-track record tal- voti tal-Oppożizzjoni fil-Parlament jixhed dan, tant li minn 25 liġi l-Oppożizzjoni vvutat favur 21. Jeħtieġ li mhux nikkritikaw biss kif kien jagħmel il-Partit Laburista meta kien fl-Oppożizzjoni waqt li ma kien jipproponi xejn iżda nagħmlu l-kritika għax nemmnu li l-affarijiet jistgħu jsiru aħjar u ngħidu kif nemmnu li dawn l-affarijiet jistgħu jsiru aħjar billi nkunu pro-attivi u ngħidu x'inhuma l-proposti tagħna, sostniet Debono mal-ILLUM. "Bla dubju li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ jaħdem l-aktar man-nies, billi jkun viċin in-nies, jisma' lin-nies, jagħti kas lin-nies u jfassal politika dejjem aktar relevanti li tilħaq l-aspirazzjonijiet tan-nies u tara li dawk l-aspirazzjonijiet jissarrfu fir- realtà." Staqsejtha dwar il-fatt li l-PN tilef L-Oppożizzjoni trid tkun viġilanti, kostruttiva u propożittiva Kristy Debono titkellem dwar il-ħidma tal- partit Nazzjonalista, l-ekonomija u l-qgħad Jeroma Caruana Cilia Età – 32 sena Ħolma li ma wettaqtx – Ħajti tidher li qed tieħu direzzjoni differenti milli qatt kont nimmaġina L-aħħar safra – Safra qasira mal- familja Sqallija fl-okkażjoni ta' għeluq snin ommi, li għalqet 60 sena Fobja – Is-sriep Politiku li tammira – Margaret Thatcher Kristy Debono jccilia@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 MARCH 2014