Illum previous editions

ILLUM 30 MARCH 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/286278

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 39

Il-Ħadd 30 ta' Marzu 2014 | illum 13 Louis Grech l-impossibbli Esklussiva: Għadu kif ġie mħabbar li Louis Grech, hu l-persuna li ma għandu ebda interessi f 'negozji u lanqas ishma f 'xi kumpaniji li jistgħu jikkaġunaw xi kunflitti. Wara kollox nafu li Louis Grech għandu subgħajh dritt – bejnietna bħalissa ma tantx għandu affarijiet oħra dritti. Imma r-raġuni għalfejn qed neħli tant spazju għal viċi Prim Ministru hi għaliex għandu problema li ħadd ma jrid jaħdem miegħu għax bażikament huwa annimal selvaġġ. Selvaġġ fis-sens li jara lil kulħadd dubbien. "Jien ma nafx kif kien daqshekk popolari man-nisa, għax ħa ngħidlek qisu selvaġġ kbir." Minn naħa l-oħra fan kbir ta' Louis Grech qalilna biex jikkompensa għas-selvaġiżmu tiegħu huwa raġel gustuż u jaf imur max-xadini. U jħobb jiftaħar li hu l-iktar ħelu u għażżien fil-kabinett ta' Muscat. Il-Marthese ta' Portelli Kemm kienet ħelwa Marthese Portelli tiskappa minn quddiem il-kameras meta Joseph Muscat żar il-kwartieri tal-kumpanija Alert ta' Claudine Cassar. Hekk kif beda jitkellem Marthese, impjegata ta' Cassar, bdiet tqarras wiċċha u telqet 'l hemm tagħmel kafè għal xi ġurnalisti. Is-sinjura Cassar innutat b'dan kollu u bdiet tipprova tħajjar il-Prim iħares in- naħa l-oħra. Wara d-diskors ta' Muscat, baqgħu telgħin fil-board room. Marthese nstemgħet tgħid: "Mela le, ma noqgħodx fl-istess kamra ma' dak l-impostur." Gaffarena tad- Daewoo Kemm hu ħelu Sandro Chetcuti, iż-żatat. Meta taqraw il-kelma 'żatat', importanti li tigdmu lsienkom u tgħajtu żatat mill-qalb. Għax Sandro apparti li jaħseb li hu intelliġenti huwa bniedem ŻATAT. Issa hawn, f 'dan ir-ritratt jidher mat-tifel ta' Gaffarenu, dak fin-nofs. Gaffarena iva dak tad- Daewoo. U hawn jidher li kien qiegħed ġo festin ta' Joseph Sammut, l-avukat kaċċatur li bla dubju ta' xejn għandu daqsxejn ta' kunflitt. Għaliex dan l-avukat qiegħed fuq il-bord tal-MEPA. Orrajt ma tawhx permess lil Gaffarena iżda huma teknikament responsabbli minn kollox. Imma stenna dan Sammut iħobb nies kuluriti. Gaffarena u Chetcuti pezza waħda, nies li jridu jew jemmnu li tagħhom tajjeb. Insomma minn hawn ngħidilkom li Gaffarena mhux raġel ħażin, imma bl-istess argument mhux xi raġel tajjeb. U bl-istess argument Sandro Chetcuti mhux raġel ħażin jew raġel tajjeb, huwa biss żatat. Joseph ir-relax Kemm ħadt pjaċir nara lil Joseph Muscat jinawgura l-bar 'Joseph ir-relax.' Is- sid tal-bar jafu kemm hu relaxed dan Joseph, tant hu hekk li biddlu l-isem tal-bar minn Wenzu l-ħemster għal Joseph. Fid-diskors tiegħu fil-bar 'Joseph ir-relax' il-Prim qal li hu verament iħossu relaxed meta filgħodu jmur sal-ġim biex jerfa'. F'kumment esklussiv hu qal: "Ma hemm xejn isbaħ li terfa' u tħares lejn xi s*** ta' xi waħda." Kaċċaturi bżieq huma kollha tal- Lejber Ikkonfermajt li l-kaċċaturi kollha huma kollha nies tal-Lejber. Tant hu hekk li dan l-aħħar dawk iż-żewġ karattri li sparaw fuq fras servjent sibthom f 'ritratt waqt carcade tar-rebħa. Minn hawn ngħidilhom, solidarjetà għandkom raġun: "X'hemm ħażin li noqtol għasfur ħaqq dik il-******, għax ħaqq *****, naqbad u nkisser kull m'hawn u nibgħatek għand A*** &^**%#@ Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Espressjoni ta' Interess Il-Park tal-Familja 'Sant'Antnin' f'Marsaskala Sejħa għal partijiet interessati li jieħdu sehem f'din l-espressjoni ta' interess għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti faċilitajiet fil-Park tal-Familja 'Sant'Antnin'. Il-Park tal-Familja 'Sant'Antnin' kien żviluppat mill-WasteServ fuq art tal- Gvern bħala parti minn obbligu ta' 'Planning Gain' impost mill-MEPA. L- iżvilupp tal-park sar fil-biċċa l-kbira tiegħu permezz ta' fondi Ewropej. Il-Park tal-Familja joffri numru ta' opportunitajiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti faċilitajiet, b'mod li filwaqt li min iżur il-park igawdi minn valur miżjud, l-attrazzjonijiet preżenti jibqgħu mingħajr ħlas. L-iskop ta' din is-sejħa hu li: 1; Tinkiseb lista ta' dawk l-individwi u/jew entitajiet li jistgħu jkunu interessati li, permezz ta' sinerġiji li jibbenefikaw minnhom il-partijiet kollha u/jew il-provvediment ta' servizzi anċillari, jżidu l-valur tal-Park tal-Familja; u 2; Tistieden proposti għal attivitajiet kummerċjali li għadhom mhux qed jiġu kkunsidrati taħt din is-sejħa iżda li jistgħu jkunu ta' benefiċċju u/jew jipprovdu valur miżjud lil min iżur il-Park tal-Familja. Applikanti potenzjali għandhom jirreġistraw l-interess tagħhom billi jimlew u jissottomettu formola ta' applikazzjonijiet standard. Kopji tal-formola tal- applikazzjoni u dokumentazzjoni relatat jistgħu jinkisbu mit-Tnejn sal- Ġimgħa; mill-1 ta' April 2014 bejn it-8.30 u 12.00 u bejn is-13.30 u l-1600 mill-: Id-Direttur (Procurement and Supplies) Is-Segretarjat Permanenti Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima 6, Triq Ħal Qormi, Santa Venera SVR 1301 Is-sottomissjonijiet jintlaqgħu sal-16.00 tat-2 ta' Mejju 2014. Ħelu jew għażżien? Marthese tagħmel kafè tajjeb Iż-żgħir Gaffarena maż-żatat Sandru fil-festin ta' Sammut Il-bar tagħna Il-ħelwin Lejburisti li joqtlu l-għasafar Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat lil poodle@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ …

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 MARCH 2014