Illum previous editions

ILLUM 30 MARCH 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/286278

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 39

20 illum | Il-Ħadd 30 ta' Marzu 2014 M ustafa kemal Ataturk huwa meqjus missier it-Turkija tal-lum. Sal-lum għadu kważi vvenerat minn dawk it-Torok li jemmnu fid-demokrazija u fi Stat sekulari. Sal-lum, kull meta jkun hemm xi protesta politika kontra Gvern għadek tara l-folol iġorru r-ritratti tiegħu. Ataturk huwa s-simbolu ħaj tad-demokrazija f 'pajjiż fejn ir- reliġjon għadha b'saħħitha. Tayyip Erdogan huwa l-President Tork tal-lum. Sa ftit ilu kulħadd kien qiegħed jaħseb li kien irnexxielu li jsib bilanċ bejn id-demokrazija u l-Islam. Ħaġa li ma jidhirx li kienu skoprew dawk li sa ftit ilu kienu jsaltnu fuq id-dinja Għarbija u tneħħew bl-armi u ġlied imdemmi. Ħafna kienu qegħdin iħarsu lejn it-Turkija bħala l-mudell għall-bqija tad-dinja Islamika… iżda sa ftit ilu, minn xi xhur ilu 'l hawn l-istampa fit-Turkija bdiet tinbidel radikalment. Bħal f 'pajjiżi oħrajn fid-dinja Għarbija bdejna naraw il-ġlied fit-toroq. Rajna protesti kbar fl- ibliet Torok b'nies li mhux biss indarbu iżda mietu. Qegħdin naraw partit fil-gvern li aktar ma jmur, flok jifhem xi jridu n-nies qiegħed jagħmel l-iżball proverbjali ta' kull gvern ħażin: jingħalaq fih innifsu u jsir aktar ripressiv. Issa għamel l-iżball li saħansitra mblokka t-Twitter biex il-mezzi soċjali ma jkomplux jikkritikawh u jikxfu l-iżbalji tal-Gvern tiegħu. Jiena mhux profeta, iżda dan l-iżball tant rajnieh drabi oħra f 'pajjiżi oħrajn u bi gvernijiet jirriżenjaw jew jitneħħew xorta waħda, li ċert li fit-Turkija ser jiġri dak li ġara f 'pajjiżi oħrajn. TONI ABELA MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI GĦADA "Jum il-Ħelsien", bl-eku tiegħu dwar min kien verament Dom Mintoff. Altru li Alfred Sant kellu raġun jiddeskrivi lil Dom Mintoff bħala "traditur". Il-mexxej "salvatur ta' Malta", il-laqam li tawh dawk li qimuh minħabba l-limitazzjonijiet tagħhom f 'kull sens, kien qed jiltaqa' minn wara dahar Sant ma' Eddie Fenech Adami (dak iż- żmien kap tal-Oppożizzjoni) personalment f 'Delimara u stqarrlu li kien lest iwaqqa' lil Sant minn Prim Ministru, kif effettivament għamel. Ma kinitx l-ewwel darba li Mintoff fired il-Partit imnejn tnissel. Għal Mintoff, l-importanti dejjem kien Mintoff, li dejjem lagħabha tal-illuminat u tal-feddej, tal-mediċina li kellha bżonn Malta, ħierġa mill-Gwerra u mit-tnalja tal-Kolonjaliżmu. Mintoff rikeb fuq l-injoranza mifruxa tal-popolin, ta' dawk l-istrati li kellhom bżonn "salvatur". Li kien għal Mintoff, Malta saret biċċa mill-Ingilterra u meta mbagħad qaleb għall- kanzunetta tal-Indipendenza, George Borg Olivier wasal qabel il-blaff kollu ta' Mintoff il-patrijarka politiku, makakk u megalomanjaku. U Mintoff kellu jivvinta Jum il-Ħelsien u Jum ir- Repubblika, biex l-istorja ma tħallihx barra mill-mument nazzjonali. Il-ktieb ġdid ta' Fenech Adami juri, fost l-oħrajn, min kien Dom Mintoff, bniedem li qatt ma ried jaċċetta li jiġġenneb u jerħi l-primat minn idejh. KARL VELLA F'XARABANK F'Xarabank ittella' programm dedikat lil Karl Vella, raġel ta' 37 sena li marad u miet bil-kanċer, fost tbatija kbira. Li kien eċċezzjonali dwar dan il-bniedem, kien li, fl-agunija twila u sofferenti tiegħu baqa' jqiegħed lil ħaddieħor, lil morda oħrajn qablu, jagħmlilhom il-kuraġġ. Kien preżenza regolari f 'maratoni ta' ġbir ta' flus u kien anki saq fuq siġġu tar- roti fil-mixja tal-President għall-karità. Bżajt li l-programm seta' jaqa' fil-melodrama iżda baqa' miexi fuq linja serja. Kien hemm il-kommossjoni, iva, l-aktar meta Karl deher jibki mhux għalih innifsu imma għall-ġenerożità tal-Maltin. Biki ta' ferħ, kif iddeskrivih hu nnifsu f 'waħda mill- aktar siltiet emottivi waqt it-trasmissjoni. Forsi l-aħjar sentenza qalha l-preżentatur stess: "Karl ma kienx il- bniedem li jipprietka, kien iħalli lill-azzjonijiet tiegħu jipprietkaw." Il-programm dwar Karl Vella wera li jista' jkollok xandir delikat mingħajr affezzjoni u mingħajr sensazzjonaliżmu li trid tbikki bilfors. Għax l-eroj komuni ma jeħtiġux dan. KEMM-IL ANNIVERSARJU? Kemm-il anniversarju se tiċċelebra Malta din is-sena? Għandha bżonn iċ-ċelebrazzjonijiet kollha skjerati għall-2014? U x'suppost ikun ir-riżultat ta' dawn iċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali, ippakkjati b'mod assurd, biex kull sezzjoni partitarja tribali ma tħosshiex urtata? Nifhem li l-eżitu suppost li jkun il-konsolidazzjoni tal-identità nazzjonali, tas-solidarjetà fost il-poplu, aħmar jew blu. Nilludu ruħna jekk naħsbu li dawn iż-żewġ kuluri ddewbu fl-abjad u l-aħmar. U biex nifhmu kemm hi remota "l-għaqda nazzjonali" f 'sena ta' anniversarji, biżżejjed insegwu l-hekk imsejħa "dibattiti" fil-mezzi tax- xandir. F'TVM 2 (Realtà) jitqanfdu, bħal żewġ sriedaq bir- rix itir mal-istudio kollu Kevin Plumpton (PN) u Cyrus Engerer (PL), żewġ kandidati għall-elezzjonijiet Ewropej ta' Mejju. Suppost ġejjin mill-ġenerazzjoni "ġdida" tal-politika tal- argument. Suppost li huma loġiċi, jirrispettaw lil xulxin, jisimgħu lil xulxin u jevitaw ix-xenati. Iżda kulma offrew kien karnival pastaż, ħamallu u daqqiet intolleranti fuq xulxin. Il-preżentatur Brian Hansford ma kienx jaf x'qed jolqtu. Realtà. Plumpton kien mill-iktar arroganti u jġiegħlek titwerwer x'jiġri jekk il-poplu jiġġennen u jtella' mill-ġdid lill-PN għal perjodu ta' poter donnu bi dritt divin. Engerer ipprova jfendi waħda 'l hawn u 'l hinn fl-ispazji nkaxxati li ħallielu Plumpton. MALTA TAL-POETA Ironikament, l-aktar deskrizzjoni realistika ta' Malta kontemporanja qrajtha fir-rumanz L-Eżodu taċ-Ċikonji tal-awtur Malti-Palestinjan Walid Nabhan. Walid ilu Malta għal dawn l-aħħar dsatax-il sena u infiltra sew fix-xena letterarja lokali. Għandu sfond xjentifiku u jaħdem bħala Senior Lab Technician mal-Malta Dairy Products tal-Ħamrun. Imma għandu talent letterarju rari. Is- silta li ġejja tgħodd tajjeb għal Malta li qed tiċċelebra l-identità "indipendenti", "repubblikana" u "Ewropea" tagħha: "Naf li Malta llum tfajla Ewropea żvelta u żnella. U naf li ġieli tiżbogħ xagħarha isfar u tillixxah biex ma tidhirx inqas minn ħaddieħor. Iżda għalija xorta tibqa' sirena smajra Mediterranja. U xorta tibqa' tixbah lill-Palestina. L-istess ħabaq u l-istess sagħtar. L-istess bużbież, merqtux u l-istess ras iebsa. U għalkemm mhux l-akbar, u mhux l-isbaħ, u mhux l-iprem, imma l-itjeb larinġ li hawn fid-dinja. Uħud minn niesha jriduha bilfors bjonda, avolja n-nokkli jixirqulha. Naf li fost it-tfittxija tagħha għal identità ġdida kellha, apparti li tiżbogħ xagħarha u ddellek ħafna kuluri ma' wiċċha, taqta' ċerti rabtiet u tbiegħed lilha nfisha kemm tiflaħ minn mal- kontinent ta' taħt riġlejha. Ma tagħtihiex tort sa barra. Għax min irid ikollu x'jaqsam ma' dak il-kontinent marradi? Liema babbu?" YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt "JUM IL-ĦELSIEN" U MINTOFF E rbgħin sena ilu, Malta saret repubblika imma din kienet bidla pjuttost kosmetika u mhux fis-sustanza bil- president jadotta l-poteri, il-prerogattivi u l-limitazzjonijiet li kellu l-gvernatur-ġenerali fil-Kostituzzjoni ta' Malta indipendenti. Il-kostituzzjoni repubblikana tal-1974 ma ħasbet għall-ebda twessiegħ fir-rwol u l-poteri tal-presidenza u bażikament hekk bqajna sal- lum. Il-Gvernatur-Ġenerali kien ir-rappreżentant tal-monarka u kellu l-poteri u l-prerogattivi li l-monarka tar-Renju Unit għandu. Il-Kostituzzjoni tar-Renju Unit mhix miġbura f 'test wieħed bħalma hi dik tagħna u jiġu applikati bosta konvenzjonijiet mhux miktuba. Biex nagħtu eżempju ferm attwali, filwaqt li l-Kostituzzjoni tagħna tipprovdi li l-President irid jagħti l-kunsens tiegħu għall-abbozzi tal-liġi mgħoddija mill-Parlament "mingħajr dewmien", ir-Reġina mistennija tagħmel l-istess mingħajr l-ebda liġi miktuba. Ir-rwol tal-monarka Brittanika evolva radikalment matul is-sekli. Qabel il-Magna Carta, il-monarka kellu poteri kważi bla limitu. Biż-żmien, u wara bosta kunflitti li involvew qtugħ ir-ras ta' re u t-tkeċċija ta' ieħor, dawn il-poteri bdew dejjem jonqsu sakemm eventwalment, il-monarka Ingliż għadda l-poteri kollha lill-Prim Ministru. L-uniċi poteri ta' ċertu piż li għandu l-monarka hu fl-għażla ta' Prim Ministru meta l-elettorat ma jagħmilx għażla ċara. Altrimenti l-monarka huwa pjuttost is- simbolu tan-nazzjon li jipprova jirrappreżenta l-kuxjenza tiegħu u jkun ta' ispirazzjoni għall- poplu, speċjalment fi żminijiet diffiċli. Dan huwa l-kwadru storiku u kostituzzjonali li fih ħadmu l-Presidenti Maltin mill-1974 'l hawn. F'dan il-perjodu, kellna bejn l-1981 u l-1987, perjodu ta' tensjoni politika kbira u anke vjolenza imma kellna wkoll bidla paċifika fil-poter f 'erba' okkażjonijiet. Nistgħu ngħidu li f 'dawn il-passaġġi fundamentali għad-demokrażija żagħżugħa tagħna, il-presidenti dejjem għassu fuq is-sistema politika sabiex jiżguraw l-osservanza tal-Kostituzzjoni. Meta deher li l-pajjiż kien wasal fix-xifer bi spirall li ma jispiċċax ta' vjolenza politika, l-aġent president Pawlu Xuereb għamel appell imqanqal fuq it-televiżjoni sabiex kulħadd JOE ELLIS Il-Presidenza li għandna bżonn Inħobbu wisq lil pajjiżna!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 MARCH 2014