Illum previous editions

ILLUM 30 MARCH 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/286278

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 39

Il-Ħadd 30 ta' Marzu 2014 | illum 19 Republic Street, Valletta next to the Courts L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt Ittri L-Adolexxenti u s-Sess JOSEPHINE GATTCIANCIO KALKARA F'ĊERTI ċiviltajiet avvanzati li ġew meqruda minn gwerrieri Kristjani f 'isem Alla, kienu jħallu lit-tfal maturi sesswalment jipprattikaw is-sess bejniethom, iż-żgħar maż- żgħar u l-kbar mal-kbar. Imma l-missjunarji waqfu din il-prattika u bdew jipprietkaw li ma għandux ikun hemm sess qabel iż-żwieġ. Bl-eżigenzi tas-soċjetà tal-lum, ħafna qed jiżżewgu ta' ħamsa u għoxrin jekk mhux tletin sena. U l-qassisin għadhom jippretendu li l-individwu għandu jagħmel sagrifiċċju u jistenna sa din l-età. Dawn jafu iktar minn Alla, għax Alla immatura sesswalment liż-żgħażagħ ta' età żgħira. Żgur li Alla ma jridx sagrifiċċji f 'dan ir-rigward. Alla ħalaqna biex inkunu kuntenti u ferħana, jekk tal-inqas wieħed jemmen f 'Alla tal-imħabba u mhux f 'Alla tal-kastigi. Ħaġa tant sabiħa bħas-sess, il-Knisja dawritha f 'ħaġa tal-mistħija. Dak li għandu x'jaqsam mas-sess ipinġuh bħala xi ħaġa maħmuġa. Jekk tara xi stampa sesswali qisek għamilt xi dnub kbir. Għalhekk jien inħoss li għandna nikkupjaw dawk is-soċjetajiet li qerdu s-suldati Kristjani u nħallu ż-żgħar ikollhom is-sess bejniethom, l-aqwa li ngħallmuhom u nagħtuhom il-kontraċettivi. Ġabru l-ftit żrinġijiet mill-ftit li fadal JOHN PISANI FTIT tal-ġranet ilu qarrej ta' illum kien mal-familja jgawdi l-ambjent sabiħ li hemm f 'Chadwick Lakes. Imma wieħed minn uliedu, tifel żgħir li jattendi skola primarja, ġibed l-attenzjoni ta' missieru dwar dak li kienu qed jagħmlu ħames żgħażagħ. Dan il-qarrej qalilna li dawn iż-żgħażagħ kienu qed jaqbdu ż-żrinġijiet u l-imrieżep. L-istess sors qalilna li anke ibnu, minkejja li ta' età żgħira, kien diżappuntat għax l-iskola tgħallem li żrinġijiet ma tantx fadal u għalhekk irridu nħalluhom fl-abitat tagħhom u mhux naqbduhom. Mhux magħruf jekk dawn iż-żgħażagħ humiex xi studenti universitarji u għandhom bżonn iż-żrinġijiet biex jesperimentaw fuqhom. Jekk le allura dan huwa att ta' min jikkundannah. Il-kariga ta' MEP diskussa f 'Reporter GĦADA jirritorna Saviour Balzan bil-programm Reporter fuq TVM. Il- programm ser jiddiskuti l-ħidma u l-irwol tal-Membri Parlamentari Ewropej. Il- mistiedna speċjali se jkunu l-kandidati tal-Parlament Ewropew Jonathan Shaw u Deborah Schembri, il- kunsillier lokali fil-Mosta f 'isem il-Partit Laburista Alex Muscat u l-preżentatur fuq NET Television Frank Psaila. L-Editur Maniġerjali ta' MediaToday Saviour Balzan, se janalizza l-ħidma tal- MEPs u s-saħħa li għandu l-Parlament Ewropew. Il- poplu huwa sodisfatt bil-mod ta' kif qed jimxi l-Parlament Ewropew? Is-salarju ta' MEP huwa ġustifikat? Kemm qed ikunu effettivi l-MEPs Maltin fil-Parlament Ewropew? Sitt MEPs Maltin huma biżżejjed? Reporter bi preżentazzjoni minn Saviour Balzan u produzzjoni mill-istess Saviour Balzan u l-ġurnalist Jerome Caruana Cilia, ser jixxandar għada fis-6.55pm fuq TVM u b'ripetizzjoni għada stess fl- 10.15pm fuq TVM2. Reporter jixxandar għada fis-6.55pm

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 MARCH 2014