Illum previous editions

ILLUM 30 MARCH 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/286278

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 39

26 illum | Ħadd 30 ta' Marzu 2014 Kummercjali FTIAS u Meeting Point Malta jagħżlu SmartCity NHAR is-26 ta' Marzu, FTIAS Ltd. u Meeting Point Malta Ltd., kumpaniji sussidjarji ta' FTI Touristik Group GmbH, iffirmaw ftehim wara li ħadu d-deċiżjoni li jċaqilqu l-operat tagħhom lejn SmartCity Malta. Preżenti għall-iffirmar kien hemm il-Ministru għall- Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, l-Onorevoli Chris Cardona, is-CEO ta' SmartCity Malta, Anthony P. Tabone, id-Direttur Maniġerjali ta' FTIAS, Kevin Paris, is-CFO ta' Meeting Point International, Joe Gauci u d-Direttur Maniġerjali ta' Meeting Point Malta, Martin Farrugia. L-operat ta' FTI Touristik Group f 'Malta se jiġi stabbilit fl-uffiċini tal-faċilitajiet il-ġodda SCM02 u SCM03 ġewwa SmartCity Malta bi spazju totali ta' 3,900 metru kwadru. Maqsuma fuq tliet sulari, il-faċilitajiet se jilqgħu 'l fuq minn 250 persuna, li huma impjegati ma' FTIAS, Meeting Point Malta u Meeting Point International, kif ukoll l-imsieħba u l-klijenti tan- negozju tagħhom. FTI Touristik Group (qabel Frosch Touristik GmbH) twaqqaf fl-1983 mis-CEO kurrenti, Dietmar Gunz. Il- grupp jimpjega 'l fuq minn 3,500 impjegat madwar id-dinja u kiber f 'fornitur ta' servizzi tal- ivvjaġġar integrat vertikalment, li jikkonsisti minn ditti ta' operaturi tat-tours differenti li jbigħu permezz ta' diversi mezzi, inkluż fully-owned travel shopping channel, sonnenklar. TV. Il-grupp jipprovdi operat inbound fi 18-il pajjiż u 42 post taħt id-ditta, Meeting Point (www.meeting-point.com), kif ukoll provista ta' servizzi diretti permezz ta' lukandi u cruise liner li huma proprjetà tal-grupp. FTI Touristik issa hi influwenti madwar id-dinja b'operat fl-Ewropa, l-Asja, Afrika, l-Amerika ta' Fuq u l-Lvant Nofsani. FTI Touristik (www.fti. de) hija l-operatur tat-tours responsabbli li jġib l-akbar ammont ta' turisti lejn il- gżejjer Maltin mill-Ġermanja, l-Awstrija u l-Isvizzera, u ilha topera f 'pajjiżna għal dawn l-aħħar 31 sena. FTIAS (www. FTIAS.com, qabel Finserv Limited) kienet oriġinarjament imwaqqfa fl-1990 sabiex tgħin fil-preparamenti tal- management accounts, l-irrappurtar u l-ipproċessar tal-invoices għad-Destination Management Company lokali. Matul is-snin, billi uriet l-abbiltà li taħdem b'mod effiċjenti u effettiv, il-kumpanija rnexxielha takkwista r-responsabbiltà li tieħu ħsieb l-operat tal-kredituri għall-grupp internazzjonalment. Il-kumpanija inbound tal- Grupp, Meeting Point Malta, hija kumpanija ta' Destination Management li toffri għajnuna żviluppata għal kollox lil numru ta' operaturi tat-tours u lill-klijenti rispettivi tagħhom. Kevin Paris, id-Direttur Maniġerjali ta' FTIAS jara din iċ-ċaqliqa pjanata lejn l-uffiċini ta' SmartCity Malta bħala pass ġdid u importanti għall-operat tal-Grupp f 'Malta, li hija rappreżentazzjoni ċara tat-tkabbir kontinwu li sar matul dawn l-aħħar snin. Fl- indirizz tiegħu waqt l-iffirmar ikkumenta, "Matul dawn is-snin imxejna minn qawwa għal qawwa u issa ninsabu f 'punt fejn għandna bżonn spazju fiżiku żejjed biex nilħqu l-ħtiġijiet tan-negozju tagħna. Iċ-ċaqliqa lejn SmartCity Malta se toffrilna l-opportunità biex mhux biss inkomplu nkabbru l-forza tax-xogħol u r-riżorsi tagħna, iżda biex noffru wkoll esperjenza ta' ħidma speċjali lill-impjegati tagħna, u l-mezz biex intejbu s-servizz lill- klijenti tagħna. B'faċilitajiet ta' taħriġ tal-aktar teknoloġija avvanzata, kif ukoll postijiet għal rikreazzjoni f 'forma ta' lounge area, post totalment mgħammar għall-kċina u għall-ippranzar u sezzjoni għall-gaming, qed inħarsu biex mhux biss nilħqu l-ħtiġijiet tan-negozju tagħna, iżda wkoll l-aspetti soċjali u tal-benesseri tal-kollegi tagħna." "Il-proġett ta' SmartCity Malta għandu infrastruttura tal-ICT l-aktar avvanzata f 'Malta. Permezz ta' integrazzjoni progressiva ta' teknoloġija u servizzi, din l-infrastruttura tilħaq id- domandi tekniċi ta' mission critical digital operations. Tali kunċett ta' infrastruttura tal-ICT, jifforma l-blueprint tas- SmartCities kurrenti u tal-futur kollha, u kapaċi jaqdi b'mod eċċellenti lis-setturi bbażati fuq l-għarfien ta' Malta, bħal servizzi finanzjarji, business process outsourcing, digital gaming, midja diġitali u oħrajn, li jiddependu fuq infrastruttura tal-ICT qawwija biex joperaw għal klijentela internazzjonali minn Malta," is-Sur Tabone kkonkluda. Mix-xellug għal-lemin: Id-Direttur Maniġerjali ta' FTIAS, Kevin Paris, il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, l-Onorevoli Chris Cardona u s-CEO ta' SmartCity Malta, Anthony P. Tabone GasanMamo tappoġġja l-isport qalb it-tfal GĦAL darb'oħra GasanMamo Insurance qed tappoġġja lil Mosta Football Club Youth Nursery fil-penalty shoot-out annwali. L-għan ewlieni wara dan l-avveniment li se jsir nhar il-Ħadd 6 ta' April fil- grawnd tal-futbol tal-Mosta hu li jinġabru fondi għan- nursery. "Aħna ta' GasanMamo nemmnu ferm li t-tfal jiżviluppaw permezz tal-isport u fl-istess ħin jitgħallmu l-valuri ta' kif jaqsmu ma' ħaddieħor, valuri li huma l-istess bħal tagħna," qal Mark Mamo, Maniġer Ġenerali ta' GasanMamo. It-tfal kollha li huma reġistrati man-nursery huma eliġibbli li jieħdu sehem fil-penalty shoot-out. Biex ikomplu jħajru lit-tfal jipparteċipaw se jingħata rigal mingħand Eurosport lit- tifel jew tifla li jiġbru l-aktar flus. In-nursery tħeġġeġ lill-pubbliku biex jattendi u jinkoraġixxu lit-tfal waqt li jkunu qed jgħinuhom jilħqu l-għan tagħhom li jiġbru fondi għan-nursery. GasanMamo tappoġġa lill-Mosta FC Youth Nursery fil-penalty shoot-out annwali Banif jitfi d-dwal għall-Earth Hour GĦAL darb'oħra, Banif Bank (Malta) plc se jingħaqad mal-Grupp Finanzjarju Banif u entitajiet oħra madwar id-dinja u jitfi d-dawl u apparat elettroniku li mhux neċessarju fl-10 fergħat li għandu madwar Malta u Għawdex biex juri s-sostenn tiegħu lejn 'Earth Hour'. Bejn it-8.30pm u d-9.30pm ta' nhar is-Sibt 29 ta' Marzu, miljuni ta' nies ser jingħaqdu għal għan wieħed, f 'ġest li jesprimi solidarjetà lejn l-ambjent. "Earth Hour hija waħda minn sensiela ta' inizjattivi li l-Bank iwettaq favur l-ambjent li jopera fih," qal Adrian Coppini, Kap Eżekuttiv ta' Banif Bank. "Aħna kommessi li nnaqqsu kemm nistgħu l-impatt ambjentali li nħallu fuq il- pjaneta u nippruvaw nużaw l-enerġija b'mod għaqli billi nutilizzaw id-dawl tax-xemx u riżorsi naturali. Fuq il-passi ta' 'Earth Hour', inħeġġu lin-nies li mhux biss jieħdu sehem f 'din l-inizjattiva, imma li jadottaw stil ta' ħajja aktar sostenibbli." 'Earth Hour' hija inizjattiva li nibtet 6 snin ilu u kibret b'rata mgħaġġla biex illum hija meqjusa bħala l-akbar attività li tattira nies madwar id-dinja. Fl-2007, 'Earth Hour' bdiet minn belt waħda, u llum tgħaqqad 7,000 belt f '7 kontinenti b'miljuni ta' nies jingħaqdu biex tittieħed azzjoni fuq il-bdil tal-klima. 'Earth Hour' hija attività mondjali organizzata mill-WWF. Banif tingħaqad ma' 7,000 belt oħra f 'din is-siegħa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 MARCH 2014