Illum previous editions

ILLUM 30 MARCH 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/286278

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 39

28 illum Il-Ħadd 30 ta' Marzu 2014 SPORTSillum SPORTSillum Birkirkara ................1 Balzan ....................0 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT BIRKIRKARA kisbu rebħa minima u mqanżħa kontra Balzan bl-iskor minimu ta' 1-0. Kienu Balzan li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża wara kwarta logħob meta Armario Negrin għadda tajjeb lejn Calcado bix-xutt ta' dan tal-aħħar jgħaddi ftit barra mill-wieqfa. Fuq in-naħa l-oħra tal-grawnd, Herrera għadda through pass lejn Jhonnattann, dan qabeż xi difensuri ta' Balzan iżda ra x-xutt angulat tiegħu jiġi mxellef f 'corner mill- goalkeeper avversarju. Seba' minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, xutt b'saħħtu ta' Shola Shodiya Haruna għadda ftit għoli mill- mimduda. It-tieni taqsima kienet iktar eċitanti mill- ewwel waħda u offriet iktar spettaklu u emozzjonijiet. Fit-53 minuta Matheus Bissi da Silva resaq viċin permezz ta' xutt minn barra l-kaxxa li għadda ftit barra. Mas-siegħa logħob Birkirkara spiċċaw jilagħbu b'10 plejers wara li tkeċċa għalihom id-difensur Joseph Zerafa wara daħla tardiva fuq Pedro Calcado. Madankollu Birkirkara rnexxielhom jiftħu l-iskor fid-69 minuta mera r-referee ordna freekick indirett fil- kaxxa u Jhonnattann għadda l-ballun lejn Paul Fenech li spara fix-xibka fejn ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Manuel Bartolo. Tliet minuti biss wara kien imiss lil Balzan li jispiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer veteran Talajn, Fabio Vignaroli. Birkirkara - Haber, Muscat (Camenzuli 70'), Vukanac, Bissi, Zerafa, Herrera, Sciberars, Fenech, Shola Shodiya Haruna (Scicluna 76'), Temile (Calheira Seara 59'), Benites Balzan - Bartolo, Grioli, Bezzina, Scicluna, Magro (Spiteri 85'), Vignaroli, Calcado, Zarate, Armario Negrin, Grima (Micallef 46'), Darmanin Referee - Andre Arciola PAUL FENECH Twieled fl-20 ta' Diċembru 1986 Fl-aħħar staġun ġie vvutat bħala l-aqwa plejer Malti Huwa prodott ta' Naxxar Lions u qabel Birkirkara lagħab magħhom u ma' Msida St Joseph Huwa l-viċi-captain ta' Birkirkara waqt li fit-tim preżenti tal-istess tim, huwa l-iktar plejer li lagħab logħob għall-klabb Bi tbatija Birkirkara jegħlbu lil Balzan Manuel Bartolo jirbaħ il-ballun minn fuq Shola Shodiya Haruna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 MARCH 2014