Illum previous editions

ILLUM 30 MARCH 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/286278

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 39

Il-Ħadd 30 ta' Marzu 2014 | illum 29 SPORTSillum Tarxien Rainbows jibqgħu mhux megħluba r-Relegation Pool Demba Toure jevita lil Malcolm Buttigieg Vittoriosa S. .............1 Tarxien R .................1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT TARXIEN Rainbows komplew bis-serje ta' riżultati pożittivi fir- Relegation Pool meta baqgħu mhux megħluba fejn għalkemm ma kisbux it-tliet punti huma rebħu punt f 'parità ta' 1-1 kontra Vittoriosa Stars. Il-Ġirbin fetħu l-iskor fit-13-il minuta meta Marcelo Pereira għadda tajjeb lejn Oscar Guerrero li l-ewwel tentattiv tiegħu ġie mblukkat minn Nicky Vella u mir-rebound, Guerrero tefa' ġewwa. Fit-18-il minuta Mario Muscat salva lit-tim tiegħu meta wara through-pass ta' Jorge Santos Silva lejn Demba Toure, il-goalkeeper veteran tal-Ġirbin ħareġ tajjeb u rebaħ il-ballun qabel ma l-plejer ta' nofs il-grawnd tar-Rainbows seta' joħloq il-periklu b'xi mod. Ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima, tentattiv minn daqqa ta' ras ta' Sidibe wara li rċieva minn freekick ta' Guerrero ġie milqugħ f 'żewġ tentattivi minn Nicky Vella. Vittoriosa Stars ħolqu l-aħjar azzjonijiet fil-logħba fit-tieni taqsima. Fit-48 minuta xutt mid-distanza ta' Aguiar ġie mxellef f 'corner. Ftit wara tentattiv minn daqqa ta' ras ta' Sidbe ġie mblukkat minn Nicky Vella bl-istess goalkeeper li meritatament ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba dawwar f 'corner tentattiv minn freekick tajjeb ta' Oscar Guerrero. Vittoriosa Stars - Muscat, Arab, Torri, Sidibe, Pereira, Martin, Guerrero, Spiteri, Buttigieg (Sammut 67'), Aguiar Caldeira, Camilleri (Mifsud 82') Tarxien Rainbows - Vella, Mamo, Caruana, Lopez Alcantara, Toure (Conclaves de Silva 67'), Sammut, Menendez Hevia, Bueno (Ciantar 70'), Pulo (Bonnici 90'), Mifsud, Santos Silva Referee - Trustin Farrugia Cann NICHOLAS GEORGE VELLA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Ċaħħad għal diversi drabi lil Vittoriosa Stars milli jsibu x-xibka Għamel żmien jilgħab bħala goalkeeper ta' riserva ma' Valletta għalkemm ma tantx kien jiġi inkluż fil-formazzjoni tagħhom

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 MARCH 2014