Illum previous editions

ILLUM 30 MARCH 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/286278

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 39

4 illum | Il-Ħadd 30 ta' Marzu 2014 SAVIOUR BALZAN U JEROME CARUANA CILIA MINKEJJA li l-eks Ministru tas-Saħħa Godfrey Farrugia rriżenja mill-kabinett tal-Prim Ministru Joseph Muscat, hu se jibqa' involut fil-Partit Laburista. "Se nibqa' fil-moviment Laburista… Se niżgura li l-għajta elettorali ta' Malta Tagħna Lkoll issir realtà," sostna Farrugia f 'kummenti mal-gazzetta MaltaToday. Farrugia ta r-riżenja tiegħu lbieraħ wara sena li fiha t-tmexxija tiegħu bħala Ministru tas-Saħħa tpoġġiet taħt kritika qawwija minn bosta għaqdiet u stakeholders. Din wasslet għal reshuffle fil-Kabinett li kien mistenni minn bosta u kien diġà aċċenna għalih Joseph Muscat. Ilbieraħ filgħodu, Farrugia ħa l-karti kollha kunfidenzjali u poġġihom fil-Ministeru tas- Saħħa fi Triq Merkanti l-Belt Valletta. Hu għaddihom lil uffiċjal għoli fil-Ministeru. "Hemmhekk sibt żewġ impjegati u ħallejt il-karti kollha ma' uffiċjal għoli. Ma naħsibx li kienu jafu bl- intenzjoni tiegħi," qal l-eks Ministru tas-Saħħa. Imbagħad Farrugia baqa' sejjer il-Berġa ta' Kastilja u staqsa għall-Prim Ministru. "Se nibqa' fil-Partit Laburista sabiex nagħmel Malta Tagħna Lkoll realtà" - Farrugia Kemm Godfrey u anke Marlene qalu li issa għandhom aktar raġuni għalfejn jibqgħu jimmilitaw fil-"moviment" Laburista Il-Partit Nazzjonalista: "L-ewwel jużak imbagħad jarmik" INTANT, fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li l-aħbar ta' żewġ riżenji mill-Kabinett fi ftit sigħat tkompli toħroġ fil-beraħ kwalitajiet koroh fl-istil ta' tmexxija ta' Joseph Muscat. Il-PN qal li issa anke dawk l-aktar qrib ta' Muscat qed jammettu u jagħtu l-prova li Joseph Muscat l-ewwel jużak imbagħad jarmik. Hekk għamel Muscat ma' Godfrey Farrugia u anke ma' Franco Mercieca, l-istess bħalma għamel mar-residenti tan- Nofsinhar ta' Malta bid- deċiżjoni li jankra tanker mimli gass fil-bajja ta' Marsaxlokk. Il-Partit Nazzjonalista qal li mhux biss Muscat għamel l-ostakli kollha immaġinabbli biex Godfrey Farrugia ma jkunx jista' jwettaq ir-responsabbilitajiet tiegħu bħala Ministru għas- Saħħa, iżda ħeba għal diversi ġimgħat ir-riżenja ta' Franco Mercieca mill-Kabinett u mill-poplu Malti u Għawdxi. "Prim Ministru li jaħbi lill-poplu riżenja ta' membru tal-Kabinett huwa Prim Ministru li jpoġġi l-interessi politiċi tiegħu qabel ir- rispett li suppost ikollu lejn il-poplu li huwa jmexxi," qal il-PN fl-istqarrija. L-istqarrija temmet tgħid li Muscat kien wiegħed "l-aqwa kabinett fl-istorja ta' Malta." Wara biss sena fil- Gvern, din hija wegħda oħra minn sensiela li diġà taru mar-riħ. Godfrey Farrugia li rriżenja lbieraħ filgħodu u Franco Mercieca li ta r-riżenja tiegħu ġimgħat ilu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 MARCH 2014