Illum previous editions

ILLUM 30 MARCH 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/286278

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 39

Il-Ħadd 30 ta' Marzu 2014 | illum 5 Hemmhekk, hu għadda mill-bieb tal-ġenb u uża l-lift sabiex jitla' fl-Uffiċċju tal- Prim Ministru, akkumpanjat minn suldat. Farrugia kien infurmat li l-Prim Ministru se jkun fl-uffiċċju fis-2pm. Kien hawn meta ħalla ittra ma' messaġġier u qallu sabiex din jgħaddiha lill-Prim Ministru b'mod urġenti. Meta telaq mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Farrugia bagħat SMS lil Muscat jinfurmah bid- deċiżjoni tiegħu. L-unika konverżazzjoni li saret bejn it-tnejn kienet permezz tal- SMS. It-tabib Farrugia ma qalx x'intqal waqt din il- konverżazzjoni. Farrugia mbagħad informa lill-koodinatur tal-komunikazzjoni tiegħu, Etienne St. John, bir-riżenja minn Ministru tas-Saħħa. Lanqas St. John ma kien jaf dwar din ir-riżenja. L-eks Ministru tas-Saħħa ċaħad li s-sieħba tiegħu – id- deputata Laburista Marlene Farrugia – tellgħet l-ittra ta' riżenja fuq il-paġna tagħha ta' Facebook qabel ma kien infurmat il-Prim Ministru. "Urejtha ritratt tal-ittra fuq il-mowbajl tiegħi. Imbagħad iddeċidejna li nitfgħuha fuq Facebook." Kemm Godfrey u anke Marlene qalu li issa għandhom aktar raġuni għalfejn jibqgħu jimmilitaw fil-Partit Laburista, li ddeskrivewh bħala "il- moviment". Madankollu huma qalu: "Qed naraw dan kollu jiġri taħt it-tmexxija ta' Joseph Muscat… imma se nibqgħu naħdmu fil-qalba tal- moviment sabiex niżguraw li l-wegħda elettorali ta' Malta Tagħna Lkoll verament issir realtà." Għaldaqstant wieħed jistaqsi għalfejn Farrugia ma aċċettax li jieħu l-portafoll tas-solidarjetà soċjali? "Jien għamilt ħajti kollha naħdem sabiex ikun ta' servizz għall-pazjenti, u din hi l-vokazzjoni tiegħi." Godfrey Farrugia ma affermax liema portafoll ġie offrut lilu minbarra dak tas- solidarjetà soċjali. "Il-messaġġ li rrid ngħaddi lill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u l-pazjenti huwa li nixtieq nirringrazzjahom: naf li qegħdin f 'salib it-toroq f 'dan il-qasam." "Se nibqa' fil-Partit Laburista sabiex nagħmel Malta Tagħna Lkoll realtà" - Farrugia Godfrey Farrugia: Għandu 54 sena, minn Ħaż-Żebbuġ • Tabib tal-familja • Ikkontesta diversi drabi b'suċċessi l-elezzjoni • għall-Kunsilli Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ. Kull darba nħatar bħala Sindku Ħadem u għadu jaħdem ħafna fl-oqsma soċjali • Elett fil-Parlament għall-ewwel darba fl-2013 mis- • seba' distrett elettorali Hu kiseb 2,089 vot fl-elezzjoni ġenerali tal-2013 • Il-Prim Ministru Joseph Muscat appuntah • Ministru tas-Saħħa Għandu erbat itfal • Kemm Godfrey u anke Marlene qalu li issa għandhom aktar raġuni għalfejn jibqgħu jimmilitaw fil-"moviment" Laburista

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 MARCH 2014