Illum previous editions

ILLUM 30 MARCH 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/286278

Contents of this Issue

Navigation

Page 36 of 39

Il-Ħadd 30 ta' Marzu 2014 | illum 37 SPORTSillum Meta Icardi ħa l-mara tal-ikbar ħabib tiegħu Maxi Lopez LATTAKKANT ta' Inter u eks plejer ta' Sampdoria Mauro Icardi jinsab f 'relazzjoni propju mal- eks mara ta' Maxi Lopez, Wanda Nara. Tajjeb ngħidu li propju Icardi kien l-ikbar ħabib ta' Maxi Lopez. Jidher li kollox beda meta dawn it-tliet persuni qattgħu ħin konsiderevoli flimkien matul ix-xahar ta' Settembru u minn hemm jidher li nibtet ħbiberija partikolari bejn Icardi u Wanda. Ukoll, kollox jindika li ż-żwieġ ta' bejn Maxi Lopez u Wanda Nara kien qed ifalli u għalhekk Icardi approfitta bis-sħiħ minn dan. F'kummenti li għamel fuq is-sit soċjali Twitter ftit tal- jiem ilu, Icardi kiteb hekk: "Inħobbok Wanda, qatt mhu se jkun faċli li ngħid dak li nħoss għalik, għax skoprejt li l-kelma nħobbok iġġorr magħha emozzjoni partikolari mingħajr limiti!" Dan it-tweet ta' Icardi wasal propju fl-istess żmien li Wanda Nara kienet tat intervista lill-ġurnal 'Revista People', fejn il-mudella żvelat li kienet ilha xejn inqas minn tliet xhur minn meta hi u r-raġel tagħha Maxi Lopez kellhom x'jaqsmu flimkien. Qalet li hu kien qed jitlef l-interess fiha u ma jagħtihiex importanza. Għalkemm Wanda kienet qed tgħix fil-lussu minħabba s-salarju esorbitanti tar-raġel tagħha, hija kienet qed tgħix ukoll b'feriti moħbija interjuri minħabba r-relazzjoni tagħha ma' Maxi Lopez. Finalment hija affermat li ħasset li kien wasal iż-żmien biex hija ssalva l-familja tagħha, waqt li ma kinitx se tiġġieled għall-flus. Propju wara li kien ġab l-iskor indaqs fit-telfa ferm diżappuntanti ta' 2-1 li Inter sofrew ġewwa darhom f 'San Siro nhar il-Ħadd li għadda, Icardi ċċelebra billi neża l-flokk ta' Inter biex wera flokk abjad li fuqu kien hemm miktub bl-Ispanjol, il-kliem 'Wan Te Amo' ('Inħobbok Wanda'). Icardi, Maxi Lopez u Wanda Nara f 'ħin ta' rikreazzjoni f 'Settembru li għadda Biex tabbona għall-gazzetta żur www.maltatoday.com.mt/en/illumepaper B'abbonament annwali tingħata kopja b'xejn ta' 'Saying it as it is' ta' Saviour Balzan JEW 'GourmetToday - 100 Best Recipes' li jiswew aktar minn €20 Modi kif tista' tabbona Kopja waħda: €0.80 Tliet xhur: €10.50 Sitt xhur: €19.00 12-il xahar: €50.00 + ktieb b'xejn Aqra l-gazzetta ILLUM fuq il-kompjuter, tablet jew smartphone mill-5am ta' dakinhar li tiġi stampata Abbona għall-ILLUM L-MWA torganizza t-tieni kompetizzjoni ta' kwalifi ka LASSOĊJAZZJONI Maltija tal-Weightlifting (MWA) organizzat it-tieni kompetizzjoni ta' kwalifika u klassifikazzjoni għal din is-sena ġewwa l-kumpless sportiv tal-Kottonera nhar il-Ħadd 23 ta' Marzu. L-avveniment kien maqsum f 'erba' kompetizzjonijiet. Fl-ewwel kompetizzjoni numru sabiħ ta' Kadetti U-12 kellhom prestazzjoni tajba u teknika eċċellenti. Fil- kategorija tas-subien riżultati pożittivi nkisbu minn Blake Vassallo li għamel is-sitt lifts kollha u refa' t-total ta' 78 kilo segwit minn Shardon Cassar u Rylee Borg. Fil-kategorija tal-bniet Amy Victoria Zammit għamlet ukoll is-sitt tentattivi u refgħet it-total ta' 49 kilo segwita minn Alexia Guiga u Haley Buttigieg. Il-Kategorija għal subien żgħażagħ U-17 kienet iddominata minn żewġ atleti tal-istess klabb imma rivali għal ġurnata, b'Owen Bugeja jerfa' t-total ta' 166 kilogramma u jikser tliet rekords nazzjonali fil- kategorija tal-94 kilo. Dawn ir-rekords ma kinux biżżejjed għax Kieran Mifsud reġa' mill-ġdid kiser dawn ir- rekords u refa' t-total ta' 180 kilogramma, b'212-il punt. Fit-tielet post spiċċa Matthew Grech b'188 punt. Fil-kategorija tal-bniet U-17, Nicole Gatt kellha ġurnata brillanti fejn kisret xejn anqas minn 16-il rekord nazzjonali fil-kategorija tat-58 kilo, fejn refgħet it-total ta' 122 kilo u punteġġ ta' 181punt. Dan huwa riżultat pożittiv ħafna għaliha minħabba l-preparazzjoni li qed tagħmel sabiex tipparteċipa fil- kampjonati għal żgħażagħ Ewropej ix-xahar li jmiss fil- Polonja. It-tieni post b'113-il punt mar għal Ivana Micallef segwita minn Sarah Grixti b'100 punt li huwa riżultat ferm pożittiv. Riżultat tajjeb wasal ukoll minn atleta ġdida Mariah Zammit b'95 punt. Il-kategorija tan-nisa kienet iddominata mill-ġdid minn Nicole Gatt b'181 punt segwita minn Jessica Ghigo b'176 punt u Krista Camilleri b'140 punt. Ghigo ppruvat ukoll tentattiv għall-rekords nazzjonali, saħansitra li hija kienet qrib ħafna iżda l-attentati fallew. Fil-kategorija tal-irġiel assistejna għall-battalja tal- piżijiet bejn Noel Coleiro, Kyle Micallef u Rodmar Pulis. Fl-ewwel post Pulis kiseb it-total ta' 274 punt u rebaħ kemm fil-Juniors u anki f`tal- kbar, segwit minn Coleiro b'271 punt u refgħa totali ta' 232 kilogramma segwit minn Micallef b'266 punt u refgħa t-totali ta' 223 kilogramma . Dawn ir-riżultati huma ferm pożittivi minħabba li matul ix-xahar li jmiss it-tim nazzjonali tal-irġiel se jieħu sehem fl-avveniment għall- pajjizi żgħar Ewropej f 'San Marino. Nicole Gatt -azzjoni Birkirkara jtemmu l-ewwel rawnd b'punti massimi fi l-Badminton BIRKIRKARA Smart Office Supplies rebħu d-derby kontra Birkirkara Go & Fun biex spiċċaw l-ewwel rawnd b'punti massimi fil-Badminton. Iżda ma kinitx rebħa faċli, kif juri l-iskor, għaliex Go & Fun setgħu wkoll rebħu l-logħba. Go & Fun marru fuq quddiem meta rebħu l-Mixed Doubles. Klara O'Berg / Stefan Salomone ftit sabu diffikultà jegħlbu lil Marica Micallef / Samuel Cali 21-14, 21-11. Song Chen Jun kabbar it- tamiet li Go & Fun setgħu joħolqu sorpriża meta rebaħ is-Singles tal-Irġiel bl-iskor ta' 21-12, 21-14. Stephen Ferrante ta' Smart Office Supplies għamel żbalji li sarfu f 'punti għall- avversarju u, għalkemm għamel li seta', ma setax jilħaq lill-avversarju. Iżda hawn seħħet ir- reazzjoni ta' Birkirkara Smart Office Supplies li raw il-logħba qed taħrab minn idejhom. L-ewwel kienet Fiorella Sadowski li naqqset id-distakk għat-tim tagħha meta rebħet is-Singles tan-Nisa. Iċ-champion nazzjonali kienet aħjar mill- veterana Jacqueline Abela DeGiovanni u, minkejja l-oppożizzjoni ta' din tal- aħħar, rebħet 21-11, 21-13. Go & Fun riedu jirbħu logħba oħra biex jakkwistaw ir-rebħa iżda reġgħu naqsu li jagħmlu dan meta fid-Doubles tal-Irġiel il- koppja ta' Smart Office Supplies Cali / Ferrante għelbu lill-aħwa Stefan u Ivan Salomone f 'logħba bilanċjata. L-iskor finali (22-20, 21-19) favur Cali / Ferrante juri kemm il- logħba kienet miġġielda u r-riżultat finali seta' mar kull naħa. Bl-iskor issa 2-2, id- Doubles tan-Nisa kienet deċiżiva. L-ewwel sett kien missielet u ż-żewġ koppji ta' Birkirkara telgħu ras imb ras sakemm finalment il-koppja ta' Smart Office Supplies Micallef / Sadowski rebħet 21-19. L-esperjenza ta' dawn tal-aħħar wasslithom jirbħu wkoll it-tieni sett kontra l-koppja ta' Go & Fun Abela DeGiovanni / O'Berg 21-13 biex b'hekk taw il-punti lit- tim tagħhom. B'din ir-rebħa Birkirkara Smart Office Supplies temmew l-ewwel rawnd fl- ewwel post b'punti massimi fid-difiża tat-titlu li rebħu l-istaġun li għadda. Fiorella Sadowski -azzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 MARCH 2014