Illum previous editions

ILLUM 30 MARCH 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/286278

Contents of this Issue

Navigation

Page 37 of 39

38 illum | Il-Ħadd 30 ta' Marzu 2014 Kif nibtet l-imħabba tiegħek lejn il-handball? Qisu lbieraħ meta niftakar li 17-il sena ilu ġewwa wieħed mill-kurituri tal- Kulleġġ De La Salle kien hemm avviż li l-iskola qiegħda tifforma l-iskwadra tal-handball tagħha dik is-sena, f 'liema żmien l-assoċjazzjoni tal-handball kienet ilha biss tliet snin li ffurmat ruħha. Minn dak iż-żmien sa issa, qatt ma ħarist lura, u llum għandi l-unur ngħid li kelli l-privileġġ li nilgħab ma' nies li llum jissejħu ħbieb, mhux biss membri tal-iskwadra tiegħi, iżda wkoll mill-kamp oppost. Kien hemm xi persuna partikolari involuta fil-handball li kien ta' ispirazzjoni għalik? Ma nistax ma nibdiex billi nirringrazzja l-ewwel u qabel kollox lil Alan Grima, li kien l-ewwel kowċ tiegħi. Hawn ħafna plejers Maltin, speċjalment dawk li jilagħbu mal- iskwadra tal-La Salle, li jgħidulek li Alan Grima jibqa' l-persuna li tahom l-opportunità li mhux biss jibdew jilagħbu iżda wkoll tahom il-bażi li għandom illum. Illum m'għadux jifforma parti mill-iskwadra ta' La Salle, iżda l-perjodu li għamel hemm żgur se jibqa' minqux fl-istorja tal klabb tal-La Salle. Kif komplejt tevolvi wara l-perjodu twil taħt Alan Grima? Wara l-perjodu twil taħt Alan Grima, La Salle kellhom bosta kowċis li għallmuni fosthom, Peter Knobel, Dimitar Milev, Clive Ferrante, Lotta Malmberg u Ian Psaila. Dan tal-aħħar nistgħu ngħidu li għandu storja ta' rebħ, rekord assolut ta' tmien tazzi minn tmienja. In-numri jitkellmu waħedhom. It-tim ta' La Salle fl-aħħar snin ipproduċa diversi plejers ta' talent konsiderevoli u li int kellek iċ-ċans li tilgħab magħhom. Tina iktar dettalji. Għandi l-unur u l-privileġġ li fl- iskwadra ta' La Salle kien u għad hemm talenti li ma nistax ma nsemmihomx. Nibda billi nsemmi lil Chris Mclean, plejer li għalija huwa xempju ta' x'inhi l-etika fl-isport - persuna li jistinka kemm fit-taħriġ kif ukoll waqt il- logħba u tabilħaqq huwa ta' eżempju denju lil min għadu qed jibda f 'dan l-isport. Ma nistax ukoll ma nsemmix lil Andrew Mifsud, li avolja llum m'għadux jifforma parti mill-iskwadra Lasaljana, ma niddejjaqx ngħid li huwa fost l-aħjar talenti li l-klabb tagħna qatt ipproduċa. Jekk insemmi talent, ma nistax ma nsemmix lil Ian Turban - dan il-persuna għandu iktar talent madwar subgħajh iż-żgħir minn ħafna plejers li qatt rajt. Illum il-klabb ta' La Salle għandu plejers li għadhom telgħin bħal Chris Magro, Maurice Meli, John Scicluna, Craig Muscat u ħafna oħrajn li bihom nista' ngħid li fil-futur il-klabb ta' La Salle se jara aktar suċċessi! Lgħabt ukoll kontra diversi plejers ta' talent li ninsab ċert li tgħallimt ħafna minnhom ukoll. Il-kummenti tiegħek. Għandi l-unur u l-privileġġ li lgħabt kontra diversi plejers li llum għandi ħafna rispett lejhom. Nibda billi mmur lura ħafna snin u nsemmi lil Roberto Ragonesi u Julian Xuereb. Illum dawn m'għadhomx jilagħbu però meta kont żgħir kont inħares lejhom u ngħid li jien irrid inkun bħalhom. Nispera li ma mortx lura minn kelmti! Ma nistax ma nsemmix lil Karl Chetcuti, li llum huwa l-captain tat-tim rivali 'Aloysians' iżda llum huwa ħabib tiegħi barra l-court. Il-kontribut li Karl Chetcuti ta lill-iskwadra tiegħu u lill-handball Malti għad irid jiġi rikonoxxut. Insemmi wkoll lil Joseph Tanti, li d-dedikazzjoni tiegħu lejn dan l-isport huwa ta' eżempju għal ħafna nies kif ukoll lil Orlando Bonnici għall-kuraġġ li kellu biex jifforma l- klabb tiegħu. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas insemmi lil Twanny Xuereb u niddeskrivih bi frażi qasira - Raġel fuq l-irġiel! Int tifforma wkoll parti essenzjali mit-tim nazzjonali tal-handball. Tina iktar dettalji. Għandi l-unur u l-privileġġ li nifforma parti mill-iskwadra nazzjonali. Hemm iltqajt ma' plejers ta' ċertu kalibru bħal Jacques Friggieri - għalija l-aqwa talent li l-handball Malti qatt ra, Philip Mifsud li huwa plejer ta' saħħa kbira, kif ukoll Luke Zammit, Peter Naudi, Daniel Tanti u Karl Baldacchino, li bihom l-istorja tat-tim nazzjonali tibqa' waħda ta' kalibru. Lgħabt bosta partiti mal-iskwadra nazzjonali u nista' ngħid li suċċessi kellna wkoll. Hawnhekk insemmi lil Milos Stanisljevic, li kull min jiġi mill-kamp tal-isport tagħna, jista' jgħid li huwa l-persuna li wara s-suċċess ta' Alan Grima, ta qabża oħra ta' kwalità lit-tim nazzjonali. Qatt ma ninsa r-rebħa li bħala tim nazzjonali tal-handball ksibna kontra l-Iskozja ġewwa l-padiljun tal-Università - rebħa quddiem folla li qatt ma rajt bħalha, logħba li l-memorja tagħha tibqa' ttimbrata f 'moħħi, armonija li rari ssib bħalha! Ikkowċjajt ukoll lit-tim tan-nisa ta' La Salle li lkoll nafu kemm fl-aħħar snin kiseb suċċessi. Il- kummenti tiegħek. Għandi l-unur u l-privileġġ li kkowċjajt ukoll it-tim tan-nisa ta' La Salle - proġett li ma kontx lest għalih, iżda ħadtu b'ħafna serjetà. Tgħallimt ħafna f 'dawk il-ħames snin u s-suċċessi ma waqfux lanqas. Hawnhekk ma nistax ma nsemmix lil Yvonne Barry – il-captain tat-tim tan-nisa, il-mutur tat-tim, qalb ta' ljun. Hija persuna li tgħallimt ħafna minnha u kif għandi naffaċċja l-logħba kemm waqt il-partita kif ukoll wara li tispiċċa. Għandek xi rimorsi fil-karriera tiegħek? F'dawn is-17-il sena, żbalji għamilt u avolja diġà tlabt skuża lil dawn in-nies, nieħu din l-opportunità biex nerġa' niskuża ruħi. Dawn in-nies jafu min huma u llum nista' ngħid li għandi relazzjoni tajba ħafna magħhom. Int li rbaħt kull unur li joffri l-handball lokali, xi tħoss li ggwadanjajt l-iktar minn dan l-isport li kulma jmur qiegħed dejjem jevolvi f 'pajjiżna? Fil-karriera tiegħi nista' ngħid u niftaħar ftit li rbaħt kull unur li l-handball Malti għandu x'joffri kemm mal-iskwadra tal-irġiel kif ukoll dik tan- nisa. Nista' ngħid u niftaħar ftit li rbaħt kull unur li l-handball Malti joffri fuq livell personali. Iżda ppermettili ngħid u niftaħar ħafna meta ngħid li l-ħbiberiji li ggwadanjajt huma ferm ikbar. Nixtieq ngħid grazzi kbira lil Ramon Bondin, Josef Camilleri, Clive Ferrante, Matthew Psaila, Matthew Spiteri, Karl Baldacchino, Andrew Meli, Margaret Mercieca, Ian Psaila u Mark Gilson. Kif qed tħares lejn il-futur tat- tim li int pedina ferm importanti tiegħu, La Salle? Bħala tim ta' La Salle, fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet għadna kemm irbaħna l-Kampjonat u nemmen li tabilħaqq, taħt it-tmun tal-kowċ u ħabib personali tiegħi, Krisz, is-suċċessi mhux se jieqfu hawn. Nagħlaq billi ngħid grazzi kbira lil kull min huwa involut fil-handball Malti. SPORTSillum CRISTIAN ANTONY MUSCAT Andrew Said – isem sinonimu mal-handball lokali u bla dubju wieħed mill-aqwa plejers li pproduċa dan l-isport -aħħar snin Esperjenza, saħħa u klassi fil-handball "Fil-karriera tiegħi nista' ngħid u niftaħar ftit li rbaħt kull unur tal- handball Malti" "Qatt ma ninsa r-rebħa kontra l-Iskozja, rebħa quddiem folla li qatt ma rajt bħalha" "Taħt it-tmun tal-kowċ u ħabib personali tiegħi, Krisz, is-suċċessi mhux se jieqfu hawn"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 MARCH 2014