Illum previous editions

ILLUM 6 APRIL 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/290778

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

18 illum | Il-Ħadd 06 ta' April 2014 I l-Malti jgħid li jekk ma tbiddilx titqammel. Dan mhux il-każ tal- ewwel reshuffle li għadha kemm saret fil- Gvern sena biss mill-aħħar elezzjonijiet ġenerali. Kienet mistennija. Mhux xi ħaġa li ġiet b'ħasda jew minħabba xi kriżi. L-aħħar reshuffle li kien hawn kienet f 'Jannar tal- 2006. Kienet reshuffle li aktar ħolqot problemi milli sabet soluzzjoni għalihom. Kienu problem fi ħdan il- partit fil-Gvern. Dakinhar, it-toru politiku skatenat ta' Franco Debono, flok ikkalma kien aktar infurjat. Kellu għalfejn għaliex filwaqt li ttieħdu l-pariri tiegħu dwar il-ġustizzja u l-intern, tħalla barra għal kollox. Dakinhar flok kien hemm konsultazzjoni ma' min sar jew tneħħa, il-messaġġ lil dawk li ma baqgħux Ministri jew Segretarji Parlamentari ġie kkomunikat b'sms. Metodu xejn ortodoss u kif jistgħu jgħidu, kemm Jesmond Mugliette u l-eks Kummissarju Ewropew, ma hu pjaċevoli xejn li tkun taf li tneħħejt meta tkun qiegħed mal-familja tiekol. F'dik ir-reshuffle tħabbar li l-Ministri ser titnaqqsilhom TONI ABELA MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI AKTAR ma jersaq lejn tmiemu l-proġett ta' Bieb il-Belt, aktar tidher il- kruha redikola tiegħu. Dan il-"kapolavur" ġdid ta' Renzo Piano litteralment ikisser il-kunċett tal-Belt Valletta bħala fortizza. Is-swar iċarrtu forma ta' "V", simbolu li jfakkrek f 'mara ruffjana b'saqajha miftuħin, kunċett li awtur bħal Thomas Pynchon esplojta b'ħafna aktar raffinatezza. Il-bini tal-parlament qed jitqabbel ma' barumbara tal-ħamiem, ma' mħakka tal-ġobon jew id-dahar ta' kukkudrill, filwaqt li t-teatru bla saqaf (li mbagħad sar "pjazza") hu tilqita medjokri ta' x'sab biex jiddobba Piano, b'insolenza lil dan il-pajjiż li jinżel għarkopptejh quddiem il-barranin. Imma l-akbar skandlu, kif żvelat din il-gazzetta stess xi ġimgħat ilu, għandu x'jaqsam mal-miljuni fuq miljuni kbar fi spejjeż żejda fuq il-proġett tad-daħla tal- Belt. Kollox mar żmerċ bi 2.4 miljuni mit-taxxi tal-poplu. U donnu qisu ma ġara xejn għax ħadd mhu kontabbli. L-eks Ministru Nazzjonalista responsabbli minn dan il-proġett (u proġetti oħra) illum jinsab mistrieħ id- dar, jinjora kull kuntatt li tipprova tagħmel miegħu l-media u jgawdi pensjoni m'ogħla s-sema, meta hawn morda b'kondizzjonijiet terminali, li m'għandhomx biex jixtru l-mediċini. U bħallikieku l-miljuni fuq miljuni li l-pajjiż ħallas lil Piano biex ċarrat is-swar, ġab il-"bieb" forma ta' ruffjana b'saqajha miftuħin għal kulħadd, kesa l-parlament b'ġebel tal-barumbari jew imħakka tal-ġobon ma kinux biżżejjed, Piano ordnalna siġġijiet Vitra Relax jiswew €2,500 'l wieħed (b'kollox €370,000). Kont għall- għamara kollha: €450,000. Imgħammxa b'ismu, Malta belgħet kollox. Dak il-ġiri kollu mal-President Abela għal nies fil-bżonn; dak it-tqanżih bit-TV, biex imbagħad il-pajjiż jonfoq daqstant flus fuq it-Taljan li joftoq is-swar. Siġġu li xtrat Malta skont Piano jew magna li ssaffi l-kliewi? KUNDANNA SEPARATISTA GĦAL MALTA Qabel l-elezzjoni li għaddiet Simon Busuttil kien jiddikkjara, b'eżultazzjoni liema bħalha, li l-Partit Laburista kien se jdaħħal lil Malta "gas down fil-ħajt." Il-kraxx ma ħadhiex il-PL imma l-partit ta' Simon Busuttil, b'telfa kolossali ta' 36,000 vot u defiċit ta' 9 siġġijiet parlamentari. Issa, li Busuttil jinsab fir- riedni ta' partit li għadu qed jipprova jsib saqajh (u ruħu) wara d-disfatta elettorali, il-partit tiegħu beda jsegwi mhux biss konservatiżmu liberali u separatist imma, fuq kollox, għal interessi purament partitiċi Busuttil qed jimmanuvra kontra l-interess Malti fl-UE. Anzi qed jipprova jaħdem biex il-PN itella' t-tielet kandidat tal-PN fil-Parlament Ewropew. Il-PN jgħid li qed jistinka għall-interess "nazzjonali" u kien għalhekk li oppona kemm felaħ l-iskema ta' ċittadinanza b'investiment (il-PN u l-aġenti tiegħu ppreferew jarawha bħala bejgħ ta' ċittadinanza). Issa l-UE għalqet il-kapitlu imma Busuttil għadu jinsisti li qed jimmilita fl-interess "nazzjonali." Dan hu t-tip ta' "nazzjonaliżmu" li Bertrand Russell kien rah bħala t-tnaqqis tal-ħila tal- individwu biex jiġġudika l-politika barranija ta' pajjiżu. Mill-banda l-oħra, l-għajta tan-"nazzjonaliżmu" (eż: il-patrijottiżmu poetiku fil-Parlament) hu marda infantili li tinfetta liċ- ċittadini. Simon Busuttil irid li l-pajjiż jibqa' iġġammjat f 'anti-riformiżmu li jaqdi biss il-vokazzjoni ta' partit. Aktarx bla fidwa. IL-KĊINA TA' ANGELA F'intervista li ta lis-Sunday Times, Albert Marshall ħabbar li għall-Festival tal- Arti għal din is-sena se jkun ippreżentat dramm-solo ta' Paul Capsis li għandu ommu Maltija u missieru Grieg. Capsis, li hu wkoll awtur, għamel suċċess kbir fl- Awstralja bil-performance tiegħu ta' Angela's Kitchen, li għalih kiseb żewġ Hellmann Awards, l-ogħla unur li tista' tagħti l-Awstralja għall-Arti Performattiva. Angela's Kitchen, li kellha suċċess kbir f 'Melbourne, Sydney u nħawi oħra f 'dak il-kontinent vast, tirrakkonta l-istorja ta' familja Maltija minn tas-Sliema u ssegwi s-saga tagħha b'taħlita ta' Malti u Ingliż. Proġett mill-aktar oriġinali dan li nnegozja Marshall bħala inizjattiva konġunta li tinvolvi l-Kunsill tal-Arti u l-Kultura f 'Malta u l-Arts Council Awstraljan. Hu wkoll proġett li għall-ewwel darba se jagħmel omaġġ lid- dijaspora Maltija. L-ABBUŻ TAT-TFAL B' TEATRU FORUM Fil-programm TVPM li tippreżenta Corazon Mizzi, dan l-aħħar kien introdott speċi ta' teatru-forum. Intgħażel suġġett sensittiv (l-abbuż fuq it-tfal) li kien ittrattat b'ċerta delikatezza u mingħajr paniku jew alarm. L-attur u direttur Mario Micallef kiteb script għad- diskussjoni, esperiment li jmissu jkun użat aktar anki fuq stazzjonijiet oħra. DAWK T'HEMM BARRA Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed ninnota li l-politiċi u l-preżentaturi u l-ġurnalisti li jidhru fuq it-televiżjoni qed jirreferu għall-pubbliku bħala "dawk hemm barra." Qed tinħoloq, jiġifieri. Il-kategorija "ta' ġewwa", l-omnisapjenti u l-omnipotenti u dawk "ta' barra", il-hoipolloi, il-massa l-kbira li għandha bżonn il-patrunanza, li għandha bżonn titgħallem biex tagħraf it-tajjeb mill-ħażin, min qed jgħidilha l-verità u min qed iqarraq biha. Bħallikieku m'għandhiex intelliġenza biex taħseb u tiġġudika. Ir-reshuffle YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt IL-BIEB TA' PIANO L -Italja għandha t-tielet Prim Ministru f 'anqas minn sena. Matteo Renzi, eks Sindku ta' Firenze, eks boy scout, eks parteċipant fil-kwiżż ta' Mike Bongiorno ħa l-ġurament tal-ħatra fit-22 ta' Frar li għadda. Ta' 39 sena, hu wkoll l-iżgħar prim ministru li qatt kellha l-Italja għax hu ftit xhur iżgħar milli kellu Mussolini meta laħaq prim ministru fl-1922. Biex laħaq f 'din il- kariga, Renzi kellu jissupera bosta ostakli u primarjament, kellu jkisser in-nomenklatura tal-partit tiegħu, il-Partito Democratico, li ġie ffurmat wara l-għaqda ta' parti sostanzjali mill-eks partit komunista u tal- parti l-aktar xellugija tal-partit demokristjan. Renzi sar prim ministru meta l-Italja tinsab f 'qagħda ekonomika ddisprata bi kriżi twila u ferm severa li mhi turi l-ebda sinjal ta' titjib minkejja l-previżjonijiet kollha li kien hemm fl-aħħar xhur. Fil-bidu ta' din il-ġimgħa, tħabbar li r-rata tal-qgħad fl-Italja fi Frar ta' din is-sena kienet ta' 13%, l-ogħla rata mill-1977. B'kollox, xi 3.3 miljun huma qiegħda u minn dawn 678,000 huma żgħażagħ ta' bejn il-15 u l-24 sena, li tfisser 11.3 % taż-żgħażagħ f 'din il- faxxa ta' età. It-Taljani għandhom il-ħabta li jittamaw li se jitfaċċa xi salvatur li joħroġhom mill-għawġ li jkunu fih. Hekk kienu ttamaw f 'Mussolini, f 'Berlusconi, f 'Bossi u fl-aħħar elezzjoni f 'Beppe Grillo. L-istorja wriet illi l-problemi tal-Italja huma ferm aktar kumplessi milli mexxejja populisti taw x'jifhmu. Renzi, illi qiegħed jirkeb fuq mewġa ta' appoġġ popolari kemm għalih personalment kif ukoll għat- tibdiliet istituzzjonali li qed jipprova jwettaq, irid joqgħod attent li ma jispiċċax bħal dawk il-mexxejja populisti li llum it- Taljani jistmerruhom. L-insodisfazzjon tat-Taljani mal-partiti tradizzjonali ntwera bil-kbir fl-aħħar elezzjoni meta barra l-vot qawwi ta' astensjoni ta' 25%, il-moviment 5 Stelle ta' Beppe Grillo, bl-għajta tiegħu kontra l-establishment, ġabar 25% tal-voti. Kif nafu, fl-elezzjonijiet tal-2013, il- koalizzjoni taċ-ċentru-xellug immexxija mis-segretarju tal-PD Pier Luigi Bersani ma ġabitx ir-riżultat konvinċenti li kienet mistennija ġġib. Għalkemm il-liġi elettorali ppermettitilha li jkollha maġġoranza qawwija fil-Kamra tad-Deputati, il-koalizzjoni taċ-ċentru xellug ma kellhiex JOE ELLIS L-Imħatra ta' Matteo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 APRIL 2014