Illum previous editions

ILLUM 6 APRIL 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/290778

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 06 ta' April 2014 | illum 3 se jkun parti mill-bidla fil- kabinett? Ministru għall-Finanzi - Prof Edward Scicluna Żamm postu fil-kabinett għalkemm kien ilu jissemma li jista' jkun hu li jintbagħat lejn Brussell bħala Kumissarju Ewropew. Spikka sew il-kumment ta' Prof Scicluna dwar is- salarju li kien qed jirċevi bħala Ministru fil-kabinett Malti u li jqisu bħala insult. Ovvjament issa li l-post ta' Kumissarju Ewropew tilfu lil Karmenu Vella, se jkollu jitqanna bis-salarju li għandu sa tmiem il-leġislatura. Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa - Dr Konrad Mizzi Konrad Mizzi kiseb il- popolarità tal-elettorat qabel l-elezzjoni għal mod kif spjega l-possibbiltà li jraħħas il-kontijiet tad- dawl u l-ilma. Wegħda li qed iwettaqha kif ukoll kixef xibka ta' brimb intern fl-Enemalta li kienu qed jerdgħu flus minn fuq dahar il-poplu biex jipprovdulhom arloġġi tad-dawl imbgħabsa li wasslu għal telf ta' miljuni ta' Ewro lejn il-korporazzjoni Enemalta. Spikkat ukoll però l-għażla ta' martu, Sian Mizzi, bħala konsulenta mal- Malta Enterprise b'salarju fenomenali. Xi jsarraf Konrad Mizzi fl-enerġija nafu però kulħadd għadu sorpriż u dubjuż x'kontribut ser jagħti dan il-ministru fil- qasam tas-saħħa. Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali - Dr Stefan Buontempo Stefan Buontempo se jkompli fejn ħalla Josè Herrera li fost oħrajn, bħalissa qed jiffinalizzaw il- bidla fejn jidħlu l-gwardjani lokali, suġġett li għal ħafna nies fisser biss multi bla rażan fuq is-sewwieqa meta l-istess gwardjani jipparkjaw bl-addoċċ basta joħorġu l-multi biex jintlaħqu l-kwoti imposta fuqhom. Min hu Barra? Dr Godfrey Farrugia – Eks Ministru tas-Saħħa Tabib popolari minn Ħaż-Żebbuġ li ngħata wieħed mill-Ministeri l-aktar diffiċli f 'pajjiżna. Ministeru ddominat minn tobba u speċjalisti komdi bi prattiċi ta' xogħol li jippermettulhom li jaqalgħu flejjes tajba fis-settur privat. Sa mill-bidu nett, Godfrey ġarr ukoll miegħu lis-sieħba tiegħu, id-dentista Marlene Farrugia, li fi żmien ftit jiem, kien beda jidher ċar li qed ikollha sehem f 'dak li kien qed jagħmel u jaħdem fuqu l-Ministru Godfrey Farrugia. Is-sitwazzjoni baqgħet li kienet fl-isptar Mater Dei u għalkemm il-Ministru kellu uffiċċju fl-istess sptar, dan ftit li xejn kien effettiv. Fiċ-ċirkostanzi, l-Prim Ministru Joseph Muscat ingaġġa lil John Dalli bħala konsulent fuq ir-riforma tal-isptar Mater Dei, mossa li ma niżlet xejn tajjeb mal- Ministru u s-sieħba tiegħu. Mal-ewwel sinjali ta' bidla fil-kabinett, dehret ovvja li l-Prim Ministru kien qed jikkunsidra bidla fit-tmexxija tal-Ministeru tas-Saħħa. Bidla li kienet ukoll diskussa fuq il-mezzi soċjali minn Marlene Farrugia. Hu mifhum li l-Prim Ministru offra Ministeru alternattiv lil Godfrey Farrugia liema offerta ma ġietx milqugħha u għalhekk offra r-riżenja tiegħu. Mr Franco Mercieca – Segretarju Parlamentari għall-Anzjani Franco Mercieca beda l-kariga tiegħu bħala Segretarju Parlamentari b'kontroversja hekk kif kien magħruf li baqa' jipprattika l-professjoni tiegħu ta' speċjalista tal-għajnejn. Kontroversja li wasslet sabiex il-Prim Ministru tah konċessjoni speċjali bi kritika qawwija mill-Oppożizzjoni. Franco Mercieca rriżenja sabiex, skont hu, ikompli x-xogħol professjonali tiegħu kemm fil-qasam tas-saħħa pubbliku u dak privat. Marie Louise Coleiro Preca – Ministru Politika Soċjali Marie Louise Coleiro Preca ħalliet kontra qalbha l-Ministeru li tant kienet tħobb sabiex saret il-Kap tal-istat Malti fl-ogħla kariga, dik ta' President tar-Repubblika. Il- President Coleiro Preca se jkollha responsabbiltajiet addizzjonali ma' dawk tradizzjonalment abbinati mal-Presidenza ta' Malta. Karmenu Vella – Ministru tat-Turiżmu Karmenu Vella se jħalli postu sabiex ikun il- Kumissarju Ewropew Malti u se jieħu post Dr Tonio Borg bħala l-Kummissarju ta' Malta għall-Ewropa. Tabib pedjatriku magħruf fil-qasam tas-saħħa li se jħalli l-professjoni medika, li trendi flejjes tajba kemm bħala konsulent fl-isptar pubbliku kif ukoll mill-ammont ta' konsulti fil-privat, biex jieħu inkarigu full-time bħala Segretarju Parlamentari għas-Saħħa. Qasam li matul l-aħħar sena spiċċa fi kritka kontinwa rigward l-eks Ministru Godfrey Farrugia wara li dan, għalkemm waqqaf anke uffiċċju fl-isptar stess, baqa' ma solva l-ebda problema u l-iffullar ta' pazjenti fil-kuriduri żdied tant li spiċċa anke fetaħ parti mill-isptar San Luqa biex ilaħħaq mad-domanda għas-sodod. Għalkemm se jkun taħt il-kappa tal-Ministru Konrad Mizzi, Ministru li m'għandux idea tal-qasam mediku, hu magħruf li l-Prim Ministru jemmen bis-sħiħ fir-rapport ta' John Dalli u hu mistenni li Chris Fearne se jkollu bħala prijorità t-twettiq ta' dan ir-rapport. Għad irridu naraw jekk bħala tabib huwiex l-aħjar għażla biex is-settur tas-saħħa jissaħħaħ u jitranġa. Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali - Dr Michael Farrugia Tabib li fi żmien il-Gvern ta' Alfred Sant bejn l-1996 u l-1998 kien Ministru tas- Saħħa. Matul din il-leġislatura kien Segretarju Parlamentari responsabbli għal MEPA. Michael Farrugia ġie mgħobbi bil-Ministeru li kien abbilment immexxi minn Marie Louise Coleiro Preca qabel inħatret President ta' Malta. Ministeru diffiċli li jrid iħabbat wiċċu mar-realtajiet li qed jiffaċċjaw il-familji Maltin minn diversi oqsma tal-ħajja fosthom il-faqar soċjali. Wieħed irid jistenna u jara jekk Michael Farrugia hux se jkompli jibni fuq dak li kienet qed twettaq Marie Louise Coleiro Preca jew jekk hux ser jaqleb kollox biex ikollu s-sistemi tiegħu. Segretarju Parlamentari għad Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà u Anzjanità Attiva - Dr Justyne Caruana Għawdxija li kienet urtata li tħalliet barra mill-kabinett oriġinali ta' Muscat sena ilu wara li ħadmet kemm felħet fil-gżira Għawdxija biex tiżgura rebħa Laburista. Bir-riżenja ta' Franco Mercieca, kienet ovvja li Muscat ser jagħti post Franco Mercieca lil Justyne Caruana biex iżomm il-bilanċ mal-Għawdxin kif ukoll jirrikonoxxi ħidmietha li kienet ukoll ikkaraterizzata bl-episodju meta twasslet minn Għawdex permezz ta' ħelikopter tal-Forzi Armati biex tilħaq titjira fuq impenn tal-gvern. Ministru għat-Turiżmu - Dr Edward Zammit Lewis Ħabib personali u jgawdi fiduċja assoluta mil-Prim Ministru Joseph Muscat tant anke siefru flimkien biex jaraw logħba futbol. Il-kariga ġdida hi meqjusa bħala apprezzament bejn il-ħbieb u għad irridu naraw x'se jsarraf Edward Zammit Lewis fejn jidħol is-settur tat-turiżmu, settur li jimpjega ammont sostanzjali ta' nies u hi settur importanti wkoll għall- ekonomija ta' pajjiżna. Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva - Dr Michael Falzon Michael Falzon hu magħruf għall-ħiliet organizzattivi tiegħu però fl-istess ħin hu mdawwar b'ċerta xettiċiżmu rigward is-simpatija tiegħu lejn il-logħob tan-nar, il-kaċċa (hu stess kaċċatur) kif ukoll għall-fatt li hu viċin ta' żviluppaturi fil-kostruzzjoni. Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku - Dr Josè Herrera Dehret ċara daqs il-kristall waqt il-ġurament tal-ħatra sena ilu li Josè Herrera xejn ma kien kuntent bil-portafoll li ngħata. Lanqas post minn fejn jaħdem ma kellu u spiċċa ħa l-uffiċċju tas-Sur Ray Attard – CEO tat-Teatru Manoel u poġġa ruħu hemm bħala l-uffiċċju tiegħu. Fost l-aktar deċiżjonijiet li ġibdu l-attenzjoni tal- pubbliku kienet l-istqarrija ta' Josè Herrera li jibda jorganizza tliet Karnivalijiet fis- sena. Deċiżjoni li wasslet lill-pubbliku biex ixerred xalata ta' ħsibijiet speċjalment fuq il-mezzi soċjali. Min hu ġewwa u min hu barra! Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport - Chris Agius Chris Agius hu magħruf bħala l-Wefi u ġej mill-Kottonera. Ma tantx hu magħruf għalkemm ilu deputat parlamentari sa mill-1996. Il-fatt li kien involut f'diversi għaqdiet sportivi u soċjali jaf iservu sabiex jibda fit-triq it-tajba. Segretarju Parlamentari għas-Saħħa - Dr Chris Fearne Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali - Dr Owen Bonnici Promozzjoni denja u xierqa lil Owen Bonnici minn Segretarju Parlamentari għal Ministru bħala rikonoxximent lejn ħidmietu. Kellu bidu diffiċli meta kien taħt il-kappa tal-Ministru Manwel Mallia u wara konsultazzjoni mal- Prim Ministru, ingħata l-ispazju li kellu bżonn sabiex jitħalla jaħdem u fil-fatt wera xi jsarraf.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 APRIL 2014