Illum previous editions

ILLUM 6 APRIL 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/290778

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 06 ta' April 2014 | illum 33 SPORTSillum Abela u Zammit jiddominaw u jirbħu -Autocross NHAR il-Ħadd li għadda l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi (ASMK) organizzat il-11-il programm mill-istaġun ASMK Pasta Poiatti 2013/2014 li kien jikkonsisti f 'tiġrijiet bil- karozzi Autocross Intant, nagħtu ħarsa ħafifa lejn il-ġurnata fejn il-kundizzjoni tal-korsa kienet eċċellenti u offret sfidi differenti u kompetizzjoni iktar kompetittiva meta ġiet imxarrba l-korsa. Dan wassal biex ħadd ma rnexxielu jirbaħ il-heats kollha tal-ġurnata biex kompla jħalli l-kompetizzjoni biex wieħed jikkwalifika għal żewġ finali tal-ġurnata. Fi Klassi A li hija l-ogħla klassi f 'din il-kategorija kkwalifikaw Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo, Melo Zammit fuq Ford Escort, Josef Grech fuq Ford Fiesta, Gordon Johnson fuq Peugeot 205, Philip Joe Vella fuq Vauxhall Nova u Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo. Mat-tluq ta' din il-finali rajna ħruġ tajjeb minn Zammit, Galea, Grech u Johnson li baqgħu flimkien tul l-ewwel 200 metru tal-korsa u ftit qabel it-tieni kantuniera l-ewwel erba' karozzi bdew jieħdu posthom b'Johnson jieħu t-tmun ta' din il-finali li issa kien segwit minn Galea u Zammit rispettivament. Fir-raba' u l-ħames post kien hemm Grech u Farrugia. Il-finali kompliet b'Zammit u Galea jagħmlu pressjoni fuq Johnson waqt li Farrugia jagħmel pressjoni fuq Grech. Ftit qabel tmiem ir-raba' dawra l-leader Johnson f 'din il-finali nqalagħtlu r-rota ta' quddiem bil-konsegwenza li kellu jirtira mit-tiġrija iżda Galea u Zammit komplew javvanzaw awtomatikament. F'dan il- mument Galea spiċċa l-leader ta' din il-finali iżda ftit wara dan spiċċa wkoll issuperat minn Zammit biex dan ħa t-tmum tal-finali quddiem Galea u Farrugia. Farrugia mill-ewwel beda jagħmel pressjoni fuq Galea, li sfortunatament, ftit qabel tmiem il-finali żviluppatlu ħsara fil-magna u kellu jirtira wkoll. Il-finali spiċċat b'Zammit rebbieħ għal darb'oħra segwit minn Farrugia u Grech. Vella spiċċa fir-raba' post. Fil-Finali Klassi B ikkwalifikaw Jason Martin fuq Volkswagen Polo, Ryan Scerri fuq Opel Corsa, Josef Abela fuq Vauxhall Nova, Philip Grima fuq Ford Escort, Kurt Sammut fuq Ford Ka u Malcolm Borg fuq Opel Corsa. Mat-tluq ta' din il-finali rajna ħruġ tajjeb minn Abela, Sammut u Scerri, b'Abela jieħu t-tmun tat-tiġrija wara l-ewwel kantuniera segwit minn Sammut u Scerri. L-attenzjoni mill-ewwel marret fuq ir-raba' u l-ħames pożizzjoni bejn Martin u Borg fejn mal-ewwel Borg beda jagħmel pressjoni fuq Martin iżda dan irnexxielu jżomm postu sa kważi l-aħħar dawra fejn hawn Borg issupera lil Martin. Din il-finali spiċċat kif bdiet b'Abela jiddikjara l-ewwel rebħa tiegħu segwit minn Sammut u Scerri fit- tieni u t-tielet pożizzjoni rispettivament. Fir-raba' post spiċċa Borg segwit minn Martin fil-ħames post. Fil-Finali Gozo Autocross rajna lil Dominic Zammit fuq Alfa Sud jagħmel ħruġ tajjeb segwit minn Joseph Agius u Joseph Vella - it-tnejn fuq Ford Fiesta. Ftit qabel tmiem it-tieni dawra Agius irnexxielu jissupera lil Zammit biex huwa spiċċa jieħu t-tmun ta' din il-finali sal-bandiera tal-Finish. It-tiġrija spiċċat b'Agius jirbaħ segwit minn Zammit u Vella rispettivament. Intant l-ASMK xtaqet tieħu l-okkażjoni biex tirringrazzja lill-Onorevoli Dr Stefan Bountempo tax-xogħol li wettaq tul l-aħħar sena fejn okkupa l-kariga ta' Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sports, filwaqt li laqgħet lill-Onorevoli Chris Agius u awguratlu kull suċċess fil-ħidma tiegħu fil-kariga ta' Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sports. L-ASMK avżat li l-attivitajiet se jkomplu llum bis-sezzjonijiet Autocross u Motocross. Il- programm jibda f 'nofsinhar. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit elettroniku www. asmk.org.mt Josef Abela fuq Vauxhall Nova segwit minn Kurt Sammut fuq Ford KA waqt il-nali tal-ġurnata "Suċċess bħal dan inessik is-sagrifiċċji kollha li tagħmel" – Alex Borg FI tmiem il-ġimgħa li għaddiet it-tim nazzjoanli tal-isnooker iffurmat mid-duo ta' plejers Maltin tal-isnooker, Alex Borg u Duncan Bezzina, kiseb suċċess enormi meta sar champion Ewropew tal- isnooker għat-tielet darba wara li fil-finali li saret f 'Bucharest fir-Rumanija għeleb lill-Ingilterra bl-iskor ta' 4-2 minn seba' frames. Dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' Alex Borg li żgur li m'għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni f 'dak li għandu x'jaqsam ma' snooker f 'pajjiżna hekk kif nistgħu ngħidu li huwa rebaħ dak kollu li għandu x'joffri l-isnooker f 'pajjiżna waqt li kiseb diversi suċċessi importanti barra minn xtutna. Saqsejna lil Alex Borg fiex kienu jikkonsistu l-preparamenti li għamel għal dan it-turnew importanti fir-Rumanija. Huwa qalilna li dawn kienu jinkludu logħbiet kompetittivi lokali kif ukoll logħbiet mill-Main Tour li jinsab impenjat fih Alex Borg bħalissa. Tlabna lil Borg itina dettalji rigward il-kompetizzjoni nnifisha li huwa u Bezzina rebħu u li permezz tagħha saru champions Ewropej. Huwa afferma li l-kompetizzjoni ntlagħbet b'format ġdid hekk kif din qabel kienet tkun bi tliet kompetituri waqt li din is- sena ntlagħbet bi tnejn. Huwa saħaq li wieħed mis-sigrieti ta' dan is-suċċess kbir li kisbu fir-Rumanija kien il-fatt li huwa u Duncan Bezzina jaqblu ħafna flimkien u dan kien ta' vantaġġ kbir għalihom hekk kif kellhom jaffrontaw logħbiet diffiċli speċjalment fin-Knockout, fir-Rawnd tal- aħħar 16, fejn lagħbu kontra timijiet b'saħħithom bħal Wales, l-Irlanda fil-kwarti tal-finali, il-Polonja fis-semi- finali u l-Ingilterra fil-finali tant mistennija, liema logħbiet il-Maltin irnexxielhom jirbħuhom kollha. Intant, minn nhar it-Tlieta, Alex Borg ikun impenjat fil- Logħob tal-Kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Mondjali tal- isnooker li se jsiru f 'Sheffield fl-Ingilterra li fih se jkunu qed jieħdu sehem l-aqwa plejers tal-isnooker fid-dinja fosthom Ronnie O'Sullivan. Hemmhekk Alex Borg ikun irid jirbaħ erba' logħbiet biex jgħaddi mal-aħħar 32 fid- dinja fil-Kampjonati Mondjali tal-iSnooker organizzati mill-Assoċjazzjoni Mondjali tal-iSnooker. F'kummenti finali li Alex Borg ta lil dan il-ġurnal propju l-għada li wasal minn Bucharest fir-Rumanija huwa afferma li jekk ma jkollokx il-motivazzjoni li tibqa' tirbaħ ma jirnexxielekx issib is-saħħa biex tkompli tikkompeti f 'kompetizzjonijiet importanti bħalma jieħu sehem fihom hu fosthom dan il-Kampjonat Ewropew tal-iSnooker li huwa flimkien ma' Duncan Bezzina għadu kif rebaħ kif ukoll il-Logħbiet ta' Kwalifikazzjoni li se jkun qed jieħu sehem fihom Borg minn għada fl-Ingilterra fejn qed jaspira li jikkwalifika għall-Kampjonati Mondjali tal-iSnooker. Finalment Borg stqarr li suċċess bħal dan inessik is-sagrifiċċji kollha li tagħmel matul l-istaġun! Alex Borg u Duncan Bezzina f 'Bucharest, r-Rumanija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 APRIL 2014