Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/290778
Il-Ħadd 06 ta' April 2014 | illum 5 Iż-żieda ta' €500 fil-ġimgħa baqgħet ma tħallsitx lura JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt MEMBRI tal-kabinett Nazzjonalista li ħadu l-€500 żieda taħt l-amministrazzjoni ta' Lawrence Gonzi għadhom ma rritornawx lura din iż- żieda, minkejja li f 'Jannar 2012 l-eks Prim Ministru kien indika li din iż-żieda kienet se tingħata lura. Fil-Parlament, ftit jiem ilu l-Prim Ministru kkonferma li minn total ta' aktar minn €1.6 miljun tħallsu lura inqas minn €300,000. B'hekk, eks Ministri u Segretarji Parlamentari Nazzjonalisti żammew mal- €1.3 miljun f 'buthom. Oriġinarjament, iż-żieda għall-Ministri u s-Segretarji Parlamentari kienet ta' madwar €600 fil-ġimgħa. Il-membri tal-kabinett ħadu din iż-żieda bejn Mejju 2008 u Diċembru 2010, għal total ta' aktar minn €1,331,318. Mill-bidu tal-2011 ġie deċiż li ż-żieda tonqos għal €500 fil-ġimgħa wara kritika ħarxa mill-Oppożizzjoni Laburista u l-opinjoni pubblika. Konsegwentament, wara aktar kritika l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi kien iddeċieda li ż-żieda tieqaf għal kollox f 'Jannar 2012. Matul din is-sena, jiġifieri bejn Jannar 2011 u Jannar 2012, il-kabinett kien ħa żieda ta' aktar minn €355,500. B'hekk it-total taż-żieda fl-onorarja kien tela' għal €1,686,900. F'diskors li għamel fil- Parlament fid-19 ta' Jannar 2011 wara laqgħa tal-kabinett, Gonzi kien qal li "jien, il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari li konna rċevejna l-onorarja bil-mod il-ġdid se nirrifondu d-differenza bejn l-honorarium kif kien sa qabel din il-bidla u dak approvat f 'Mejju 2008." Madankollu, minkejja li għaddew aktar minn sentejn minn dik id-deċiżjoni, il- membri tal-kabinett ħallsu lura biss 17.8% tat-total taż- żieda li kienu rċevew. Għal diversi drabi, il-Partit Nazzjonalista qal li r-rifużjoni li kellha ssir tħallset kollha, li jindika li r-rifużjoni applikat biss għad-differenza ta' bejn is-€600 u l-€500 fil-ġimgħa. Gonzi kien qal li r-raġunijiet wara ż-żieda kienu minħabba li l-pagi tal-ministri kienu fost l-inqas meta kkumparati mal-istati membri tal-Unjoni Ewropea, u li kien inġust li meta deputat isir Ministru kien jitlef l-onorarja tal- Parlament Jiem qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet, Simon Busuttil kien qal li hu jaqbel fil-prinċipju maż-żieda fl- onorarja iżda ma qabilx mal- mod kif din kienet saret. Plumpton iniedi l-kampanja tiegħu LENERĠIJA u d-determinazzjoni huma ż-żewġ binarji li qed jibni fuqhom il-kampanja elettorali tiegħu l-kandidat tal-Partit Nazzjonalista Kevin Plumpton għall- elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Bħala Membru tal-Parlament Ewropew, Kevin Plumpton se jkun qed isemma leħen il-poplu Malti u Għawdxi fi Brussell, mhux biss bil-kliem iżda bl- azzjoni, bħalma diġà għamel f 'numru ta' okkażjonijiet matul l-aħħar xhur bħall- kwistjoni tal-immigrazzjoni, l-bejgħ taċ-ċittadinanza kif ukoll l-iskandlu tal-Australia Hall. Waqt it-tnedija tiegħu lbieraħ filgħaxija li saret fis- Sala Notre Dame, li tinsab eżatt bejn Bormla u Ħaż Żabbar, raħal twelidu, Kevin Plumpton tkellem dwar kif hu, flimkien ma' ħames membri oħra Maltin fil-Parlament Ewropew, jistgħu verament jagħmlu differenza fil-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin. Dan il-messaġġ ma kienx ta' Kevin Plumpton biss, iżda anke ta' bosta persuni li indirizzaw l-attività b'turija ta' sostenn u appoġġ għall-kandidatura ta' Kevin Plumpton. Fost dawn tkellmu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa, l-Ewroparlamentari Maltija Roberta Metsola, it-Teżorier tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione, il-kandidat Nazzjonalista Karl Gouder, kif ukoll l-eks uffiċjal tal- Parlament Ewropew Massimo Farrugia. Għat-tnedija attendew numru ta' sidien ta' negozji żgħar li ġie spjegat lilhom kif Kevin Plumpton, bħala MEP, jista' jkun ta' servizz għalihom ukoll fl-operat tagħhom tan-negozju. B'rabta ma' dan, Kevin Plumpton fakkar li 99% tal-ekonomija Maltija tibbaża fuq dawn it-tip ta' negozji, u sostna li għalhekk huwa aktar kruċjali li n-negozji żgħar jisfruttaw l-opportunitajiet kollha li toffri l-Unjoni Ewropea. "Sfortunatament, hemm ħafna opportunitajiet li jew lanqas biss intom infurmati bihom jew jekk tafu bihom, ma tafux kif għandkom tapplikaw għalihom," sostna Kevin Plumpton. "Hemm ħafna opportunitajiet li jew ma tafux bihom jew ma tafux tapplikaw għalihom" Għamel tpinġija ta' żewġ irċevuti HAWN min jgħidlek li t-tpinġija ħamalla. Hawn min jgħid li t-tpinġija tħammġek. Hawn min jgħidlek li t-tpinġija togħġbu iżda fuq ħaddieħor. Hawn min togħġbu fuqu iżda fejn ma tidhirx u hawn min jagħmilha fejn tidher, simbolu ta' xi ħaġa li għal persuna tkun għażiża u tkun tixtieq tibqa' tiftakar fiha għomorha kollu. Iżda dak li ġara fin- Norveġja fil-jiem li għaddew iħalli lil dak li jkun iċċassat, anki jekk neċessarjament tkun tħobb it-tpinġija. Żagħżugħ ta' 18-il sena pinġa l-irċevuta tal-ħanut tal- McDonalds li flimkien ma' sħabu mar jiekol fih. Din it- tpinġija għamilha fuq ġewwa ta' idu l-leminija, proprju fuq il-parti tal-polz 'il fuq. Iżda dan ma kienx biżżejjed! L-istess żagħżugħ, ftit tal-jiem wara reġgħet ġietu idea oħra li jerġa' jpinġi rċevuta oħra, u din id-darba dik tal-ħanut stess tat-tpinġija li kien għamillu l-ewwel tpinġija tal- McDonalds. Stian Ytterdahl jidher li ma kienx sodisfatt bi tpinġija waħda biss li għalih kienet simbolu ta' kemm-il fast food kien għal qalbu. Sħabu fuq il-profil tiegħu ta' Facebook kienu l-ewwel persuni li saru jafu b'dawn it-tpinġijiet u dan għax iż- żagħżugħ ħa ritratt tagħhom u tellgħu fuq il-profil tiegħu u kiteb frisk frisk 'New Tat!' Waħda kienet ta' rċevuta ta' McDonalds u l-oħra tat-tpinġija stess! Eks Ministri u Segretarji Parlamentari Nazzjonalisti żammew mal-€1.3 miljun f 'buthom