Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/310281
Il-Ħadd 11 ta' Mejju 2014 | illum 21 PN: Malta Aħjar Kburija li jien Maltija fl-MCAST, mill-programmi ta' skambji għall-żjajjar li jagħmlu f 'faċilitajiet mibnija b'fondi tal-Unjoni Ewropea bħal ġonna, impjanti ambjentali u heritage trails. Dawn huma l-opportunitajiet tal-Unjoni Ewropea Nieħu gost niltaqa' ma' ġenituri u tfal li jitkellmu b'entużjażmu dwar it- tagħlim fl-iskejjel. Il-ġenituri jirrakuntaw kif dan illum hu differenti minn żmienhom. Din hi l-politika tal-Partit Nazzjonalista: opportunitajiet għal kulħadd. Fl-Università tiela' ġenerazzjoni ta' żgħażagħ Matlin Ewropej li għandhom il-possibilità li jistudjaw f 'Universitajiet Ewropej. Opportunitajiet għal kulħadd. Il-ħaddiema wkoll setgħu jieħdu sehem fi programmi ta' taħriġ finanzjati mill-Unjoni Ewropea u jbiddlu x-xogħol tagħhom biex iżidu d-dħul għalihom u għal familja tagħhom. Il-Gvern Laburista tfixkel quddiem l-opportunitaijet Gvern Nazzjonalista ġab opportunitajiet għal kulħadd. Min-naħa l-oħra l-Gvern Laburista tfixkel quddiem l-opportunitajiet. X'ġara f 'dawn is-sena u xahrejn li l-Partit Laburista ilu fil-Gvern? Kellu negozjat pakkett finanzjarju ta' €1,128 miljun. Pakkett finanzjarju li l-Parlament Ewropew approva. U l-Gvern Laburista ħela sena u ma qalx lill-Unjoni Ewropea kif se jinvesti dawn il-flus. Fejn huma l-proġetti ġodda li qed isiru bil-fondi Ewropej? Ħlief tkomplija ta' dak li sibtu mibdi ma hawnx. U bil-proġett b'fondi Ewropej jinħoloq ix-xogħol, imma l-Gvern Laburista ħela sena, u għalhekk ġab il-qgħad. Illum 8,000 ruħ qed jirreġistraw għax-xogħol. Fejn ħoloq ix- xogħol, ħolqu mal-Gvern u għal tal-qalba. Ħela sena għal min irid jaħdem. Ħela sena għal min qiegħed jirreġistra. Il-programmi ta' taħriġ tefagħhom lura. Sena moħlija. X'differenza mill- opportunitajiet li kien ħoloq il-Partit Nazzjonalista għal min irid ibiddel ix-xogħol, għall-persuni b'diżabbiltà, għall-anzjani li riedu jibqgħu jaħdmu. Waqt waħda mil- laqgħat li kelli man-nies iltqajt ma' ħaddiem qalli li qabel l-elezzjoni wegħduha l-ilma jiżfen għat-tifel. Qalulu "kif it-tifel jispiċċa l-iskola ħallih f 'idejna," u qalli kkonvinċewh jivvota Labour. Illum jipprova jmur ikellem lill-istess persuna li sar Ministru u ma jsibux. Mhux jirnexxielu jkellmu. Is-saħħa Omm ta' 58 sena, qaltli li f 'nofs is-sena li għaddiet it- tabib ordnalha eżami mediku. Tawha appuntament għal xhur wara. Il-Gvern Laburista waqqaf il-ftehim li kien għamel Gvern Nazzjonalista biex ċertu testijiet isiru fil-privat. U issa għax ġejja elezzjoni reġa' għamel ftehim. Ħela sena fis-saħħa. Il-Prim Ministru aktar kien moħħu kif se jimplika mal-eks Ministru Godfrey Farrugia u mad- Deputat Marlene Farrugia milli kien moħħu fil-pazjenti. L-anzjani .... bil-politika tal-Partit Nazzjonalista ddaħħlu servizzi ġodda u saru faċilitajiet ġodda, ċentri ta' matul il-jum, ċentri ta' matul il-lejl... Imma Joseph Muscat kellu prijoritajiet oħra. Ħeba r-riżenja tas-Segretarju Parlamentari għall-anzjani u l-persuni b'diżabbiltà. Ħela sena għall-anzjani u tal- persuni b'diżabbiltà. Dawn huma eżempji li juru d-differenza bejn il-politika tal-Partit Nazzjonalista u l-politika tal-Partit Laburista. Il-PN jaħdem għall- opportunitajiet għalik Fl-24 ta' Mejju se nivvutaw fuq affarijiet li lilek, lil uliedek, lill-ġenituri tiegħek jolqtuk Fil-Parlament Ewropew iddiskutejna programmi għal SMEs; issa sta għall-Gvern li jieħu vantaġġ minnhom u jgħaddihom lin-negozji żgħar u medji. Titkellem ma' min titkellem jilmenta. Il-bejgħ qed jonqos. U sadannitant il-Gvern għadu mhux juża l-fondi għall- ġid ta' min għandu negozju. Fil-Parlament Ewropew approvajna li mis-sena d-dieħla r-rati tal-mobile jorħsu meta persuna tkun imsiefra. Dan hu ta' vantaġġ kbir għal min isiefer ukoll fuq xogħol u negozju. Fis-saħħa ddiskutejna u qbilna fuq id-direttiva tat- tabakk, biex jonqos it-tipjip, u aktar minn hekk biex ikun aktar diffiċli għaż-żgħażagħ li jaqbdu dan il-vizzju. Aħna rridu tfal, żgħażagħ, uliedek – il-poplu aktar b'saħħtu. U l-Parlament Ewropew approva inizjattivi ġodda favur l-isportivi. Irridu nżidu l-kultura sportiva. Fil-Parlament Ewropew approvajna aktar fondi għall-programmi edukattivi, ta' taħriġ, u skambji għaż- żgħażagħ. Dak li jiġi diskuss u approvat fil-Parlament Ewropew jolqot lilek. U int se tagħmel l-għażla min l-aħjar jirrappreżenta lilek. Il-membri parlamentari eletti fil-Parlament Ewropew f 'isem il-Partit Nazzjonalista jaħdmu għal opportunitajiet għal kulħadd. Dan b'kuntrast mal- Gvern Laburista li qed jaħdem għal tal-qalba u tal-qalba biss. Roberta Metsola hija kandidata għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew f 'isem il-Partit Nazzjonalista. għad għandna f 'pajjiżna, li f 'pajjiżi oħra Ewropej, forsi, m'għadhomx daqshekk sodi. Pajjiżna, għalkemm żgħir, jispikka ħdejn pajjiżi oħrajn. Huwa pajjiż determinat, iffukat u b'direzzjoni. Pajjiżna kapaċi jiġbed l-ammirazzjoni ta' pajjiżi oħra anke jekk mhux perfett. Huwa minnu li ngergru fuq it-traffiku ta' filgħodu, fuq is-sistema ta' trasport pubbliku, nuqqas ta' effiċjenza f 'ċertu diparitmenti tal-Gvern u anke fil-qasam tas-saħħa. Ingergru wkoll għax forsi għad ma ħadniex dak lil stennejna f 'din is-sena ta' Gvern Labursita. Iżda nistaqsi, liema pajjiż jimxi fuq ir-rubini? Ir-rwol tal-politiku hu proprju dan – biex iħares dak li hemm u jtejjeb fejn hu possibbli. Iktar minn hekk jagħmel evalwazzjoni ta' kif l-affarijiet qed jinħaddmu u kemm jista' jkun ikun innovattiv. L-irwol ta' MEP hu li l-ewwel u qabel kollox jissalvagwardja l-interessi ta' pajjiżu mill-bankijiet tal- Parlament Ewropew, ukoll jekk ifisser li jmur kontra l-opinjoni tal-grupp politiku tiegħu. Kont f 'dawn is- sitwazzjonijiet, u għalkemm ċertu drabi kien diffiċli li nivvota kontra l-grupp li nifforma parti minnu fil-PE, l-ewwel u qabel kollox ħarist lejn l-interessi ta' pajjiżi. U hekk nibqa' nagħmel jekk niġi eletta għal darb'oħra. Tul din l-ewwel sena kellna saga taċ-ċittadinanza, l-IIP. Kien hemm min hu favur u min hu kontra - kulħadd għandu dritt għall-opinjoni. Iżda li nara MEPs bħali Maltin jitkellmu u jkesksu kontra Malta u l-interessi ta' pajjiżna kienet weġgħa kbira. Qatt ma ħsibt li hemm min jasal li jirredikola lil pajjiżu b'dak il-mod biex fuq kollox ipinġu lilhom infushom bħala patrijottiċi. Jiġri x'jiġri diżgwid bejn iż-żewġ partiti ser ikun hemm dejjem, għax kull partit għandu l-bażi tiegħu ta' prinċipji. Madankollu dan m'għandux iservi ta' skuża biex nagħmlu ħsara lil pajjiżna fl-Ewropa. Kien għalhekk b'sodisfazzjon kbir li l-Kummissjoni aċċettat uffiċjalment dan il-programm, u li nkludietha bħal waħda mill-fatturi li ser tikkontribwixxi lejn it-tkabbir ekonomiku ta' pajjiżna – tkabbir li hu erba' darbiet aktar minn dak li sar taħt tmexxija Nazzjonalista u aktar mill-mezzi tax-xandir tal-pajjiżi fiż-żona ewro. Huwa ċar li tul din l-aħħar sena l-ekonomija Maltija qed tirpilja. Kien ċertifikat mill- aqwa li l-Kummissjoni tat lil Malta fuq it-tnaqqis tad-dejn u t-tkabbir tal-ekonomija . Dejjem għidt li naqbel mal- proġett Ewropa. Qatt ma ħsibt li d-dħul fl-Ewropa kienet ġenna jew infern lil kienu jpinġuha tul il-kampanja tar- referendum. Kont nemmen li l-UE hi mimlija sfidi, u bl-għaqal nistgħu ndawru dawn l-isfidi f 'opportunitajiet. Ovvjament dan ma naqasx li Malta għandha wkoll ċertu obbligi u responsabbiltajiet. Bħala Maltija li għandi vuċi fil-Parlament Ewropew nemmen li għandi nagħmel minn kollox biex Malta tgawdi minn din l-Unjoni, kemm f 'dawk li huma fondi u kemm f 'oqsma oħra, dan dejjem biex titjieb il-kwalità ta' ħajja tal- Maltin. Li tkun Malti tfisser li, jekk ma taqbilx ma' ċertu deċiżjonijiet, ma tmurx fl-Ewropa u tħammeġ lil pajjiżek. Li tkun Malti tfisser li tħoss sodisfazzjon li wara ħafna snin ta' kontijiet għoljin se jonqsu sew biex, fl-aħħar, il-familji Maltin jieħdu nifs! Li tkun Malti tfisser, li ma tinkoraġġix lil Maltin imorru kontra dmirhom u tgħidilhom biex ma jivvutawx. Dak l-aġir mhux ta' xi ħadd li għandu għal qalbu lil pajjiżu, iżda huwa aġir ta' xi ħadd li jpoġġi lilu nnifsu u l-partit politiku qabel Malta u l-ġid tal-Maltin – ta' xi ħadd li jistħi li jgħid li hu Malti. Jien Maltija u kburija, u ma nistħix ngħid li jien Maltija - kullimkien, quddiem kulħadd u taħt kull Gvern. Marlene Mizzi hi kandidata għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew f 'isem il-Partit Laburista. "Waqt waħda mil-laqgħat li kelli man-nies iltqajt ma' ħaddiem qalli li qabel l-elezzjoni wegħduha l-ilma jiżfen għat- tifel" "Huwa ċar li tul din l-aħħar sena l-ekonomija Maltija qed tirpilja" MARLENE MIZZI