Illum previous editions

illum 25 May 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/318024

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Il-Ħadd 25 ta' Mejju 2014 | illum 11 FREDERICK ATTARD fattard@mediatoday.com.mt HEKK kif illum jibda l-proċess tal-għadd tal-voti sabiex inkunu nafu min huma s-sitt kandidati eletti li ser jirrappreżentaw lil Malta fil-Parlament Ewropew għall-ħames snin li ġejjin, ILLUM jagħti ħarsa lejn it-terminu u kundizzjonijiet li se jirċevu dawk magħżula minnha. B'kollox matul din l-elezzjoni, ser jiġu eletti 766 Membru Parlamentari minn fost it-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. Fl-istati kollha l-età tal-votazzjoni hija ta' 18-il sena, b'eċċezzjoni tal-Awstrija, fejn l-età hija ta' 16-il sena. Is-766 siġġu huma mqassma proporzjonalment skont il-popolazzjoni ta' kull Stat Membru. Malta għandha 6 siġġijiet. Il-Membri tal-Parlament Ewropew jaqsmu l-ħin tagħhom bejn Brussell, Strasburgu u l-kostitwenzi tagħhom. Fi Brussell l-MEPs jattendu għal-laqgħat tal- kumitati parlamentari u tal-gruppi politiċi mentri fi Strasburgu huma jattendu għal 12-il seduta plenarja. Ma' dawn l-attivitajiet huma jiddedikaw ukoll ħin għall- kostitwenzi tagħhom. Fil-Parlament Ewropew il-Membri Parlamentari mhumiex miġbura skont in-nazzjonalità tagħhom iżda huma miġbura skont l-affinità politika li jħaddnu. Il-Membri tal-Parlament Ewropew jirċievu salarju komuni għall-membri kollha li hu mħallas mill-baġit tal-UE. Huma obbligati li josservaw kodiċi ta' kondotta komuni u li jonoraw l-prinċipji ta' gwida tiegħu. Dan il-kodiċi jeżiġi li l-membri għandhom jaġixxu biss fl-interess pubbliku u li jwettqu ħidmiethom b'interess, integrità, trasparenza, diliġenza, onestà, responsabilità u rispett għar- reputazzjoni tal-Parlament. Il-membri huma obbligati wkoll li jiddikjaraw l-attendenza tagħhom għal avvenimenti organizzati minn partijiet terzi meta r-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, tal-akkomodazzjoni u ta' sussistenza tal-membri, jew il- ħlas dirett ta' dawn l-ispejjeż, ikun kopert minn parti terza. Il-membri jridu jiddikjaraw ukoll ir-rigali kollha li jirċievu meta jirrappreżentaw il- Parlament f 'kariga uffiċjali. Tali rigali jitniżżlu fir-reġistru tar-rigali. Kwalunkwe membru li jinsab ħati xi ksur tal-Kodiċi ta' Kondotta jista' jingħata piena mill-President tal-Parlament Ewropew. Salarju tal-MEPs Is-salarju bażiku gross ta' kull xahar tal-MEPs hu ta' €8,020. Is-salarju hu meħud mill-baġit tal-Parlament u hu taxxabbli. Is-salarju bażiku nett hu ta' €6.250,37. Huma jirċevu wkoll allokazzjoni ta' €4,299 kull xahar fuq infiq ġenerali. Din l-allokazzjoni tkopri fost oħrajn, spejjeż għall- immaniġġjar tal-uffiċċju tagħhom, ħlasijiet tat-telefon u servizzi postali, u x-xiri, it-tħaddim u l-manutenzjoni ta' tagħmir tal-kompjuter u informatika. Allokazzjoni tal-ivvjaġġar L-MEPs jirċievu wkoll rimborż tal-ispejjeż tal- ivvjaġġar tagħhom biex jattendu għal-laqgħat fi Brussell u Strasburgu. Il- ħlas isir meta jippreżentaw l-irċevuti, sa massimu ta' tariffa tal-ajru 'business class', tariffa tal-ferrovija 'first class' jew €0.50 għal kull kilometru ta' vjaġġar bil-karozza, minbarra allokazzjonjijiet fissi bbażati fuq id-distanza u t-tul ta' żmien tal-vjaġġ li jkopri l-ispejjeż l-oħra tal-ivvjaġġar (bħal pereżempju, in-nollijiet tal-motorways, l-ispejjeż ta' piż eċċessiv tal-bagalji jew tal- ibbukkjar). Ħafna laqgħat tal-Parlament Ewropew, bħas-sessjonijiet plenarji, laqgħat tal-kumitati u laqgħat tal-gruppi politiċi, isiru fi Brussell jew fi Strasburgu. Il-membri ta' spiss ikollhom jivvjaġġaw ukoll barra mill- Istat Membru ta' residenza tagħhom biex jaqdu dmirijiethom għal raġunijiet differenti minn laqgħat uffiċjali (pereżempju, biex jattendu għal konferenza fi stat membru ieħor jew biex jagħmlu żjara ta' xogħol f 'pajjiż ieħor fil-kapaċità tagħhom bħala relaturi). Biex ikopru din l-eventwalità, il-membri jistgħu jirċievu r-rimborż minn allokazzjoni tal- ivvjaġġar fissa ta' kull sena għall-ivvjaġġar tagħhom, l-akkomodazzjoni u l-ispejjeż assoċjati. Ir-rimborż isir fuq bażi tat-tariffa attwali tal- ajru jew tal-ferrovija u fuq preżentazzjoni tal-vawċers rilevanti tal-ivvjaġġar u tad- dokumenti neċessarji. Għas-sena 2014, l-allokazzjoni hija fissa għal massimu ta' €4,243. Konċessjoni ta' kuljum Il-Parlament iħallas konċessjoni lill-MEPs li jkunu preżenti fuq xogħol uffiċjali b'rata fissa ta' €304 kuljum. Dan il-ħlas isir għal kull firma tal-MEP fir-reġistru tal-attendenza li jikkonferma l-preżenza tagħhom. Il-konċessjoni tkopri l-kontijiet tal-lukanda, l-ikliet u kwalunwe spejjeż oħra involuti. Din il-konċessjoni tinqata' b'nofs jekk l-MEPs jitilfu iktar min-nofs il- votazzjonijiet b'sejħa tal- ismijiet fil-ġranet meta jseħħu l-voti fil-plenarja, anki jekk ikunu preżenti. Għal laqgħat lil hinn mill- UE, il-konċessjoni hija ta' €152 (għal darba oħra bil- kundizzjoni li jiġi ffirmat ir-reġistru) fejn il-kontijiet tal-lukanda jiġu rimborżati separatament. L-MEPs jistgħu wkoll jagħżlu l-ħaddiema tagħhom skont baġit stabbilit mill- Parlament. L-assistenti akkreditati, ibbażati fi Brussell (jew il-Lussemburgu/ Strasburgu) huma amministrati direttament mill-amministrazzjoni tal-Parlament, skont kundizzjonijiet ta' impjieg tal-istaff mhux permanenti tal-UE. L-assistenti bbażati fl- istati membri tal-MEPs huma f 'idejn aġenti tal-ħlas kwalifikati, li jiggarantulhom l-arranġamenti xierqa tat- taxxa u tas-sigurtà soċjali. Fl-2014, l-ammont massimu fix-xahar disponibbli għall- ispejjeż involuti hu ta' €21,209 għal kull MEP. L-ebda wieħed minn dawn il-fondi ma huma mħallsa lill-MEPs infushom. Sa kwart minn dan il-baġit jista' jintuża għal servizzi minn fornituri ta' servizzi magħżula mill-MEP, bħall- kummissjoni ta' studju minn espert dwar suġġett partikolari. B'mod ġenerali, l-MEPs huma pprojbiti milli jkollhom nies li jiġu minnhom impjegati fost il-ħaddiema tagħhom. Ir-renumerazzjoni tal-MEPs Is-salarju bażiku gross ta' kull xahar tal-MEPs hu ta' €8,020 u hu meħud mill-baġit tal-Parlament

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 May 2014