Illum previous editions

illum 25 May 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/318024

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 25 ta' Mejju 2014 Għawdex: Int djamant John Busuttil jbusuttil@mediatoday.com.mt 300 persuna fl-iskema 'Greener & Cleaner' FIL5 ta' Mejju tnehdiet skema ġdida f 'Għawdex, Greener & Cleaner Gozo. Skema fejn persuni inattivi jew li qed jirreġistraw għax-xogħol setgħu jieħdu esperjenza ta' xogħol, jgħinu fit-tindif tal- ambjent u fl-istess ħin jitħallsu. Kienu madwar 300 persuna li rreġistraw għal din l-inizjattiva maħluqa mill- Ministeru għal Għawdex bil-kollaborazzjoni tal-ETC. Min minnhom għażel li jaħdem għal 20 siegħa fil- ġimgħa jitħallas €75 u dawk li ddeċidew li jaħdmu 40 siegħa fil-ġimgħa jitħallsu €145. L-akbar ammont li daħlu għal din l-iskema kienu n-nisa. Il-parteċipanti qed jingħataw l-espożizzjoni tax-xogħol kemm mid- dipartiment tal-proġetti u żvilupp fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, kif ukoll mis-settur privat u NGOs. Dawn li qed jipparteċipaw f 'din l-iskema jibqgħu fuq il-kotba tal-ETC u għaldaqstant ma jkunux marbuta b'ebda kuntratt għalkemm il-parteċipanti se jkomplu jagħmlu dan ix- xogħol għal ħames xhur. Interessanti li bħalissa Għawdex minn kull fejn tgħaddi tara nisa jnaddfu pjazez, postijiet pubbliċi u governattivi, irġiel jirranġaw ħitan tas-sejjieħ, tindif ta' bajjiet u anke għaddasa jnaddfu l-baħar. Bħala parti mill-kampanja, membri tal-GTA (Gozo Tourist Association) organizzaw inizjattiva x-Xatt l-Aħmar fejn membri tal-kunsill tal-GTA naddfu l-kosta bejn l-Imġarr u l-bajja Għajnselmiża, ix-xatt l-Aħmar. Apparti fliexken u kaxxi tal-plastik, skrataċ u karti, ġew miġbura wkoll, bieba ta' friġġ, xkafef tal- ħadid u ħbula tan-nylon. Fl-istess waqt il-Ministeru qed jagħmel kampanja sħiħa biex Għawdex jinżamm aktar nadif fejn 12-il skola, 4 għaqdiet tal-NGOs, 10 kumpaniji tal-għadis, u 2 lukandi (Grand Hotel u Kempinsky) ħadu sehem f 'kampanja ta' kuxjenza fl-istess żmien. Din il-kampanja qed tissejjaħ Love Gozo Live Green. Jitwaqqaf il-Kunsill Reġjonali taż-Żgħażagħ ILLUM ġie mwaqqaf il-Kunsill Reġjonali taż-żgħażagħ Għawdxin fil-preżenza tal-Ministru għal Għawdex Anton Refalo. Il-Ministru Refalo stqarr li ż-żgħażagħ huma l-futur ta' pajjiżna. Il- Ministru għal Għawdex qal, "Ilha tissemma l-ħtieġa li ġewwa Għawdex jitwaqqaf dan il-Kunsill Amministrattiv. Illum qegħdin nattwaw wegħda oħra ta' dan il-gvern biex verament nagħtu vuċi liż- żgħażagħ tagħna u biex jikkontribwixxu għall- iżvilupp ta' Għawdex." Il-Kunsill Reġjonali taż- Żgħażagħ għandu l-għan li jkun vuċi effettiva għaż- żgħażagħ Għawdxin u jgħinhom jipparteċipaw b'mod aktar effettiv fil-ħajja amministrattiva, soċjali, ekonomika, kulturali u edukattiva tal-gżira. Jgħin ukoll lill-gvern li jsib interlokutur għas-settur. Mill-bidu nett ta' din il-leġislatura, il-Ministru għal Għawdex beda jiltaqa' mal-partijiet interessati biex jifhem iktar il-bżonnijiet taż-żgħażagħ Għawdxin. Ilkoll nafu x'inhuma l-bżonnijiet tagħna Skema għal persuna qiegħda biex jaħdmu u jsebbħu l-Għawdex "Illum qegħdin nattwaw wegħda oħra biex nagħtu vuċi lil dawn iż-żgħażagħ" – Anton Refalo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 May 2014