Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/318024
18 illum | Il-Ħadd 25 ta' Mejju 2014 I li ngħid li f 'pajjiżna hawn ċertu arja ta' għejja elettorali, għalkemm ma għandux ikun. Għalhekk din l-elezzjoni hi importanti, mhux għall-pajjiż biss, iżda biex inkunu nafu fejn qiegħda l-istamina elettorali tal- poplu poplu Malti. Din l-elezzjoni mhux marbuta mal-poter lokali. Fis-sens, kemm għall-Maltin u kif ukoll għall- partiti, hija l-elezzjoni ġenerali li tippremja lill-partit rebbieħ bil- veru poter lokali. Għall-Maltin, il-Parlament Ewropew qatt ma kien meqjus bħala ċ-ċavetta għall- Gvern ta' veru. Aktar minn hekk, il-mexxejja tan-Nazzjonalisti, biex jimminaw l-importanza ta' din l-elezzjoni, għaliex kull darba tilfuhom, dejjem ħarġu b'dikjarazzjonijiet li għamlu ħsara. Iżda indipendentament mill-mod kif jaħsbuha l-politiċi f 'pajjiżna dwar dawn l-elezzjonijiet, illum huwa aktar minn ċar li dawn l-elezzjonijiet għadhom jinħassu 'l bogħod minn nies. Il-Parlament Ewropew għadu perċepit bħala xi istituzzjoni kbira iżda mingħajr saħħa. Darba politiku Franċiż iddeskriva lill-Parlament Ewropew bħala gendus kbir li ma jistax ikollu tfal. Waħda mir-raġunijiet li ħafna popli Ewropej iħossuhom bierda lejn il-Parlament hi, għaliex fih ma jilmħux magna effettiva li tassew tista' ttejbilhom il-kwalità tal-ħajja tagħhom. Aktar qisu kaxxa li tiffabbrika l-kliem iżda mhux il-fatti. Iżda s-sensazzjoni li min għandu l-muftieħ għal bieb ta' Kastilja għandu kollox, xorta tibqa' qawwija. Is-sensazzjoni li ħafna jridu jmorru Brussell għal speċi ta' xalata tinħass. Hawn iridu li jitilgħu Brussell mhux biex jaraw kif jaħdem il-Parlament, iżda biex jagħmlu xi ftit "shopping", jieklu xi ikla tajba f 'xi ristorant jew iżuru Naqbdu l-Gendus minn Qrunu MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI ILBIERAĦ Malta vvutat biex teleġġi sitt deputati fil-Parlament Ewropew. Għaddejna ġimgħat sħaħ fejn il-kampanja baqgħet imkaħħla mal-ħsieb partitiku li Malta donnha kkundannata li tibqa' marida bih, bl-aktar mod kroniku. Intilfet l-opportunità biex għaxar snin wara d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, il-Maltin ikollhom aktar konoxxenza ta' x'inhi l-UE, x'inhuma l-fatturi li jiddistingwuha u x'inhuma l-prijoritajiet tagħhom illum, fl-2014. Il-ġlied parrokjali Malti (saħansitra l-Prim Ministru tlaqqam salesman) aljena kważi għal kollox lill-poplu Malti mis-sustanza dwar l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew. Ix-xandir reġa' ħoloq spazju għall-ġlied bejn is-sriedaq tal-partiti, bir-rix itir b'mod komiku mal-iskrin. Fostna ma nstema' assolutament xejn dwar id-dibattiti tal-European Broadcasting Union (EBU) li f 'nofs dan ix-xahar tqassmu fost aġenziji bħall-BBC, ir-RAI u TFI. X'TGĦALLMU L-VOTANTI MALTIN? Lanqas ma kien hemm opportunità biex il-Maltin ikollhom idea dwar x'inhuma l-prospetti tal-gruppi politiċi ewlenin (il-Partit Popolari, il- Grupp tas-Soċjal-Demokratiċi u l-grupp tal-Ħodor). Il- predizzjonijiet sat-8 ta' Mejju kienu 26.5% għall-Grupp Popolari, 26.1% għas- Soċjalisti, 11.1% għal-Liberali u 6.7% għall-Ħodor. S'għada nkunu nafu r-riżultat propju. Imma ftit huma l-eletturi Maltin li jafu kemm huma varjati l-bosta formazzjonijiet oħra li kkontestaw l-elezzjonijiet tal-bieraħ, mill- federalisti san-neofaxxisti. Nistgħu ngħidu li waqt il- kampanja f 'Malta, kienet biss il-Knisja li fetħet l-għajnejn dwar il-gruppi tal-lemin estrem li huma ta' theddida għall-kontinent Ewropew. Filwaqt li fakkru dwar l-istorja tal-Ewropa fis-seklu għoxrin, gruppi bħall-Caritas u ċ-Ċentru għall-Fidi u l-Ġustizzja nnutaw kif in- nazzjonaliżmu estrem qed iqajjem rasu fl-Ewropa, bil- konsegwenza li qed jiżdiedu s-sentimenti razzisti u dawk kontra emigranti vulnerabbli fqar li tilfu kollox. X'WIEGĦED JUNCKER Hemm ħafna x'tgħid dwar il-mod kif il-problema intensa ta' dawk li qed ifittxu l-kenn minħabba t-traġedji f 'pajjiżhom, fil- kampanja f 'Malta bilkemm issemmew. Kellu jkun Jean Claude Juncker, kandidat għall-Presidenza tal-Unjoni Ewropea li waqt żjara qasira f 'Malta wiegħed li jekk ikun president tal-UE fil-ħames snin li ġejjin se jagħti prijorità sħiħa lill-fenomenu tal- immigrazzjoni. Iżda Juncker hu wkoll il-bniedem li mbotta kemm felaħ għall-awsterità li ġabet miljuni ta' ċittadini Ewropej għarkupptejhom. Żgur li min se jkollu l-Presidenza tal-UE fis-snin li ġejjin (u dan fattur ieħor li l-elettorat Malti tħalla fil- għama għal kollox dwaru) irid jara kif se jikkontrolla ż-żieda ta' estremiżmu mil-lemin u anki mix-xellug. F'Jannar li għadda, il-president preżenti, Barroso, wissa li l-Ewroxettiċiżmu se jiżdied, f 'forma ta' battalji bejn id- demokrazija nazzjonali u d-demokrazija statali tal- Unjoni Ewropea nfisha. F'dan ix-xenarju kumpless il-Maltin reġgħu nġarru minn sens ta' battalji lokali, fuq l-istil ta' traġi-kummiedja tas-sala parrokjali (anki b'sejħiet eċċentriċi għal żmien "is-suldati tal-azzar, appell li ħafna Maltin progressivi kienu ttamaw li ndifen). Kif jista' l-Prim Ministru jappella biex iż-żgħażagħ ikunu l-ambaxxaturi ta' Malta u fl-istess ħin ifakkar li f 'Malta kien jeżisti dinosawru li, li kien għalih, lanqas għandhom kompjuter? L-ALTERNATTIVA U L-KRIETEL TAL-MAFJA Imma xi argument ta' sustanza kien hemm ukoll. L-Alternattiva Demokratika, ngħidu aħna, għarrfet lill- Maltin li krietel mafjużi kienu qed jieħdu "kuntratti" biex jixtru vapuri nofs kedda, jgħabbuhom bi skart kimiku tossiku u jarmuhom fil-Mediterran, sewwa sew bejn Calibria u Malta. Taħt imneħirna. Lanqas dwar dan, il- kandidati Maltin għall- Parlament Ewropew ma qalu xejn. L-istess bħalma ma qalu xejn dwar in-nuqqas ta' determinazzjoni tal-UE biex iċ-ċittadini jkunu mħarsin, mhux biss mill-ksenofobija u x-xoviniżmu, imma mid-diżastru li qed iseħħ minħabba l-bidla fil-klima. Daqt inkunu nafu x'inhu l-verdett tal-Maltin. Sadanittant, kellhom biex jaljenahom, il-Karnival ta' qabel il-Eurovision fuq TVM: Ritwal annwali li jippermetti gruppi ta' privileġġjati jitilgħu jsegwu x'ikunu qed jagħmlu l-kantanti Maltin fil-Festival u li jipprovdi lit-telespettaturi b'divertiment innoċenti, banali u passiv. IS-SIMSHAR U L-CANADIAN LOOK Xi ħaġa differenti għal kollox. Dwar it-traġedja tas- Simshar inħadem film. S'hawn kollox sew, sakemm il-missier ta l-kunsens tiegħu. Imma għall-ftuħ tal-film f 'teatru f 'Buġibba kien organizzat premiere. Waqt il-programm Malta Llejla (NET TV) kien hemm grupp ta' mistednin-preżentaturi jiddeskrivu kif libsu għas- serata, min libbishom, xi drapp għażlulhom, u l-bqija. It-traġedja tas-Simshar spiċċat titħallat mal-Made in Italy jew il-Canadian Look. Ma nistax nikkonkludi fejn tibda u fejn tispiċċa l-linja etika. Dan pajjiż kurjuż u dejjem aktar kurjuż. L-ELEZZJONI GĦALL-MEP U L-ĠLIED TAS-SRIEDAQ D in il-ġimgħa l-Ministru Konrad Mizzi ħabbar li l-Gvern iffirma l-kuntratt mal-kumpaniji li jiffurmaw il-konsorzju li ngħata d-dritt li jibni powerstation ġdida tal-gass u li jissupplixxi l-gass lil Malta għal tmintax-il sena. Wieħed ma stenniex li dan il-kuntratt ġie ffirmat mingħajr pubbliċità ta' xejn, tant li kien hemm dubji jekk verament ġiex iffirmat. Ħaġa tal-iskantament ukoll hi li kundizzjoni importanti tal-'espressjoni tal-interess' li kien ħareġ il-gvern Malti ġiet miksura mal-ewwel radda tas- salib. Dan il-konsorzju magħmul minn kumpaniji kbar bħal Siemens u l-kumpanija taż-żejt tal-Ażerbajġan kif ukoll oħrajn importanti fosthom tlieta lokali ma kinux kapaċi jħallsu €30 miljun mal-firma kif kien mitlub imma ngħata żmien sabiex iħallas. €30 miljun hija ċifra mdaqqsa imma ċkejkna ħdejn il-kapital meħtieġ sabiex jinbena dan il-powerstation. Meta wieħed iqis li dan il-powerstation suppost ikun lest fil-bidu tas- sena d-dieħla, dan id-dewmien sabiex jiġi ffirmat il-ftehim meta l-permess tal-MEPA ilu x-xhur li ħareġ ma jawgura xejn tajjeb għall-proġett daqshekk kritiku. It-termini tal-kuntratt mhumiex magħrufa li m'huwa xejn pożittiv meta huwa daqshekk importanti għall-futur ekonomiku tal-pajjiż. L-evoluzzjoni ta' dan il-proġett kienet mistura f 'segretezza xejn mixtieqa bil-gvern jonqos li jpoġġi l-karti kollha fuq il-mejda mal-ewwel radda ta' salib. Ta l-impressjoni li għandu x'jaħbi u ppubblika r-rapporti li kkummissjona wara pressjoni pubblika, rapporti li jidhru li saru bl-għaġla taħt pressjoni ta' dati ta' skadenzi impossibbli u spiss fil- forma ta' rapporti preliminari. Il-gvern qiegħed jipprova jnaqqas il-prezz għoli tal-enerġija elettrika f 'pajjiżna minħabba li s'issa għandna sistema iżolata li tiddependi fuq il-ħruq ta' fuel bħal diesel jew heavy fuel oil. Skond rapport ta' Moody's Investors Service tat-18 ta' Settembru 2013, il-ġenerazzjoni tal-elettriku tikkostitwixxi 72% tal-kont tal-fuel tal-pajjiż. Għaldaqstant, l-għan tal-gvern huwa żgur objettiv ammirevoli. Meta bdiet il-kampanja elettorali tas-sena l-oħra, l-ewwel ġimgħat ġew iddominati bil- proposta tal-partit Laburista li jinbena powerstation ġdid bil-gass fi żmien tnejn u Ftit Riflessjonijiet fi Żminijiet Aġitati TONI ABELA JOE ELLIS YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt