Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/318024
Il-Ħadd 25 ta' Mejju 2014 | illum 19 Naqbdu l-Gendus minn Qrunu x'imkien sabiħ. Meta darba tlajt ma' grupp ta' Maltin għal żjara li kellha tkun ta' familjarizzazzjoni mal-Parlament Ewropew, ħafna bdew iħarsu lejn l-arloġġ biex jaħarbu jiġru 'l barra. Flok urew interess kif jaħdem il-Parlament Ewropew, ħafna minnhom bdew jistaqsu fejn qegħdin is-swieq. Ftit tal-jiem ilu, jiena, flimkien ma' sħabi tal-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista ltqajna mal-Kap tas-Soċjalisti Ewropew Iannes Swoboda. Waħda mill- affarijiet li għednielu hi, li fost il- popli Ewropej hemm ċertu bruda u apatija biex joħorġu jivvotaw fl-elezzjoni tal-Parlament u jekk mhux ser jiġri xi ħaġa ta' malajr, ix-xettiċi u dawk li huma kontra l-proġett Ewropew se jkomplu jissaħħu. Kullimkien fl-Ewropa hemm xi ħadd li jrid ikisser dak li ħolmu Jean Monnet, Robert Schumann u Altiero Spinelli, it-tlett fundaturi tal-Unjoni Ewropea. Il- partiti tal-estremiżmu se jmorru tajjeb kullimkien. Mhux għax dak li jgħidu huwa tajjeb, iżda għaliex min għandu s-setgħa li jbiddel il-ħażin ma huwa jagħmel xejn konkret. Bħalma dejjem għallmet l-Istorja, l-estremiżmu dejjem kiber fejn ikun hemm l-apatija u qtugħ ta' qalb ta' min iħossu esasperat u ma jista' jagħmel xejn. Hekk qiegħed jiġri fl-Ewropa issa. Huwa l-mument li nibdew nixtarru sewwa xi jrid isir, qabel ikun tard wisq. Irridu nistaqsu għaliex il-Parlament Ewropew huwa daqshekk 'il bogħod minn min huwa moderat iżda jista' jispiċċa biċċa għodda f 'idejn min hu estremist. Waħda mir- raġunijiet hija dik li l-veru poter tal-Unjoni Ewropea mhux f 'idejn min ikun elett iżda f 'idejn dawk li jkunu magħżulin. F'idejn il- Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill tal-Ministri jew il-Gvernatur tal- bank Ċentrali Ewropew. L-unika organu li huwa elettiv ma tantx għandu saħħa għalkemm fih hemm 750 persuna eletti mill- popli Ewropew. Kbir iżda bla saħħa. Gendus kbir li ma jistax ikollu tfal! Biex forsi nagħti ftit eżempji ta' dak li qed ngħid insemmi biss tliet punti. Il-Parlament Ewropew ma jistax jimponi taxxi. Hija il-Kummissjoni li tagħmel dan. Għalhekk il-prinċipju ta' "no taxation without representation", wieħed mill-pilastri tal- elezzjonijiet demokratiċi huwa strettament ineżistenti. Mentri l-Parlament fejn jidħlu salarji, renumerazzjoni, ħlas ta' safar u lukandi tal-membri tiegħu għandu s-setgħa li jagħmel li jrid. Hija ħaġa magħrufa li l-Membri tal-Parlament Ewropew igawdu minn pakkett ta' inċentivi finanzjarji ġenerużi. Dan il-fattur biss inaqqas xi ftit mir-rispett li jistħoqqlu dan il-Parlament. Jistħajluh Parlament li jaħseb għalih innifsu iżda mhux għan- nies. Aktar importanti, anke fejn jidħlu liġijiet, il-magna li verament tagħmilhom, mhux il-Parlament Ewropew għalkemm għandu ċertu poteri limitati, iżda hija l-Kummissjoni Ewropea. Kull Parlament huwa intrinsikament marbut mat-tfassil u l-pubblikazzjoni tal-liġijiet. Anzi l-Parlament huwa sinonimu mal-liġijiet. Iżda dan mhux il-każ tal-Parlament Ewropew. Il-fatt li Parlament għandu defiċċjenza daqstant gravi, tneħħilu ħafna mill-importanza li suppost għandu f 'għajnejn in-nies. Infatti l-President tal-Parlament Ewropew għandu importanza minuri ħdejn il-President tal- Kummissjoni. Meta l-Ewropa kienet għarkopptejha minħabba l-kriżi finanzjarja, b'ħafna jitilfu kull m'għandhom, il- Parlament Ewropew ma kienx ta' salvawomo għall-bniedem komuni tat-triq'. Il-Parlament aktar milli protagonist, kien speċi ta' spettatur. Ma kellu ebda għodda effettiva biex jintervjeni u jaqbeż għan-nies. Is-saħħa li tagħti tingħata "bail out", isir self u jinġabru l-imgħaxijiet kienet f 'idejn troika politika li kienet magħmula mill-Kummissjoni Ewropea, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-Fond Internazzjonali Monetarju. Tliet istituzzjonijiet li ebda waħda minnhom ma hija eletta minn nies. Meta f 'diversi Parlament madwar l-Ewropa, bdew jitneħħew nies eletti biex flokhom jidħlu teknokratiċi mhux eletti, il-Parlament Ewropew ma seta' jagħmel xejn! Għalhekk nifhem għaliex aktar jgħaddi ż-żmien, l-interess ta' ħafna popli fl-Ewropa fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew qiegħed aktar jintilef. Iċ-ċifri jitkellmu waħedhom. Fl- 1979 kien 63% li ħarġu jivvotaw fl-elezzjoni għall-Parlament Ewropew. Fl-2009 niżlu għall- 43%. Fost dawk li huma taħt il-25 sena, 29% biss ħarġu jivvotaw. Fil- fehma tiegħi dawn huma numri li jallarmaw. Li ma nistax nifhem hu, kif il-bozza ħamra xegħlet u ħadd mhu jagħmel xejn. Meta n-nies joħorġu jivvotaw ikunu jridu li jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom. Biex ikunu jistgħu jagħmlu dan iridu jemmnu li l-Istituzzjoni li qegħdin jafdaw, għandha s-saħħa li twettaq dan. Ħafna mhumiex jaraw din il-possibbiltà fil-Parlament Ewropew. Għalhekk ikun tajjeb li membri Parlamentari Maltin fil-Parlament Ewropew u b'mod speċjali dawk li se jkunu eletti, flok joqogħdu jintilfu fuq kwistjonijiet ta' importanza żgħira, apparti li jiġġieldu għad-drittijiet tagħna, jiġġieldu biex dan il-Parlament fi Brussell isir wieħed ta' veru. Jekk mhux ser isir hekk malajr kemm jista' jkun, hemm il-biża' li l-proġett Ewropa jitkisser u minflok jissaħħaħ l-estremiżmu fil-qalba tal-Ewropa! Din hija l-aħħar ħaġa li għandha bżonn id- dinja li qegħdin ngħixu fiha llum. għoxrin xahar u l-konverżjoni tal-powerstation tat-tieni fażi ta' Delimara, dik hekk imsejħa tal-BWSC, mill-heavy fuel oil għal gass wara l-2015. Il-konsumaturi domestiċi ġew imwiegħda wkoll tnaqqis ta' 25% fil-kontijiet tad- dawl minn April 2014 u dawk kummerċjali tnaqqis mis-sena 2015. Fl-ewwel ħmistax tal- kampanja elettorali, assistejna għal dibattiti mqanqlin dwar din il-proposta. Konrad Mizzi, li ftit kienu semgħu bih, sar preżenza kontinwa fuq it-televiżjoni u l-proposta Laburista rrisonat ma' parti kbira tal-elettorat. Madankollu, wieħed ma jistax ma josservax li l-kuntest ta' kampanja elettorali huwa qajla l-iktar wieħed ideali sabiex jiġi determinat l-pjan nazzjonali tal- enerġija. Minflok ma saru studji bil-galbu sabiex jiġi determinat kif l-aħjar jitnaqqas il-prezz tal-produzzjoni tal-elettriku f 'pajjiżna, il-Partit Laburista mill-Oppożizzjoni ħa deċiżjoni li jinbena mill-privat powerstation ġdid ta' 215MW li jaħdem bil-gass u li jbigħ l-elettriku lil Enemalta. Oriġinarjament, il-proposta kienet li l-gass jiġi maħżun fi tliet tankijiet kbar fuq l-art. Il- Partit Nazzjonalista kien dlonk ikkritika din l-proposta għaliex sostna li kienet tinvolvi l-bini ta' tlett tankijiet daqs il-koppla tal-Mosta fuq art riklamata li kienet tirrikjedi konsolidazzjoni. Madankollu, il-konsorzju magħżul skarta din l-possibilità u issa l-gass ser jinħażen f 'tanker li jsea' mija u erbgħin elf metru kubu li ser jiġi ankrat fil-bajja ta' Marsaxlokk. Din l-għażla fiha bosta vantaġġi għall-konsorzju ElectroGas għaliex ser jevita li jibni tankijiet li jiswew ferm aktar u jieħdu ħafna aktar żmien biex jinbnew. Madankollu, it-tanker li ser isorġi f 'Marsaxlokk huwa tat- tip imsejjaħ "floating storage unit" (FSU) u m'għandhux il-faċilità li l-gass maħżun f 'forma likwida f 'temperatura ta' xi -160 grad Celsius jinbidel mill-ġdid f 'gass. Dan il-proċess ta' rigassifikazzjoni ser isir fuq l-art u minħabba f 'hekk, il-vapur bilfors irid ikun qrib l-art. Tajjeb li wieħed jgħid li waqt it-trasport, il-gass jinħażen f 'forma likwida għax b'hekk, jieħu biss wieħed minn sitt mija tal-volum li altrimenti jieħu kieku jibqa' gass. Il-gass jinżamm f 'forma likwida f 'tankijiet issigillati sew fi pressjoni qrib dik tal-atmosfera sabiex jinġarr minn naħa għall-oħra tal-globu. Iż-żieda fil-prezz taż-żejt f 'dawn l-aħħar għexieren ta' snin kif ukoll l-iskoperta ta' gass abbundanti f 'bosta pajjiżi ta' lok għal żieda kbira fil-produzzjoni tal-gass fid- dinja li ttriplikat minn 50 miljun tunnellata fl-1990 għal 160 miljun tunnellata fl-2007. Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed jinstab gass u bl-użu tat-teknoloġija ġdida magħrufa bħala "fracking", qed jiġu sfruttati sorsi ġodda ta' gass, speċjalment fl-Amerika. Il-gass nitroġenu likwidu (gnl) għandu wkoll il-vantaġġ li hu relattivament nadif b'emissjonijiet ta' dijossidu tal-karbonju (CO2) xi 30% anqas mill-pitrolju u xi 45% anqas mill-faħam. Fil-konferenza riċenti ta' The Economist f 'Malta, Tony Hayward, eks-kap eżekuttiv ta' BP u li llum imexxi Genel Energy stqarr li l-gass amerikan tant hu abbundanti li l-gass jista' jinbiegħ fi kwalunkwe parti tal- globu mhux aktar minn $11-il miljun British Thermal Unit (mmBTU). Ċertament dan hu l-każ fl-Ewropa fejn f 'Novembru li għadda l-gass kien qed jinbiegħ bejn $10.40 u $10.90-il mmBTU. Minħabba f 'hekk, il-prezz tal- faħam niżel konsiderevolment imma paradossalment, fl-Ewropa l-użu tal-gass naqas b'10% f 'dawn l-aħħar tliet snin minħabba aktar enerġija mill-faħam u minn sorsi rinovabbli. Ir-riżultat aħħari hu li minkejja r-riċessjoni li laqtet il-kontinent, l-emissjonijiet ta' CO2 qed jiżdiedu. Fl-istess ħin, bosta produtturi tad-dawl fil-kontinent qed inaqqsu l-kapaċità ta' ġenerazzjoni ta' dawl. RWE, operator Ġermaniż għadu kemm ħabbar li ser inaqqas definittivament 6000MW u possibilment 900 MW ta' ġenerazzjoni ta' dawl bl-għeluq permanenti jew temporanju ta' powerstations tal-gass jew tal- faħam. Dawn il-fatturi kollha kellhom jittieħdu inkonsiderazzjoni fil- formulazzjoni tal-aħjar politika enerġetika għal pajjiżna. Minflok, il-pajjiż ser jilgħab imħatra li l-bini ta' powerstation ġdid bil-gass huwa l-aħjar triq sabiex inaqqas il-prezz ta' produzzjoni tal-enerġija. Dan minkejja li bl- interkonnettur se jkun possibbli li tinxtara enerġija elettrika mill- kontinent, possibilment bi prezz ferm irħis minħabba eċċess ta' produzzjoni. Hemm bosta aspetti tal-pjanijiet tal-gvern li mhuma ċari xejn. S'issa għadna ma nafux b'liema prezz se jinxtara l-gass mill- Ażerbaijan. Meta wieħed iqis li l-pajjiż ser jintrabat li jixtri l-gass għal tmintax-il sena, wieħed jistenna li jiġi ċċarat kif ser jiġi pprezzat il-gass matul dan il-perjodu wara l-ewwel ħames snin ta' prezz garantit. Huwa vitali wkoll li wieħed isir jaf kif se tinxtara l-enerġija elettrika mingħand l-ElectroGas u anke mix-Shanghai Electric Company li se tixtri l-impjant tal-BWSC. Skont ir-rapport ta' Moody's, dan l-impjant tal-BWSC naqqas il-prezz tal-produzzjoni tad-dawl għal €0.11-il unit minn €0.17/0.18-il unit. Fil-parlament issemma li l-prezz tad-dawl tal-ElectroGas ser ikun €0.09,6-il unit, ftit irħas minn dak tal-BWSC li s'issa ma jużax il-gass. Barra minn hekk, waħda mill-komponenti tal-ElectroGas, Gasol kienet stqarret pubblikament li l-gvern Malti ggarantixxa li l-konsorzju jirkupra l-kapital kollu tiegħu, anke jekk ma jipproduċix enerġija kif ukoll li jixtri l-enerġija kollha li l-konsorzju se jipproduċi, anke jekk il-pajjiż ma jkollux bżonnu. Mill-banda l-oħra, intqal li kwart biss tal-kapaċità tal- interkonnettur li ser jiswa € 100 miljun ser tintuża. Aspett ferm kontroversjali huwa t-tanker li ser jiġi sorġut f 'Marsaxlokk bil-ħażna tal- gass. Għalkemm it-teknoloġija għamlet passi kbar sabiex tiġi evitata ripetizzjoni tad-diżastru ta' Cleveland fl-1944 li fih mietu 128 ruħ u dak aktar riċenti tal-2004 fi Skikda fl-Alġerija li fih mietu 27, ir-rapporti kollha li wieħed jara jisħqu fuq il-ħtieġa li tinżamm distanza adekwata bejn il-ħażna tal-gass u l-impjanti industrijali u l-bini residenzjali. Kif semma xi ħadd, l-użu tal-gnl jinvolvi riskju baxx, probabilità żgħira imma konsegwenzi tremendi jekk xi ħaġa tmur żmerċ. Jekk jiġri xi diżastru, barra t-telf ta' ħajja umana, pajjiżna jista' jispiċċa mingħajr il-powerstations tiegħu. Xenarju tant katastrofiku li għandu jiġi evitat akkost ta' kollox. Wieħed kien ikun ferm aktar komdu kieku minflok l-użu ta' "FSU" sorġut f 'Marsaxlokk, intuża "FSRU" ferm il-barra mill-port li barra li jaħżen il-gnl, jirrigassifikah sabiex jintbagħat bil-pipeline lejn il-powerstations. Fid-dawl ta' dan kollu, huwa ferm għaqli li l-gvern ma tefax fil- ġenb l-idea tal-gvern preċedenti ta' pipeline li permezz tiegħu l-gass jinħatt fil-baħar barra minn Malta sabiex jissupplixxi lil Malta u anke lill-Ewropa kontinentali. Anke hawn irridu naraw kif il-ftehim mal-ElectorGas se jinfluwixxi fuq din l-għażla strateġika. Twitter - @ellisjoseph Ftit Riflessjonijiet fi Żminijiet Aġitati