Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/318024
Il-Ħadd 25 ta' Mejju 2014 | illum 31 SPORTSillum L-Istorja tat-Tazza tad-Dinja Kurżitajiet dwar l-Istorja tat-Tazza tad-Dinja L-ewwel Tazza tad-Dinja saret -1930 Ma saritx -1942 u -1946 minħabba t-Tieni Gwerra Dinjija Brażil l-aktar li rebħuha: 5 Ronaldo (Brażil) għandu r-rekord tal-aktar plejer li skorja gowls t-Tazza tad- Dinja: 15 L-ewwel Tazza tad-Dinja saret -Urugwaj -1930. L-ewwel karta ħamra ħadha Carlos Caszely -1974. L-iżgħar plejer li qatt lagħab: Norman Whiteside (Irlanda ta' Fuq) -1982 ta' 17-il sena u 41 ġurnata. L-akbar attendenza kienet l- nali tal-1950: 199,854 ruħ. L-aktar tim li qatt skurja f 'edizzjoni waħda tat-Tazza tad-Dinja: Ungerija: 27 gowl -1954. L-aktar tim li ġie eliminat -ewwel rawnd: Skozja: 8 darbiet. L-ewwel Tazza tad-Dinja rebħuha l-Urugwaj. L-ewwel pajjiż Ewropew li organizza Tazza tad-Dinja kien l-Italja -1934. L-aħjar pożizzjoni li qatt ġew ha l-Kamerun hija t-tmein post -1990. Kemm -il darba ġew it-tieni l-Brażil? Darbtejn: 1950; 1998 L-aktar gowl li ġie skurjat kmieni kien minn Hakan Sukur (Turkija) wara 11-il sekonda -2002. L-2,000 gowl tat-Tazza tad-Dinja skurjah Marcus Allback tal-Isvezja -2006. Tradizzjonalment, l-Adidas jagħmlu l-blalen li jintużaw għat-Tazza tad-Dinja. Jieħdu sehem 32 tim. Seba' pajjiżi di erenti rebħu t-tournament xi darba. Pajjiż wieħed biss ħa sehem dejjem -edizzjonijiet kollha -Il-Brażil Il- nali tat-Tazza tad-Dinja tal-2006 rawha madwar 715.1 miljun ruħ. Qabel l-1970 it-tazza kien jisimha Jules Rimet It Tazza nsterqet -1983. It-Tazza tad-Dinja hija għolja 36 ċm. L-aktar tim li ġie t-tielt huwa l-Ġermanja (1934; 1970; 2006). L-aktar tim li rebaħ logħbiet huwa l-Brażil 64 rebħa. L-aktar tim li tilef logħbiet huwa l-Messiku 22 telfa. L-aktar tim li skorja gowls huwa l-Brażil b'201 gowl L-aktar tim li qala' gowls huwa l-Ġermanja bi 112-il gowl L-anqas tim li qala' gowls huwa l-Angola L-aktar żewġ timijiet li ltaqgħu kontra xulxin huma l-Brażilu l-iSvezja: 7 darbiet L-aktar żewġ timijiet li ltaqgħu kontra xulxin l- nali: Brażil-Italja u Arġentina-Ġermanja L-aktar tim li skurja f 'turnament wieħed: Ungerija 27 gowl L-aktar li għamlu ħin bla ma qalgħu gowl: Italja 517-il minuta -1990. L-aktar pajjiż li ilu jieħu sehem u ma jikkwali kawx għall-fażi nali: Lussemburgu (1934-2010) L-aktar plejers li qatt lagħbu f 'tournaments di erenti huma Antonio Carbajal (Messiku 1950-1966) u Mattheus (1982-1998) L-aktar plejer li rebaħ il-kampjonat: Pele'. L-aktar plejer li lagħab minuti l-fażi nali: Paolo Maldini – Italja – 2,217 minuti bejn l-1990 u l-2002. L-aktar plejer li lagħab bħala captain; Maradona – Arġentina – 16-il logħba bejn l-1986 u l-1994. L-ixjieħ plejer li qatt lagħab: Milla – Kamerun 42 sena u 39 ġurnata. L-aktar plejer li skurja f 'logħba waħda: Oleg Salenko (Russja-Kamerun 1994) L-iżgħar plejer li qatt skorja – Pele – Brażil-Wales 1958 – 17-il sena u 239 ġurnata L-ixjeħ plejer li qatt skorja – Milla – Kamerun-Russja 1994 – 42 sena u 39 ġurnata L-inqas nali li ha ġew skurjati gowls - brażil-Italja 0-0 – 1994 L-aktar turnament li h ġew skurjati gowls – 171 gowls -1998 L-aktar gowler l qala' gowls f 'turnament – Hong Duk-Yung Rep. Korea 1954. L-aktar kowċ li kkowċja – Helmut Schon – Ġermanja Punent – 1966-1978 L-aktar kowċ li rebaħ it-tournament – Vittorio Pozzo – Italja 1934-1938 L-aktar kowċ li kkowċja timijiet – Bora Milutinovic – 5: Messiku, Kosta Rika. Stati Uniti, Niġerja u Ċina. L-aktar plejer li ntwera karti sofor jew ħomor – Zinedine Zidane: Franza 1998- 2006 u Cafu: Brażil 1994-2006 L-aktar pajjiżi li tilfu wara penalty shoot-out: l-Ingilterra u l-Italja - 3 immens b'kontrattakki veloċi li qabdu lill-Brażil darbtejn. Mill-istess Grupp A, il-Jugoslavja għelbet lill- Iżvizzera 3-0 b'żewġ gowls skorjati minn Tomašević. Huma wrew il-progress kbir li kien sar fil-logħba f 'pajjiżhom, b'rebħa kbira kontra l-Messiku: 4-1 f 'Pôrto Alegre. Fil-logħba deċiżiva għal min jirbaħ il-grupp il- Brażil għeleb lill-Jugoslavja 2-0. Fi Grupp B, Spanja rebħu l-logħob kollu tagħhom. Fl-ewwel logħba għelbu lill-Istati Uniti 3-1. Din it-telfa lill-Istati Uniti xejn ma qatgħatilhom qalbhom, anzi! Il-kowċ Skoċċiż Bill Jeffrey kien kuntent li f 'qasir żmien kien għaqqad tim kompetittiv, u dan urewh bis- sħiħ erbat ijiem wara f 'Belo Horizonte, kontra l-Ingliżi, biex wettqu waħda mill-ikbar sorpriżi fit-Tazza tad-Dinja. L-Ingliżi kienu bdew tajjeb b'rebħa kontra ċ-Ċilì, fil- Maracanã. Iżda kontra l-Istati uniti l-Ingliżi ħasbu li rebħu l-logħba qabel ma lagħbuha u spiċċaw tilfuha 1-0 b'gowl ta' Joe Gaetjens, li tar minn tulu u bir-ras għeleb lill- gowlkiper Williams. Fi Grupp C l-Italja sabu għadma iebsa fl-Iżvezja. Verament, is-saħħa tat- Taljani kienet naqset mhux ftit bit-telfa tal- plejers ta' Torino, li kienu mietu f 'inċident tal-ajru. L-Iskandinavi ħarġu rebbieħa 3-2. Dan ir-riżultat kien ifisser li għall-Iżvediżi, il-parità ta' 2-2 mal-Paragwaj f 'Curtibi kien ikun biżżejjed biex jgħaddu għall-aħħar fażi. Fi Grupp D, l-Urugwaj kien l-inqas tim li sab oppożizzjoni biex wasal sal-fażi finali. Dan għaliex il-grupp tagħhom kien kompost minn żewġ timijiet biss wara li kienu rtiraw Franza u t-Turkija. Huma għelbu lill-Bolivja 8-0. L-aħħar fażi, kellha l-format ta' lig. Id- dominanza tal-Brażil dehret ċara bl-ewwel vittmi tagħhom ikunu l-Iżvediżi wara li għelbuhom 7-1. Warajhom kien imiss l-Ispanjoli, li kienu ġejjin minn logħba diffiċli u bilanċjata kontra l-Urugwaj. Dakinhar f 'São Paulo l-logħba intemmet fi draw ta' 1-1. Il-Brażil ma sabux l-istess oppożizzjoni mill- Ispanjoli u għelbuhom 6-1, biex l-aħħar logħba tal-grupp, bejn il-Brażil u l-Urugwaj, kellha tkun deċiżiva għar-rebħ tat-titlu finali. Il-Brażil kellu punt vantaġġ u allura l-Urugwaj riedu jegħlbu lill-Brażil biex jiġu inkurunati ċampjins. Dakinhar tas-16 ta' Lulju 1950, l-attendenza fil- Maracanã kienet waħda rekord. Il-Brażiljani ħarġu fuq l-attakk sa mill-bidu tal-logħba, iżda l-Urugwaj kienu sodi ħafna fid-difiża u żammew lil Ademir u lil sħabu 'l bogħod. It-tliet plejers ta' nofs il-grawnd Zizinho, Ademir u Jair kienu superjuri għal kollox, però sabu l-bravuri tal-gowlkiper Máspoli. Quddiem id-difiża Urugwajana kienu jispikkaw Andrade u Varela li kienu jtajru bla wisq ġentilezza kull ballun li jasal quddiemhom. Ħażin jew tajjeb, hekk għalqet l-ewwel taqsima bil-Brażiljani viżibbilment irrabjati u ffrustrati li ma rnexxilhomx jiskorjaw tal- inqas darba. Iżda dan ma tantx dam ma wasal. Żewġ minuti fit-tieni taqsima u l-Brażil irnexxielhom jegħlbu lil Máspoli. Fraiça għeleb lil Máspoli mill-viċin. Iżda l-Urugwajani ma qatgħu qalbhom qatt. L-isforzi tagħhom ġew ippremjati fis-66 minuta. Il-winger Urugwajan Ghiggia qabeż lill-plejer ta' fuqu Bigode u xeħet kross perikoluż fil- kaxxa, li minnu Schiaffino xeħet fix-xibka. Il-Brażiljani nħasdu, u għalkemm komplew jattakkaw, dan bdew jagħmluh b'mod konfuż. Ghiggia kien qed ikun ta' periklu kontinwu fuq ix-xellug u Bigode ma deherx li seta' jżommu. Proprju minn hawn ġie l-gowl deċiżiv. Ħdax-il minuta mit-tmiem, Ghiggia reġa' għadda mix-xellug, iżda flok ikkrossja, baqa' dieħel fil-kaxxa u għadda l-ballun bejn il-gowlkiper Barbosa u sieq il-lasta. Dan il-gowl kessaħ lill-plejers Brażiljani u l-folla kbira preżenti. Fl-aħħar għaxar minuti l-plejers Brażiljani invadew il-kaxxa l-kbira tal-Urugwaj. Ippruvaw kemm setgħu sabiex jisfurzaw il-gowl tal- parità – li ma wasalx sas- suffara finali tar-referì Ingliż George Reader. Din l-informazzjoni ttieħdet mill-ktieb bil-Malti – L-Istorja tat-Tazza tad- Dinja, miktub minn Ramon Zammit li bħalissa jinsab ghall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin. Il-poster u ċjali tal-edizzjoni tal-1950 l-Brażil