Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/321744
18 illum | Il-Ħadd 01 ta' Ġunju 2014 M hux faċli tbiddel. Meta tipprova tbiddel hemm iċ- ċans li ssib lil dawk il-ħafna li huma komdi bl-istatus quo kontra tiegħek. Min għandu l-għeruq f 'sistema antika jħossu mhedded u jagħmel minn kollox biex il-bidla ma sseħħx. Dan jiġri kull fejn hemm xi tip ta' organizzazzjoni. Minn każin tal-banda sa klabb tal-futbol. Minn kumpanija kummerċjali sa partit politiku. Irrid nammetti li meta sitt snin ilu nbiddlet it-tmexxija tal-Partit Laburista, għalkemm jiena kont u għadni parti minnha, kienu qegħdin isiru ċertu tibdiliet li jiena ma stajtx nifhem mill- ewwel. Dakinhar bdejt nintebaħ li jiena bdejt nixjieħ. Mhux fiż- żmien, iżda minħabba r-rabta twila u antika li kelli ma' ċertu simboli u xorta ta' attitudni politika. Kont nemmen li l-bidla kienet wisq mgħaġġla u taħsad. Meta ħadna d-deċiżjoni li tinbidel l-arma tal-Partit kont wieħed minn dawk li kelli xi riservi. Aktar kont nemmen li kellna naġġornaw l-antika biex tirrifletti ż-żminijiet tal-lum. Meta ftit ftit l-innu tal-Laburisti beda jindaqq ftit anqas minn meeting għall-ieħor b'xi nies jistqasu għaliex dan qiegħed jiġri, kont inħossni daqsxejn konfuż. It-tweġiba dejjem kienet iż-żminjiet qegħdin jinbidlu u jekk ma ninbidlux magħhom konna destinati li mmutu! Id-dubji u l-mistoqsijiet dwar il-bidla li kienet qiegħda issir ma kienu jonqsu qatt. Inbidel il-lingwaġġ politiku tal-partit, inbidlu xi ftit il-kuluri, inbidlet l-attitudni lejn l-istampa u l-kritika li kienet issir. Fejn sa ftit qabel naqra ta' kritika kienet tirvilla lil kulħadd, wasalna sal-punt li ħafna kritika bdejna noħduha b'akatar serenità u Mhux faċli tbiddel MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI BILKEMM laħqu għaddew ħmistax–il minuta mill-għeluq tal-ħin tal- votazzjoni għall-MPE fl-24 ta' Mejju li fuq NET TV, Dr Noel Buttigieg Scicluna, eks ambaxxatur għal diversi pajjiżi, kien qed jgħajjar lill-Partit Laburista li "sar partit tal-LIDL", ibigħ u jixtri kulma jsib, basta jaċċerta ruħu mill-poter politiku. Skont l-eks ambaxxatur, il-PL f 'sena tgħallem jimmanipula kollox, mill- bejgħ tal-passaporti sa qerq fil-wegħdiet dwar ir-roħs fis-servizzi. Fl-analiżi fuq One News, mill-banda l-oħra, l-ekonomista Alfred Mifsud għamel eloġju lill- Partit Laburista u saħaq li f 'erbatax–il xahar, il- moviment ta' Joseph Muscat għadda kull aspettattiva u l-ammont qawwi ta' voti li reġa' ġab, fejn raġa' ħalla l-art lill-Partit Nazzjonalista b'aktar minn 33,000 vot, juri li l-Maltin qed jifhmu li issa għandhom Gvern li "qed jiddeliverja". L-ebda stazzjon ma pprova jinterpreta s-sinifikat ta' 35.2% tal-votanti li ma marrux jivvutaw. 80,000 ċittadin li ma vvutawx. Jew is-6.3% li ma ġabrux id-dokument tal-vot. Bażikament, li aktar Maltin qed iħossuhom innawżjati bit-tip ta' politika parrokjali li qed jiffabbrikaw il-partiti tradizzjonali. Għal ħames ġimgħat sħaħ ta' kampanja li suppost iffukat fuq l-Ewropa, il-Maltin kienu assedjati bi propaganda li kkalkulat li ċittadini ta' dawn il-gżejjer, bejn widnejhom għandhom moħħ daqs piżella. Il- poplu kien sottopost għal xenati, pulċinellati, tixjir tal-idejn, ilħna fi skali għolja u saħansitra t-trażżin bl-idejn biex il-kelliem ikun interrott. F' "dibattitu" (sic) minnhom, Cyrus Engerer, frustrat, dar fuq Mario de Marco u qallu, "Tibqax tmissli idi għax qed iddejjaqni!" Divertiment gratwit. Kummiedja bħal tal- lazzi tas-seklu sittax. Wirt farsesk tat-teatrin, ippreżentat għall-ispettaklu televiżiv f 'Malta Ewropea tas-seklu 21. Dik Malta li din is-sena se tiċċelebra l-50 anniversarju tal- indipendenza tagħha. Iżda meta se tinħeles mid- dipendenza tal-politikanti medjokri tagħha? Min se jifdiha mill-madmad ta' żewġ partiti ossessjonati bil-poter? Kien biss Dr Arnold Cassola, ma' sieħbu Carmel Cacopardo, li pprovda mumenti ta' razzjonali u pprova jerfa' lill-elettorat mill-pitkalija tal-basal jitħassar. Dr Muscat kien moħħu fis-"suldati tal-azzar" u Dr Busuttil fil-produzzjoni ta' ktejjeb ta' stickers tal-200 Malti/ija "tal-qalba". Din il-gimik iddisprata splodiha l-ġurnalist James Piscopo tal-Media Today, meta analizza l-lista u sab li bosta mill-persunaġġi "tal-qalba" fil-palazz ta' Muscat diġà kienu "tal-qalba" fil-palazzi Nazzjonalisti. Kemm hu mgħoddi ta' patetiku l-elettorat Malti minn uħud bħal Busuttil & Co: Cyrus Engerer, Cher Engerer, Marisa Micallef Leyson, Kenneth Zammit Tabona, Grace Borg, Charles Azzopardi, Alfred Vella, Anthony Degiovanni, Renee Laviera, Marlene Mizzi eċċ. Sadanittant, il-Kampanja għall-elezzjonijiet għall-PE għaddiet mingħajr biss ma ntmessew punti bħal: (i) It-telf tal-istatus tal- Objective One għal Malta (ii) Il-futur ta' politika ta' immigrazzjoni komuni għall-pajjiżi tal-UE (iii) L-inġustizzja tal- politika one size fits all għal Malta (iv) L-iżvantaġġi komparattivi ta' Malta minħabba l-iżolament ġeopolitiku tagħha. Dwar dan kollu, il-politiċi ħallew lill-poplu sajjem, miexi bħal fil-masġar skur ta' Dante, wara l-bastun tal-isteriżmu miġnun ta' xi Lowell. Hu tal-biża' li dan l-estremist, mimli mibegħda kontra s-suwed, ġab voti aktar milli ġabet l-Alternattiva Demokratika, in-nifs razzjonali ta' Malta fil-bidu tas-seklu 21. L-aħħar dehra televiżiva ta' Prof Arnold Cassola fiż-żmien imkittef li ngħatat l-AD biex tagħlaq il-kampanja tagħha kienet brillanti, xempju ta' kif kellha tkun il-kampanja ta' aktar minn xahar li għejjiet lil tant Maltin, xebbgħethom u żammithom 'il bogħod mill-postijiet tal-votazzjoni. 86,757 biex inkunu eżatti għażlu li ma jivutawx. Postscriptum: Sitt MPE Maltin fi Brussell u/jew Strasburgu b'salarju gross ta' aktar minn 8,000 Ewro fix-xahar u massimu ta' 21,200 Ewro fis-sena għall- ispejjeż, rifużjonijiet, eċċ. Aħjar minn daqqa ta' ħarta. U m'hemmx garanzija li ma jeħduhiex kontra Malta f 'mument meta l-aktar li jkollu bżonnhom il-pajjiż. Storja ta' déjà vu, din, li m'ilux wisq li seħħet għall- ispettaklu tal-bqija tal- kontinent. IL-VOTAZZJONI GĦALL- PARLAMENT EWROPEW U L-MOĦĦ BĦALA PIŻELLA I r-riżultat tal- konsultazzjoni elettorali tas-Sibt li għadda reġa' wera distakk qawwi ta' 33,000 vot bejn iż-żewġ partiti l-kbar. Hija t-tielet elezzjoni infila illi wriet distakk daqsekk kbir u kollox jindika illi d-dinamika elettorali tradizzjonali nbidlet radikalment. Huwa evidenti illi faxxa akbar tal-elettorat qiegħda tivvota b'mod divers minn kif tradizzjonalment ivvutat u faxxa partikolari baqgħet tagħti l-appoġġ tagħha lill-Partit Laburista minkejja li l-istħarriġ tal-opinjoni kien juri li proporzjon qawwi tal- hekk imsejħa "switchers" ma kinux għadhom jappoġġjaw lill-PL. Kif kulħadd jaf, l-istħarriġ tal- opinjoni mhux xjenza eżatta u fl-aħħar mill-aħħar, huwa l-vot illi jrid jiddeċiedi. Minkejja mobilitazzjoni qawwija min-naħa taż-żewġ partiti, il-proporzjon ta' nies illi ma vvutawx kompla jikber u laħaq il-25%. Kontra kull previżjoni, jidher illi l-aktar illi ntlaqat mill-astensjoniżmu kien il-PN illi kellu riżultat ferm deludenti illi ġie mtaffi mhux ftit bir-rebħ tat-tielet siġġu ewroparlamentari illi għad jista' jiswa ħafna fil-futur. Dan is-siġġu ntrebaħ mill-avukata preparata u kapaċi Therese Comodini Cachia b'vantaġġ minimu ta' 200 vot fuq il-perit Clint Camilleri, politiku żagħżugħ u ferm promettenti li wera kemm huwa possibbli kandidat Għawdxi jitla' fil- Parlament Ewropew. Din kienet l-unika konsolazzjoni għan- Nazzjonalisti: il-PN ġab perċentwal ta' voti anqas milli ġab fl-aħħar elezzjoni ġenerali u fl-istess livell tal-elezzjoni Ewropea ta' ħames snin ilu. Il-PL min- naħa tiegħu żamm l-istess persentaġġ ta' voti li kellu fl-aħħar żewġ elezzjonijiet ħlief għal xi tnaqqis marġinali mill-elezzjoni ta' sena ilu. Madankollu, żamm distakk qawwi fuq in-Nazzjonalisti ta' entità illi ma konniex imdorrijin naraw qabel. Fl- elezzjonijiet tal-1992, 1998 u 2003, il-PN ġab maġġoranzi ta' 12,000/13,000 vot. Il-marġni tar-rebħiet laburisti jindika illi l-PL huwa l-partit naturali tal-gvern fil-pajjiż u juri bl- aktar mod ċar kemm kien fatt Mhux akkost ta' kollox TONI ABELA JOE ELLIS YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt