Illum previous editions

illum 15 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/329967

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 15 ta' Ġunju 2014 | illum 13 Għawdex mhux meqjus bħala reġ jun mill-UE illum. Semma l-uffiċċju tal- NSO li se jiftaħ il-ġimgħa d-dieħla li se jkun għodda importanti biex Għawdex ikun jista' jiġġieled biex jirbaħ dak li jimmeritah. Anke l-uffiċċju għal Għawdex fi Brussell se jgħin biex Għawdex ikun jaf x'qed isir u x'jista' jsir għalih u mhux bħal qabel li ttieħdu deċiżjonijiet minn wara l-Għawdxin u r-rapport li tfaċċa dan l-aħħar wera li tant kien żbaljat li l-Ewropa ma kkunsidratx lill- Għawdex bħala reġjun. L-Avukat Refalo kompla jgħid li hemm 30 proġett fil-programm ta' fondi 20/20 bl-ewwel 4 prijoritajiet ikunu l-Broadband, fibre optic cable, l-Airfield, l-SME park li se jsir fl-art ta' wara Gozitano u hemm 2 siti oħra u l-Gozo Museum. Dr Giovanni Xuereb qal ukoll li f 'Għawdex se jinfetaħ uffiċċju tal-Muesac biex ikunu jistgħu jgħinu mhux biss individwi, iżda NGOs, ażjendi u kumpaniji biex igawdu minn fondi Ewropej. Preżenti kien hemm il- kelliem tal-Oppożizzjoni dwar il-fondi Ewropej, Antoine Borg li qal li huma jaqblu ma' kull tip ta' fondi li l-gvern jista' jieħu mill- Ewropa iżda l-oppożizzjoni tħoss li huma ftit wisq l-oqsma li ġew identifikati għal xogħol f 'Għawdex. L-oppożizzjoni tixtieq li dawn l-oqsma jkunu aktar aktar speċifiċi u konkreti. 11-il artist mix-Xewkija jesebixxu x-xogħlijiet tagħhom fotografija u ċeramika. L-għan li ttellgħet din il- wirja fil-ġimgħa tal-festa hu li nkoraġġiment lill-poplu, ta' kull età jersaq aktar qrib u jitgħallem dwar l-arti u l-kultura. Eluf ta' nies iżuru r-raħal tax-Xewkija fi tmiem din il-ġimgħa u mijiet jidħlu l-każin tas- Soċjetà Filarmonika Prekursur. Mistennija numru kbir ta' turisti jattendu wkoll għal din l-esebizzjoni. L-esebizzjoni se tkun miftuħa għall-pubbliku mil-lum 15 ta' Ġunju sal-Ħadd 22 ta' Ġunju. Il- ħinijiet tal-ftuħ huma mill-10am sas-1pm u mill-4pm sal-11pm. L-esebituri huma Azzopardi Frank Paul, Caruana Anthony, Cassar Mario, Cauchi Shawn, Debono Saviour, Debrincat Martin, Falzon Paul, Grech Anthony, Grima Maria Assunta, Haber Paul, Hili Keith u Pace Jean li għandu biss sitt snin. Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat lil poodle@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … James the boy Eħħ… kont qed nirritorna minn Spanja meta fuq l-ajruplan ilmaħt lil Joey Mizzi u James Piscopo. Għamilt widnejja mas-seat ta' wara u ppruvajt nissemma ftit. Joey lil James: "James għamilli pjaċir tagħtix aktar direct orders, għax ikolli xi ngħid miegħek." James lil Joey: "Imma Joe, aħna mhux flus irridu, x'nitnejjek mill-proċedura." Joey, żamm kwiet, ma kienx jaf x'ser jaqbad jgħid. "Iva, James, imma x'ser ngħid jekk l-istampa tiġri warajja. Imbagħad hemm dak il-kelb Salvu Balzan, antipatku prima klassi. Tgħallinix James." "Ara, Joe," qal James hekk kif beda jxejjer idejh u juri l-cufflings sbieħ li jħobb jilbes (biex jitkessaħ). "Xbajt! Aħjar noqgħod waħdi fil-villa tiegħi li għandi fl-Iklin u noqgħod nibbulxittja waħdi." Andrew il-fanfarun Kemm ħadt pjaċir li Andrew Azzopardi wrieni fuq Facebook l-ingravajjet li libes waqt il-programm tiegħu. Ikolli ngħid li mnalla uriehom, għax ma kontx naf lejn xiex se nħares. Bejnietna jrid ikollok veru ego minn hawn sa Ateni biex toqgħod turi x'ilbist fil-programm. Hemm mumenti fil-ħajja meta trid toqgħod ftit lura. Min il-madoffi jimpurtah mill- 35 ingravata ta' Andrew Azzopardi? Apparti ovvjament xi beċċun li jiffansja lil Andrew… Robert ma jikolx McDonalds L-aħħar darba kont qiegħed ħdejn McDonalds meta waqqafni Robert Cutajar id-deputat Nazzjonalista li qiegħed jiġġieled biex il-Maltin ma jibqgħux ħoxnin. Qalli, "Poodle tidħolx hemm ġew, għax hemm ġew hemm ħafna ikel li jagħmlek oħxon." Dort fuqu u għedtlu: "Skużi, imma dawn il-McDonalds mhux intom tajtuhom il-permess biex jiftħu?" Cutajar deher imħasseb, "Imma xi tridna nagħmlu? Ma noħorġux permessi?" Tajtu ħarsa kerha u rrispondejtu: "Tajba, mela b'id il-leminija toħorġu l-permessi u b'id ix-xellugija tgħidu n-nies li ħażin. Tridx tmur issaqqi l-ħass tal-Marsa." U dawwart sormi u mort sal-counter tal-McDonalds u ordnajt hamburger kollha kolesterol. Lou l-pinnur Kemm ħadt pjaċir nisma' li sieħbi Louis (Lou) Bondi qed jaqla' €54,000 mingħand il-gvern ta' Muscat. Prosit tassew. U jekk Muscat jaħseb li tal-Lejber mhux jinsew x'qal Bondi mela verament qed imur żmerċ. Għax kif tajjeb qal wieħed, Bondi mhux biss kien wieħed mill-aktar nies lagħqa fl-istorja tax-xandir, imma tista' tgħid jitpoġġa fl-istess kategorija ta' nies bħal Eileen Montesin. Infatti ser jiġrilu bħal ma ġralha Eileen Montesin, tintesa u titqies għal dak li hi, pinnur u bla prinċipji. L-aqwa li Bondi jibqa' jkollu l-ħbieb intimi tiegħu, Andrew Borg Cardona u dak l-eks ambaxxatur u xalatur Noel Buttigieg Scicluna. Prosit Bannister Ikollna ngħidu prosit lil Bannister tal-MFSA, talli kien il-moħħ li l-bonds il-ġodda li ħerġin mhux 'secured' u aħjar li issa tal-Mariner għal xi Freeport fil- Baltiku, lanqas figuri awditjati u preċiżi m'għandhom. Imbagħad tkun kumpanija żgħira tinsa xi ħaġa żgħira u tal-MFSA jaqbżu fuqek qisek qtilt xi qattus. Johann, gladjatur għall- ambjent Qed inħares ġurnata wara ġurnata biex nara l-kap tal-MEPA Johann Buttigieg kemm qed jaħdem biex l-appelli ta' dawk l-ispekulaturi li spiċċaw kellhom il-permess tagħhom irrifjutat jiġi rikunsidrat. Ċert li Johann Buttigieg li għandu għal qalbu l-ambjent tal-istampi se jara li dawn l-affarijiet ma jiġrux. Roderick Galdes Is-Sur Roderick Galdes għadu ma qalilniex kif ser isolvi l-fatt li dawk il-qabda slavaġ li jaqbdu l-għasafar tal- għana fuq artijiet tal-gvern ser jingħataw permess jonsbu. Forsi Galdes li issa sar l-ikbar apoloġista għal min jeqred l-ambjent jispjegalna ftit. Dan hu James Piscopo li jgħix ġo villa ġewwa l- Iklin Dan hu Robert qabel u wara li jiekol Big Mac Din hi l-aħħar karta iġenika li uża Bondi qabel ma sar pinnur Galdes, l-ikbar apoloġista għall-kaċċaturi Maltin Dan hu Johann Buttigieg, li ser jirbaħ il-Premju Nobel għall-ħarsien tal-ambjent fl-istampi Dan huma l-ingravajjet differenti tal-fanfarun Din hija t-tbissima ta' Bannister meta sar jaf li l- MFSA ma baqgħetx dik li hi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 June 2014