Il-Ħadd 15 ta' Ġunju 2014 | illum 5
Id-dinja tieqaf u tħares lejn il-Brażil
L-ewwel gowl tal-kompetizzjoni kien awtogol. B'pajjiż sħiħ jistenna li jara
lit-tim Brażiljan joħroġ rebbieħ, kienet ħolma kerha għal Marcelo li tefa' l-
ballun fix-xibka tiegħu stess. Ritratt: EPA
Il-Brażiljani kienu frustrati għal ħafna mill-ħin il-Ħamis filgħaxija, bit-tim tagħhom jonqos milli jilħaq l-aspettattivi
ta' logħob mill-isbaħ. Ritratt: EPA
Il-logħba tal-ftuħ bejn il-Brażil u l-Kroazja kienet dominata minn deċiżjonijiet żbaljati tar-referee, li ta penalty
ineżistenti favur il-Brażil. Ritratt: EPA
Casillas (u Spanja) għarkuptejhom quddiem il-qawwa tal-Olanda. Il-mument li fih Arjen Robben qabeż lil Casillas u
tefa' fix-xibka għal skor ta' 5-1. Ritratt: EPA
Mument rari ta' diżappunt kbir għall-Ispanjoli, champions tad-dinja u tal-
Ewropa. Ritratt: EPA
F'Malta t-Tazza tad-Dinja tfisser biss ċelebrazzjoni u żmien tajjeb għan-
negozju tad-divertiment. Ritratt: Ray Attard