Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/345569
Il-Ħadd 13 ta' Lulju 2014 | illum 15 minn ftit wara li Muscat kien laħaq mexxej. Dak qatt ma kien sigriet, dejjem kont konsistenti. Jiġifieri l-problema hi waħda ideoloġika, li wieħed irid jirraġuna kemm hu kapaċi jbiddel l-affarijiet jekk jingħaqad ma' moviment soċjal-demokratiku li hu relattivament moderat lejn l-ideat tax- xellug. Dik hi dilemma kbira… …Imma qisek qed tgħid li Ġieħ ir-Repubblika qed jingħata lil min jappoġġja lil partit fil-gvern… dik aċċettabbli? Jien ħadt Ġieħ ir-Repubblika fuq il-kontribuzzjoni li għamilt lejn il- kultura, bil-Front Kontra ċ-Ċensura u attivitajiet oħra relatati. Meta tqis il- persuni li ħadu dan l-unur statali qabel dan il-gvern tinduna li l-kritika mhux ġusta għax anke Simon Busuttil kien ħa Ġieħ ir-Repubblika. Dan x'kredenzjali kellu? Bħalu kien hemm ħafna oħrajn li ma kienx ħaqqhom dan l-unur mela għalfejn għandu jiddispjaċini? Anzi onorat ħafna, fuq kollox ir-repubblika hija kunċett xellugi li qiegħda għal qalbi. Għal Mark Camilleri xi tfisser Ġieħ ir-Repubblika? Tfisser li kkontribwixxejt għal Repubblika kif nafuha aħna; mibnija fuq sisien xellugin, u jalla tibqa' hekk. Issa ilek kważi sena tmexxi l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. X'kienu l-akbar sfidi? Meta dħalt fil-kariga, l-akbar problema li sibna fil-Kunsill kienu problemi amministrattivi u finanzjarji kbar li konna writna mill-kunsill ta' qabel. Dawn issa solvejniehom. L-akbar sfida wara dik kienet li nadottaw u nibdew nimplimentaw il-viżjoni tagħna fil-kunsill bir-riżorsi limitati li għandna… …X'inhi din il-viżjoni li għandkom? Li l-ewwel nett ngħinu lis-suq tal- kotba lokali jikber, anke b'sussidji li jgħinu finanzjarjament lil pubblikatur u lil awtur. It-tieni nett li nsibu setturi u spazji fejn il-ktieb għadu ma daħalx, u b'mod entreprenarjali nidħlu f 'dawn is-swieq u nifirxu l-ktieb, fosthom id- dinja tat-televiżjoni u ċ-ċinema. Parti oħra sostanzjali mill-viżjoni tiegħi tinvolvi ż-żieda fl-ammont ta' kotba barranin ta' kwalità f 'pajjiżna. Malta hi gżira insulari ħafna u għandha bżonn influwenza barranija. Nemmen li l-aktar mezz importanti ta' kif niksbu din l-influwenza hu permezz tal-kotba. X'taħseb li jonqosha d-dinja tal-ktieb f 'Malta? Kif ġieli għidt hemm bżonn ta' aktar ħwienet tal-kotba li jimpurtaw pubblikazzjonijiet ta' kwalità. Iżda hemm bżonn ukoll aktar investiment u appoġġ mill-gvern għal aktar inizjattivi ħalli jikber is-suq. Insemmi li meta tlabna sponsorship mill-awtorità għat-Turiżmu (MTA) biex nirreklamaw il-kotba Maltin fil-fiera tal-kotba ta' Londra, it-talba ma ntlaqgħetx. Hawn din il-mentalità żbaljata li mill-kotba mhu se nieħdu xejn lura f 'termini kulturali u ekonomiċi. Imma qed nippruvaw niġġieldu dawn il-mentalitajiet ukoll. Jekk iddur dawra mal-libreriji ssib li l-maġġoranza tal-kotba huma antiki ħafna. Dan ftit li xejn jinkoraġġixxi l-użu tal-libreriji pubbliċi… Il-problema li teżisti fil-libreriji hi waħda amministrattiva bħal mhi dik li tikkonċerna d-dipartiment tal-katalogi, li hi żgħira wisq u ma tistax tlaħħaq mal-ammont ta' kotba li qed jinxtraw. Konsegwentament qed jinxtraw kotba li jispiċċaw jibqgħu fil-kaxxi. Għalkemm m'iniex responsabbli mil-libreriji pubbliċi qed nagħmlu pressjoni biex tiġi indirizzata din is- sitwazzjoni fit-tama li t-tibdil meħtieġ isir. Ismek ixxandar fl-aħbarijiet meta kont għadek student l-Università u editur ta' gazzetta li toħroġ fuq il- kampus. Minn hemm kont waqqaft ukoll il-Front Kontra ċ-Ċensura. Kif affettwalek ħajtek dan il-perjodu? Affetwali ħajti b'tali mod li ġegħelni nkun aktar attiv politikament kontra l-istituzzjonijiet u l-gvern ta' dak iż- żmien minħabba l-mod kif kienu qed isiru l-affarijiet. Minn grupp żgħir ta' studenti b'gazzetta li ħadd ma jaqra, għamel minna grupp ta' żgħażagħ attivi u militanti ħafna. Il-Front Kontra ċ-Ċensura laħaq l-għanijiet tiegħu u spiċċa, jew taħseb li għadu rilevanti sal-lum il-ġurnata? Parzjalment il-Front laħaq diversi għanijiet. L-ewwel nett il-Pulizija u l-istituzzjonijiet bdew joqogħdu aktar lura milli jarrestaw nies fuq liġi taċ-ċensura wara l-ewwel protesti li għamilna. Irnexxielna nwaqqfu mewġa ta' arresti għax bdew jgħidu li qas jaqblilhom li jaqilgħu dan l-inkwiet kollu. Apparti dan ilħaqna parzjalment għanijiet oħra, fosthom ir-riforma fuq iċ-ċensura tat-teatru, iżda konxji li għad fadal xi jsir u liġijiet x'jinbidlu… …Għal liem qed tirreferi? Bħal-liġi li ma tippermettix is- satira fuq ir-reliġjon, dawk li ma jippermettux in-nudità fl-arti u oħrajn. Hemm diversi liġijiet antiki u drakonjani li waslu biex jinbidlu. Fil-manifest il-Partit Laburista kien wiegħed li dawn il-liġijiet se jinbidlu. Nittamaw li l-PL iżomm kelmtu, jekk le nerġgħu nipprotestaw, ovvjament. Tqis ruħek bħala Laburist? Nasal ngħid li jien Laburist, imma mhux man-New Labour li mexa ħafna lejn il-lemin. Iktar nirrelata mal- Laburist tradizzjonali. Kif tevalwa t-tmexxija ta' Joseph Muscat u Simon Busuttil rispettivament? F'termini strateġiċi, Muscat irnexxielu jgħaqqad gruppi ta' twemmin differenti f 'moviment wieħed. Biex għamel dan kellu viżjoni u ħa pożizzjoni ċara fuq diversi okkażjonijiet. Minn naħa l-oħra Busuttil qed imexxi partit li m'għandux viżjoni ta' fejn irid imur. Għandu partit li ttiekel minn spirtu ta' kompetizzjoni interna, b'membri li kienu u għadhom għatxana għas-suċċess personali li mhumiex kapaċi jingħaqdu bejniethom f 'moviment biex jiġġieldu għal għanijiet u prinċipji komuni… …Iżda l-PN mhux dejjem kien koalizzjoni diffiċli ta' konservattivi u liberali? Iva minn dejjem kien hekk mis- snin sittin, jipprova jżomm taħt saqaf wieħed il-kurrenti liberali u dawk konservattivi. Imma d-differenza hi li qabel il-Partit Nazzjonalista kien jirnexxielu jżommhom magħquda permezz ta' viżjoni fejn irid jasal. Imma llum x'viżjoni jista' joffri? X'iridu jagħmlu? Imorru għal mudell ekonomiku lemini li addottaw ħafna pajjiżi fl-UE li issa falla? Nemmen li l-kriżi tal-PN mhix biss ta' kurrenti differenti iżda hi kriżi li l-lemin kollu fl-Ewropa qed jesperjenza. Illum il-ġurnata diffiċli tkun demokristjan wara dak li ġara fl-Unjoni Ewropea. Ikollok tbiddel xi ħaġa waħda mis- soċjetà, xi tbiddel? Nista' nbiddel ħafna affarijiet, imma kieku nbiddel il-politika fiskali billi nżid it-taxxi fuq min għandu ħafna u nnaqqashom fuq dawk li għandhom l-anqas flus. Fl-istess waqt inżid il-liġijiet biex innaqqas l-evażjoni tat- taxxa. "Nikkunsidrani bħala persuna politika ħafna imma qatt ma nitħajjar noħroġ għal xi elezzjoni" - Mark Camilleri u dik politika Ritratt: Ray Attard "Nittamaw li l-PL iżomm kelmtu, jekk le nerġgħu nipprotestaw, ovvjament"