Illum previous editions

illum 10 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/361049

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

24 illum | Ħadd 10 ta' Awwissu 2014 Kummercjali - Provision of an Email Anti-Spam and Anti-Virus Solution – T045/14 Data ta' ħruġ: 1 ta' Awwissu 2014 / Data ta' għeluq: 17 ta' Settembru 2014 Operaturi Ekonomiċi li huma interessati sabiex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-offerti huma mħeġġa jieħdu nota għall-workshops organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti fis-Centre for Development Research and Training (CDRT ), It-Telgħa ta' Sa Maison, Il-Furjana. F'dawn il-workshops, Operaturi Ekonomiċi jkollhom l-opportunità li jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-offerti tagħhom online. Iktar informazzjoni tinsab fid-dokument tal-offerta. 2123 4710 www.mita.gov.mt Sejħa għall- OFFERTI ILMITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Contracts Management Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) It-22 edizzjoni tal-Wirja tal-Ajru Sit li jiffrankalek l-enerġija tal-batterija IT22 edizzjoni tal-Wirja tal- Ajru ta' Malta għal darb'oħra se tingħata titlu li jinkludi fih isem l-imsieħeb. L-airX Malta International Airshow 2014 se tittella' s-Sibt, 27 u l-Ħadd, 28 ta' Settembru fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. Id-dettalji ta' dan it-tiġdid tal-ftehim u tal-avvenimenti ewlenin li hemm ippjanati għall-edizzjoni ta' din is-sena tħabbru minn Joe Ciliberti, il-President tal-MAS u minn John B. Matthews, iċ-ċermen tal-airX Charter, waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fl-uffiċċju ewlieni tal- kumpanija fil-Birgu. F'ħarsa mill-aktar eċitanti lejn il-wirja tal-ajru li se tkun organizzata din is-sena, Ciliberti ddeskriva l-airX Malta International Airshow 2014 "bħala t-tarġa li jmiss għall-wirjiet tal-ajru" f 'Malta b'numru rekord ta' ajruplani li se jipparteċipaw. Ħabbar li minkejja li t-taħditiet għadhom għaddejjin, "dis- sena għandu jkollna aktar timijiet ta' wirjiet aerobatiċi f 'daqqa f 'Malta" waqt l-airX Malta International Airshow 2014. Ciliberti qal li, "Is-Soċjetà Maltija tal-Avjazzjoni tixtieq tirringrazzja mill-qalb lill-airX talli l-kumpanija estendiet l-appoġġ finanzjarju tagħha biex niżguraw li l-wirja tal-ajru f 'Malta tkompli tikber kull sena. Ninsabu grati ferm għall-airX li, b'ġenerożità kbira, qed jappoġġjaw ukoll it-tkabbir tas-settur tal- avjazzjoni f 'Malta u din, fiha nnifisha, toffri opportunità għaż-żgħażagħ Maltin biex jaqbdu karriera f 'din l-industrija relattivament ġdida f 'pajjiżna. L-airX hija l-imsieħeb perfett li jsostni l-Wirja Internazzjonali tal- Ajru f 'Malta u nirringrazzjaw lill-airX, u lil sponsors oħra, għall-appoġġ kontinwu tagħhom." Hu rringrazzja wkoll lill- Ministeru tat-Turiżmu, lill- Forzi Armati ta' Malta (FAM), l-Air Malta, u lill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta għall-appoġġ sħiħ tagħhom fl- organizzazzjoni ta' dan l-akbar avveniment tal-ajru f 'Malta. Iċ-Ċermen tal-airX, John B. Matthews ġedded l-impenn tal-kumpanija li tkompli tagħti sehemha għat-tkabbir tal-airX Malta International Airshow u tal-industrija tal-avjazzjoni f 'Malta. Matthews ħabbar li l-airX qiegħda fil-proċess li tkabbar il-flotta tagħha ta' business jets privati u bis-saħħa t'hekk l-operat tagħha mistenni jkompli jikber. Aktar minn 50% tal-flotta tal-kumpanija hi rreġistrata f 'Malta. ĠIET imnedija magna tat- tfittxija lokali ġdida, www. firstmalta.com. Permezz ta' bidla żgħira fil-kulur tal-isfond, minn abjad għal iswed, dan is-sit elettroniku qiegħed jgħin lil kull min jagħmel użu minnu biex jiffranka l-enerġija. F'kumment li tagħna wieħed mill-kofundaturi ta' dan il- proġett qal "Ħafna Maltin issa bdew jidħlu fuq l-internet bit- tablet u l-konsum tal-batteriji ta' dawn il-aġġeġġi huwa pjuttost għoli. L-objettiv tagħna huwa li nippromwovu l-użu ta' inqas enerġija u kif ukoll li nipprovdu riżultati li huma iktar lokalizzati għall-pubbliku Malti." Din il-magna tat-tfittxija ġdida qiegħda tuża teknoloġija provduta bil-permess tal- kumpanija internazzjonali Google u għalhekk ir-riżultati li jidhru huma ta' livell għoli ħafna. Kelliem għas-sit firstmalta. com qal li minn esperimenti li saru jidher li paġna tal- internet bi sfond iswed, minflok abjad kif soltu mdorrijin naraw, jista' jiffranka sa' 74 watt filwaqt li l-batterija tat-tablet jew laptop isservi sa 50% iktar jekk il-paġni jkunu skuri. Huwa kkonkluda billi qal li jidher li paġna bħal din hija saħansitra iktar komda għall- għajnejn. Temm jgħidilna li permezz ta' dan l-esperiment nixtiequ li l-pubbliku jkun iktar konxju dwar dawn it-tip ta' siti. Joe Ciliberti, il-President tal-MAS u John B. Matthews, Ċermen tal-airX Charter Id-dehra malli tidħol fil-magna tat-tfittxija www.firstmalta.com, l-iswed jiffranka l-enerġija L-Air Malta taħtar Deputat Kap Kummerċjali LAIR Malta bdiet ħidma kbira biex tibni mill-ġdid it-tim amministrattiv tagħha. Din il-ħidma bdiet bil-ħatra ta' Joseph Galea bħala d-Deputat Kap Kummerċjali. Galea, li għandu 50 sena, ħadem fil-qasam tat-turiżmu Malti għal dawn l-aħħar 23 sena, l-aktar riċentament bħala d-Direttur Internazzjonali għall-Marketing għall-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Huwa serva bħala d-Direttur Internazzjonali għall- Marketing tal-MTA sa minn Novembru 2006 u kien responsabbli b'mod dirett għall-pożizzjonar tal-gżejjer Maltin f 'diversi swieq barranin. Il-linja tal-ajru ħarġet ukoll sejħa internazzjonali biex timla l-kariga ta' Kap Uffiċjal Kummerċjali, li qabel kienet okkupata mis-Sur Philip Saunders. Is-Sur Galea sejjer jieħu post il-Kap Kummerċjali għall-perjodu definit ta' tliet snin, li matulu huwa sejjer jikseb biżżejjed esperjenza fil-linja tal-ajru sabiex ikun jista' jmexxi d-dipartiment kummerċjali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 August 2014