Illum previous editions

illum 10 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/361049

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 10 ta' Awwissu 2014 | illum 35 SPORTSillum kowċ irbaħna flimkien il-Winter League ta' din is-sena. X'ċansijiet tara li għandkom li tirbħu l-kampjonat u anke n-knockout? Il-Kampjonat huwa twil ħafna u kull tim qiegħed biċ-ċans li jirbaħ. Ikolli ngħid li l-arċi-rivali eterni tagħkom Neptunes huma iktar b'saħħithom minn Sliema u fl- opinjoni tiegħi huma l-favoriti netti li jagħmlu r-rekord li jirbħu l-ħames kampjonat konsekuttiv. X'tikkummenta? Rebħu erba' kampjonati in fila li jfisser li teoretikament huma l-favoriti għar-rebħ tal-kampjonat. Kellkom bidu ta' staġun bi tlugħ u nżul fejn għelibtu lil San Ġiljan iżda tliftu ma' Sirens u ġejtu f 'parità ma' Exiles. X'mar ħażin fl- ewwel logħba kontra Sirens? Kienet sorpriża li ħriġtu fuq in-naħa negattiva. Fortunament il-kampjonat huwa twil u din it-telfa mhux mistennija kontra Sirens nistgħu nirkuprawha. Diġà bdejna b'rebħa importanti kontra San Ġiljan. Sirens għandhom grupp ta' plejers żgħar fejn iridu juru l-kapaċitajiet tagħhom. Ma kontx sorpriż li batejna kontrihom. Kienet sorpriża li tlifna, iva. Nitgħallmu minn dawn il-logħob u nirrispettaw lil kull tim li jilgħab kontrina. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-logħba tal-waterpolo? Bħalissa qed naħseb biss fuq l-irwol tiegħi bħala plejer tas- Sliema u tan-nazzjonal Malti. Għad naraw lil Gabarretta kowċ tat-tim tal-kbar ta' Sliema jew forsi tan-nursery biex nibdew minn hemm? Mhux fil-pjanijiet tiegħi. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li bħalek jixtiequ jagħmlu isem u karriera fil- waterpolo. Il-waterpolo huwa sport li jinvolvi dedikazzjoni totali kważi tul is-sena kollha imma li jagħtik sodisfazzjon tremend. Twieled t-3 ta' Ġunju 1990 f'Tas-Sliema Huwa pedina importanti ħafna ta' Sliema u tat-tim nazzjonali tal-waterpolo Jaħdem bħala optometrista Ikkunsidra għal diversi drabi li jmur jilgħab waterpolo barra minn Malta iżda mbagħad ioka iktar fuq l-istudji tiegħu Bradford -Ingilterra fejn iggradwa b'livell ta' B.Sc. MC Optom (Hons) Jerome Gabarretta "Huwa permezz tal- logħob li rbaħna li ksibna post fost l-aqwa 16 fl-Ewropa" Ritratt: Ray Attard u dedikazzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 August 2014