Illum previous editions

illum 10 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/361049

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Il-Ħadd 10 ta' Awwissu 2014 | illum 5 X'taqbad tilbes dan is-sajf? X'taqbad tilbes Is-sajf daħal ġmielu, il-ġilda bdiet tiskura u l-ħruġ ma waqafx. U hemm jidħlu l-problemi ta' x'se taqbad tilbes biex tkun di erenti mill-bieraħ u mill-ġimgħa l-oħra ħalli jekk jitilgħu xi ritratti fuq l-internet tidher li biddilt u li għandek gwardarobba vasta. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Mariel Sacco u talbitha tagħtina ftit ideat ta' x'inhu moda dan is-sajf, iż-żraben, il-ħwejjeġ u d-disinni, kemm għan-nisa u anke għall-irġiel. ISSAJF 2014 ġab miegħu numru ta' stili li konna mdorrija naraw fi sjuf oħra - xortsijiet, kuluri ċari, ħwejjeġ aktar skullati mis-soltu… Però din is-sena, kien hemm sorpriżi wkoll li kull min isegwi l-moda żgur ma kienx qed jistenna… Iż-żraben 'koroh' L-aktar ħaġa li qajmet għagħa fid-dinja tal-moda dan l-istaġun kienet, żgur mhux forsi, iż-żraben 'koroh'. Dawn huma dawk li qed taraw fuq nett tal- paġna mdendlin maġenb it-titlu. Fejn qatt konna noħolmu li naraw passerelli b'sandlijiet b'qigħan ħoxnin u goffi li nassoċjaw ma' kuntesti mhux 'tal- moda'. Bloggers u stilisti madwar id-dinja ħallew warajhom it-tkaken għoljin u rqaq u investew f 'par, jew tnejn jew tlieta, Birkenstock u sandlijiet simili. Din il-moda saret popolari kemm man- nisa kif ukoll mal-irġiel li, ngħiduha kif inhi, forsi kienu ġa mdorrijin jilbsu xi qorq simili fix-xhur tas-sajf. Il-crop tops, jekk trid tikxef żaqqek Dawn il-flokkijiet qosra, bil-komma u mingħajrha, kemm kemm jikxfu ż-żaqq se jsiru sinonimi mal-moda tas-sajf 2014. Kull tip ta' materjal u b'kull tip ta' disinn, dawn il-flokkijiet jistgħu jintlibsu kemm ma' tibdila pulita kif ukoll ma' waħda sportiva. Problema waħda biss għandhom: jekk m'għamiltx dieta għal das-sajf … tista' tinsiehom! Id-dungarees qed isiru iktar popolari Preferibbilment tad-denim, dungarees huma moda li kull ma jmur qed issir aktar popolari. L-aktar stili mfittxija huma dawk boyfriend style fejn il-qalza tkun naqra aktar wiesgħa u jkollha xi ftit tiċrit fuq l-irkoppa. Dungarees imorru tassew tajjeb mal-crop tops fuq in-nisa… imma jixirqu lill-irġiel ukoll b'xi flokk skullat jew bla kmiem minn taħt. Id-dbielet sa taħt l-irkoppa Biex tikkumplimenta l-crop tops dan is-sajf, m'hemmx aqwa minn dublett midi, jew li jwassal sa taħt l-irkoppa, b'materjal ħafif u b'qatgħa miftuħa (circle/skater skirt). Il-proporzjonijiet ta' dawn id-dbielet huma perfetti għal ma' crop tops kif ukoll għal ma' qomos ħfief biex wieħed ikun jista' jibqa' jilbes pulit minkejja li tkun is-sħana. Il-kimono Ħafna mill-ġranet tas-sajf jispiċċaw ħdejn il-baħar u m'hemmx aqwa minn kimono, milbus ma' flokk biċ-ċingi (jew għal darb'oħra, crop top!) u xorts tad-denim biex wieħed jirrilassa wara xi ġurnata xogħol. Il- materjali ħfief - chiffon jew ħarir - b'dettalji u disinni kemxejn orjentali jagħtu dehra Bohemjana ħafna waqt li jżommuk komda meta tqum xi żiffa ħdejn il-baħar. Id-disinni mill-Ħawaii L-irġiel ma nsejniehomx! L-aktar disinn popolari din is-sena għall-ġranet tas-sajf huwa dak Ħawajan… b'kuluri sajfin iżda mhux jgħajtu ħafna. Għal min mhux avventuruż biżżejjed li jilbes qmis kollha kemm hi ddisinjata, fittxu dettalji ddisinjati fuq il-minkeb, taħt l-għonq jew fuq ġewwa tal-buttuni. Bħal kull sena, is-sajf joffri aktar opportunità biex wieħed jesperimenta bil-moda waqt li jkun qed igawdi l-vaganzi u jieħu gost. Madankollu, bħal f 'kull staġun wieħed għandu jiftakar li aktar importanti mill-moda hemm l-istil personali tiegħu jew tagħha li jagħmlu individwu. Huwa sabiħ li wieħed ikun dejjem aġġornat fuq il-moda tal- ġurnata… imma l-objettiv għandu dejjem ikun li l-istili tal-mument ikunu dejjem addattati għall- istil personali u individwali tal- persuna! Il-kimono fuq shorts tad-denim, il-crop top u l-midi skirt u d-dungaree tad-denim Id-disinni tal-Ħawaii moda fuq l-irġiel

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 August 2014